European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2344

20.11.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2344

tad-19 ta’ Novembru 2025

li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2930 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tad-dazomet għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

Billi:

(1)

Id-dazomet ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8. Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ġie għalhekk ikkunsidrat bħala approvat sal-31 ta’ Lulju 2022 skont dak ir-Regolament soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE.

(2)

Fis-26 ta’ Jannar 2021, ġiet ippreżentata applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tad-dazomet għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 (“l-applikazzjoni”). L-applikazzjoni ġiet evalwata mill-awtorità kompetenti tal-Belġju.

(3)

Skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1289 (3), id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tad-dazomet għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8, ġiet posposta għall-31 ta’ Jannar 2025. Dik id-data tal-iskadenza ġiet posposta għal darb’oħra għall-31 ta’ Lulju 2026 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2930 (4) sabiex jingħata biżżejjed żmien għall-eżami tal-applikazzjoni.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2345 (5) ġedded l-approvazzjoni tad-dazomet għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8, soġġett għall-kundizzjonijiet fl-Anness ta’ dak ir-Regolament, inkluża d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li titħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2930 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tad-dazomet,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2930 titħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/8/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1289 tat-2 ta’ Awwissu 2021 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tad-dazomet għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 (ĠU L 279, 3.8.2021, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1289/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2930 tat-28 ta’ Novembru 2024 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tad-dazomet għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/2930, 2.12.2024; ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2930/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2345 tad-19 ta’ Novembru 2025 li jġedded l-approvazzjoni tad-dazomet bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(ĠU L, 2025/2345, 20.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2345/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2344/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)