|
23.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/99
tal-20 ta' Jannar 2015
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Arroz de Valencia”/“Arròs de València” (DPO))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Arroz de Valencia”/“Arròs de València”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1971/2001 (2). |
|
(2) |
Billi l-modifika kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (3). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Arroz de Valencia”/“Arròs de València” (DPO) hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Jannar 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1971/2001 tad-9 ta' Ottubru 2001 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi d-denominazzjoni ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli (ĠU L 269, 10.10.2001, p. 5),