|
22.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 49/55 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 162/2013
tal-21 ta’ Frar 2013
li jemenda l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar il-proċeduri tar-rikonoxximent reċiproku għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxi tas-sisa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa li jeżentaw mit-taxxa tas-sisal-alkoħol li jkun ġie żnaturat kompletament skont ir-rekwiżiti ta’ kwalunkwe Stat Membru, sakemm rekwiżiti bħal dawn ikunu ġew debitament innotifikati u aċċettati skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dak l-Artikolu. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa (2) jistipula li l-iżnaturanti li huma użati f’kull Stat Membru bl-għanijiet li l-alkoħol jiġi żnaturat kompletament skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE jridu jiġu deskritti fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-proliferazzjoni ta’ proċeduri għall-iżnaturar iżżid il-komplessità tas-sistema tal-iżnaturar, idgħajjef il-kapaċità għal amministrazzjoni effettiva tas-sistema, u toffri aktar opportunitajiet għal frodi. |
|
(4) |
Fl-2008, l-Istati Membri pprovdew appoġġ wiesa’ għal grupp ta’ proġett li jopera skont id-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi programm Komunitarju biex itejjeb il-ħidma tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE (3), li tinvolvi għadd kbir ta’ Laboratorji Kimiċi Doganali u ċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka. L-għan tal-proġett kien li jesplora l-possibbiltà li jiġu applikati proċeduri għall-iżnaturar komuni (euro-denaturants) bl-iskop li l-alkoħol jiġi żnaturat kompletament. |
|
(5) |
Il-grupp ta’ proġett issuġġerixxa, fir-rapport finali tiegħu li ġie ppubblikat f ‘Ġunju 2011 li proċedura tal-iżnaturar li tikkonsisti fi tliet litri ta’ alkoħol isopropil (IPA), tliet litri ta’ Metiletilketon (MEK) u ta’ gramma ta’ benżoat tad-denatonju għal kull ettolitru ta’ alkoħol assolut, jistgħu jiġu kkunsidrati għall-adozzjoni bħala proċedura komuni ta’ żnaturar bil-għan li l-alkoħol jiġi żnaturat kompletament. Vantaġġ ewlieni ta’ dik il-proċedura komuni huwa li x’aktarx tissostitwixxi bosta proċeduri individwali fl-Istati Membri differenti. Dik il-proċedura għandha għalhekk titħaddem bħala proċedura komuni għall-Istati Membri kollha biex l-alkoħol jiġi żnaturat kompletament sabiex ma jkunx hemm evażjoni, evitar u abbuż f’dan il-qasam. |
|
(6) |
Sussegwentement, kull Stat Membru kkomunika lill-Kummissjoni lista ġdida ta’ rekwiżiti skont l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 92/83/KEE. Kull waħda minn dawk il-listi kienet tirreferi għall-proċedura komuni tal-iżnaturar u, f’xi każijiet, għal proċeduri oħra eżistenti. Rigward il-proċeduri eżistenti, ċerti Stati Membri esprimew ix-xewqa li jżommuhom għal perjodu ta’ tranżizzjoni jew għal perjodu ta’ żmien mhux speċifikat minħabba r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi. |
|
(7) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2012 il-Kummissjoni bagħtet il-komunikazzjonijiet kollha li rċeviet lill-Istati Membri l-oħra. |
|
(8) |
L-ebda wieħed mill-Istati Membri ma oġġezzjona għall-proċedura komuni proposta tal-iżnaturar. |
|
(9) |
Rigward il-proċeduri eżistenti, ma tqajjem l-ebda element ġdid li jindika l-eżistenza ta’ riskju ta’ evażjoni, evitar u abbuż. |
|
(10) |
Minbarra l-proċedura komuni tal-iżnaturar bl-għan li l-alkoħol jiġi żnaturat kompletament, l-ibbrevettar u kwistjonijiet ta’ spejjeż relatati wasslu lill-Awstrija biex tadotta proċedura alternattiva li hija diġà mħaddma minn Stati Membri oħra bħala proċedura tal-iżnaturar. |
|
(11) |
Sabiex l-industrija tingħata biżżejjed żmien biex teżawrixxi l-istokkijiet ta’ sustanzi żnaturanti u ta’ prodotti żnaturati koperti s’issa mir-Regolament (KE) Nru 3199/93, iżda li mhux se jibqgħu koperti ladarba dan ir-Regolament isir applikabbli, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-Taqsima I ta’ dan l-Anness għandha tiġi deferita. |
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 3199/93 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat tat-Taxxi tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 3199/93 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21.
