<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-302/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0302</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:452">EU:C:2020:452</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Tanchev – Kawża C‑302/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (Benefiċċji tal-Familja għal Detenturi ta’ Permess Uniku)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Tanchev</HT></P><P>ippreżentati fil‑<DATE ISO="20200611">11 ta’ Ġunju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑302/19</HT></P><P>Istituto Nazionale della Previdenza Sociale</P><P>vs</P><P>WS</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (il‑Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/98/UE</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom permess uniku</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tas-sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li ma jkunux residenti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-intitolament għal benefiċċju tal-familja</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tat-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja) qiegħda tfittex gwida mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 343, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 jagħti liċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jkollhom permess uniku d-dritt għal ugwaljanza fit-trattament bħal ċittadini tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tas-sigurtà soċjali. Il-kwistjoni prinċipali li tirriżulta f’din il-kawża hija dwar jekk dan l-artikolu jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, b’differenza mid-dispożizzjonijiet stabbiliti għal ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, teskludi lill-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li ma jirrisjedux f’dan l-Istat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-intitolament għal benefiċċju tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Konsegwentement, din il-kawża tipprovdi lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tiżviluppa l-ġurisprudenza tagħha dwar id-dritt għal ugwaljanza fit-trattament tad-detenturi ta’ permess uniku skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98, fid-dawl tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Din il-kawża qiegħda tinstema’ mill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod parallel ma’ kawża oħra, Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (Benefiċċji tal-Familja għal Residenti fit-Tul) (C‑303/19), li fiha l-konklużjonijiet tiegħi qegħdin jiġu ppreżentati llum. F’dik il-kawża, il-qorti tar-rinviju tqajjem kwistjoni simili dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal‑<?PAGE NO="2"?><DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272.</P></NOTE>, jiġifieri jekk l-istess esklużjoni applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiż terz li l-membri tal-familja tagħhom ma jirrisjedux fl-Istat Membru ospitanti hijiex konsistenti mad-dritt għal ugwaljanza fit-trattament mogħti lil residenti fit-tul skont din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fundamentalment, dawn iż-żewġ kawżi jqajmu kwistjonijiet ġodda rigward l-applikazzjoni tal-ugwaljanza fit-trattament ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz skont id-dritt tal-Unjoni u r-relazzjoni bejn id-Direttivi 2003/109 u 2011/98 f’dan ir-rigward. Huma għandhom ukoll implikazzjonijiet potenzjali fuq direttivi oħra li jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza fit-trattament ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fil-qafas tal-migrazzjoni legali tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara, b’mod partikolari, id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20160511">11 ta’ Mejju 2016</DATE> dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 132, p. 21</REF.DOC.OJ>), l-Artikolu 22, li jirreferi għad-dispożizzjonijiet ta’ ugwaljanza fit-trattament previsti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98. Ara wkoll il-punt 32 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessi 20 u 24 tad-Direttiva 2011/98 jistabbilixxu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(20)</NO.P><TXT>Iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu u jaħdmu legalment fl-Istati Membri għandhom igawdu mill-inqas ġabra komuni ta’ drittijiet imsejsa fuq it-trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti rispettiv tagħhom, irrispettivament mill-għan inizjali tal-ammissjoni jew il-bażi għaliha. Id-dritt għat-trattament ugwali fl-oqsma speċifikati minn din id-Direttiva għandu jingħata mhux biss lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew ammessi fi Stat Membru biex jaħdmu iżda wkoll lil dawk kollha li ġew ammessi għal finijiet oħra u ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru skont dispożizzjonijiet oħra ta’ liġi tal-Unjoni jew nazzjonali inklużi l-membri tal-familja ta’ ħaddiem ta’ pajjiż terz li huma ammessi fl-Istat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat‑<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE> dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja(<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.</P></NOTE>); […].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Ħaddiema ta’ pajjiżi terzi għandhom igawdu trattament ugwali f’dak li jirrigwarda s-sigurtà soċjali. Il-fergħat tas-sigurtà soċjali huma definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali(<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.</P></NOTE>). