|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1497 |
21.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1497
tat-18 ta’ Lulju 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-28 ta’ Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 (1). |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2208 (2), li stabbiliet qafas ġdid li jipprevedi l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi addizzjonali kontra individwi u entitajiet li jkunu responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, f’azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali, jew li jxekklu jew jimminaw it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali,. |
|
(3) |
Abbażi ta’ rieżami tal-miżuri restrittivi, kif previsti fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775, jenħtieġ li l-entrata għal persuna waħda inkluża fil-listi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fit-taqsimiet A u B tal-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 titħassar. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta’ Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 251, 29.9.2017, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1775/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2208 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (ĠU L 446, 14.12.2021, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/2208/oj).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Taqsima A (“Lista ta’ persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1(1)”), titħassar l-entrata għall-persuna li ġejja:
|
|
(2) |
fit-Taqsima B (“Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)”) titħassar l-entrata għall-persuna li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1497/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)