ANNESS
Lista ta’ prodotti awtorizzati bin-numru ta’ reġistrazzjoni tagħhom tal-Chemical Abstracts Service (CAS) meta dan huwa disponibbli u l-formuli awtorizzati għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol.
|
Aċetun |
CAS: 67-64-1 |
|
CI reactive red 24 |
CAS: 70210-20-7 |
|
Piridina prima |
CAS: mhux disponibbli |
|
Crystal violet (C.I. Nru. 42555) |
CAS: 548-62-9 |
|
Benżoat tad-denatonju |
CAS: 3734-33-6 |
|
Etanol |
CAS: 64-17-5 |
|
Aċetat tal-etil |
CAS: 141-78-6 |
|
Etil sek-amil keton |
CAS: 541-85-5 |
|
Etil tert-butiletere |
CAS: 637-92-3 |
|
Fluworoxxina |
CAS: 2321-07-5 |
|
Formaldeide |
CAS: 50-00-0 |
|
Żejt fusel |
CAS: 8013-75-0 |
|
Petrol (inkluż pertrol bla ċomb) |
CAS: 86290-81-5 |
|
Alkoħol isopropil (IPA) |
CAS: 67-63-0 |
|
Pitrolju |
CAS: 8008-20-6 |
|
Żejt tal-lampi |
CAS: 64742-47-8 sa 64742-48-9 |
|
Metanol |
CAS: 67-56-1 |
|
Metiletilketon(butanon) (MEK) |
CAS: 78-93-3 |
|
Metilisobutilketon |
CAS: 108-10-1 |
|
Metilisopropilketon |
CAS: 563-80-4 |
|
Vjola tal-metil |
CAS: 8004-87-3 |
|
Blu tal-metilina: |
CAS: 61-73-4 |
|
Nafta minerali |
CAS mhux disponibbli |
|
Nafta solventi |
CAS: 8030-30-6 |
|
Piridina (jew bażijiet tal-Piridina) |
CAS: 110-86-1 |
|
Spirtu tat-terpentina |
CAS: 8006-64-2 |
|
Petrol għal użu tekniku |
CAS: 92045-57-3 |
|
alkoħol tert-butil |
CAS: 75-65-0 |
|
Tijofen |
CAS: 110-02-1 |
|
Timol blu |
CAS: 76-61-9 |
|
Metanol |
Mhux disponibbli |
Sinonimi tal-prodotti awtorizzati huma disponibbli f’diversi lingwi Ewropej fil-bażi tad-dejta tal-Inventarju Doganali Ewropew dwar is-Sustanzi Kimiċi.
It-terminu “etanol assolut” huwa użat tul l-anness kollu b’konformità mat-terminoloġija użata mill-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (IUPAC)
I. Il-proċedura tal-iżnaturar li titħaddem fl-Istati Membri kollha
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
|
— |
3 litri ta’ alkoħol isopropil (IPA), |
|
— |
3 litri metiletilketon (MEK), |
|
— |
1 gramma ta’ benżoat tad-denatonju. |
Għas-suq intern, l-Istati Membri għandhom il-permess li jżidu żebgħa biex jagħtu lill-prodott kulur karatteristiku, li jagħmlu immedjatament identifikabbli.
II. Proċeduri addizzjonali għall-iżnaturar imħaddma f’ċerti Stati Membri
Ir-Repubblika Ċeka
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
|
|
2. |
|
Il-Ġermanja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
Litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:
|
— |
95 sa 96 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK), |
|
— |
2,5 sa 3 % bħala piż ta’ metilisopropilketon (3-metil-2-butanon), |
|
— |
1,5 sa 2 % bħala piż ta’ etil sek-amil keton (5- metil – 3 – ettanon), |
flimkien ma’ gramm wieħed benżoat tad-denatonju,
L-Estonja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
|
— |
3 litri ta’ aċetun, |
|
— |
2 grammi benżoat tad-denatonju. |
L-Irlanda
Tiġi prodotta bażi billi jitħallat li ġej:
|
— |
90 % bil-volum tal-etanol, |
|
— |
9,5 % bil-volum ta’ metanol, |
|
— |
0,5 % bil-volum ta’ piridina prima. |
Għal kull 10 ettolitri tal-bażi żid:
|
— |
3,75 litri ta’ nafta minerali (żejt minerali), |
|
— |
1,5 gramma ta’ vjola tal-metil. |
Nota: Il-komponenti tal-bażi ta’ metanol u l-piridina prima jistgħu jiġu sostitwiti b’10 % bil-volum ta’ metanol.
Il-Greċja
Alkoħol ta’ kwalità inferjuri biss (id-distillat miksub fil-bidu u fi tmiem il-proċess tad-distillazzjoni), b’ saħħa alkoħolika ta’ mill-inqas 93 % tal-volum u ta’mhux aktar minn 96 % bil-volum jistgħu jiġu mibdula.
Għal kull ettolitru ta’ alkoħol idratat ta’ 93 % bil-volum jiżdiedu s-sustanzi li ġejjin:
|
— |
2 litri metanol, |
|
— |
1 litru spirtu tat-terpentina, |
|
— |
0,50 litru żejt tal-lampi, |
|
— |
0,40 gramm blu tal-metilina. |
F’temperatura ta’ 20 °C, il-prodott aħħari, fil-forma mhux mibdula tiegħu, għandu jilħaq 93 % bil-volum.
