Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996, dwar ir-rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) (ĠU L 243, p. 31) – Nuqqas li jiġu ppreparati u kkomunikati lill-Kummissjoni, fit-terminu previst, il-pjanijiet, il-qafas u s-sommarji ta’ inventarji previsti mid-direttiva.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma kkomunikatx il-pjanijiet u l-qafas meħtieġa mill-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996, dwar ir-rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT), ir-Repubblika ta’ Malta naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11, moqri flimkien ma’ l-Artikolu 54 ta’ l-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea.

2) Ir-Repubblika ta’ Malta hija kkundannata għall-ispejjeż.