L-Italja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut dan li ġej jiżdiedu:
|
— |
125 gramma ta’ tijofen, |
|
— |
0,8 gramm ta’ benzoat tad-denatonju, |
|
— |
3 grammi ta’ CI reactive red 24 (sustanza koloranti ħamra), soluzzjoni ta’ 25 % w/w, |
|
— |
2 litri metiletilketon MEK). |
L-alkoħol etiliku li jkun irid jiġi żnaturat jeħtieġlu kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’ mhux anqas minn 83 % bil-volum u ma jkunx anqas qawwi minn 90 % bil-volum meta mkejjel bl-alkoħolimetru tal-KE.
Sabiex tkun żgurata s-solubilità kompleta tal-komponenti kollha, it-taħlita tal-iżnaturant trid tkun ippreparata fl-alkoħol etiliku ta’ anqas minn 96 % bil-volum meta mkejjel bl-alkoħolimetru tal-KE.
L-għan tas-CI reactive red 24 huwa li jagħti lill-prodott kulur aħmar karatteristiku, li jagħmel l-iskop tal-prodott immedjatament identifikabbli.
Il-Latvja
|
1. |
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:
|
|
2. |
Għal kull ettolitru ta’ etanol deidrat (li fih mhux inqas minn 0,5 % ta’ ilma): Petrol f’minimu ta’ 5 litri u massimu ta’ 7 litri. |
Il-Litwanja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
|
— |
3 litri ta’ aċetun, |
|
— |
2 grammi benżoat tad-denatonju. |
L-Ungerija
Prodotti alkoħoliċi b’referenza għall-kwantità ta’ alkoħol pur li fihom, ikollhom tal-anqas, wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
2 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK), 3 % bil-piż ta’ metilisobutilketon u 0,001 % bil-piż ta’ benżoat tad-denatonju; |
|
(b) |
1 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK), u 0,001 % bil-piż ta’ benżoat tad-denatonju; |
|
(c) |
2 % bil-piż ta’ alkoħol isopropil, 1 % bil-piż ta’ alkoħol tert-butil, u 0,001 % bil-piż ta’ benżoat tad-denatonju. |
Malta
Tiġi prodotta bażi billi jitħallat li ġej:
|
— |
90 % bil-volum tal-etanol, |
|
— |
9,5 % bil-volum ta’ metanol, |
|
— |
0,5 % bil-volum ta’ piridina prima. |
Għal kull 10 ettolitri tal-bażi żid:
|
— |
3,75 litri ta’ nafta minerali (żejt minerali), |
|
— |
1,5 gramma ta’ vjola tal-metil. |
Il-Pajjiżi l-Baxxi
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
Ħames litri ta’ taħlita li tikkonsisti f’:
|
— |
60 % bil-volum ta’ metanol, |
|
— |
20 % bil-volum ta’ aċetun, |
|
— |
11 % bil-volum ta’ żejt fusel (konċentrat ta’ prodotti sekondarji mid-distillazzjoni tal-alkoħol), |
|
— |
8 % bil-volum ta’ ilma, |
|
— |
0,5 % bil-volum ta’ metiletilketon (MEK), |
|
— |
0,5 % bil-volum ta’ formalina (soluzzjoni tal-ilma ta’ 37 % bil-piż tal-formaldeide), |
L-Awstrija
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
Litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:
|
— |
95 % sa 96 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK), |
|
— |
2,5 % sa 3 % bil-piż ta’ metilisopropilketon, |
|
— |
1,5 % sa 2 % bil-piż ta’ etil sek-amil keton, |
flimkien ma’ gramm wieħed benżoat tad-denatonju,
Il-Polonja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
0,75 litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:
flimkien ma’ 0,25 litru ta’ bażijiet tal-piridina. |
|
2. |
Litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:
flimkien ma’ 1 gramma benżoat tad-denatonju. |
Ir-Rumanija
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
|
— |
2 litri metiletilketon (MEK), |
|
— |
1 gramma ta’ benżoat tad-denatonju, |
|
— |
0,2 gramm blu tal-metilina. |
Is-Slovenja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
|
— |
1 580 gramma alkoħol isopropil, |
|
— |
790 gramma alkoħol tert-butil, |
|
— |
0,79 gramma ta’ benżoat tad-denatonju. |
Is-Slovakkja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
|
1. |
|
|
2. |
|
Il-Finlandja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
|
|
2. |
|
L-Isvezja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
|
— |
3 litri metilisobutilketon, |
|
— |
2 litri metiletilketon (MEK). |
Ir-Renju Unit
Tiġi prodotta bażi billi jitħallat li ġej:
|
— |
90 % bil-volum tal-etanol, |
|
— |
9,5 % bil-volum ta’ metanol, |
|
— |
0,5 % bil-volum ta’ piridina prima. |
Għal kull 10 ettolitri tal-bażi żid:
|
— |
3,75 litri ta’ nafta minerali (żejt minerali), |
|
— |
1,5 gramm vjola tal-metil (C.I. Nru 42555). |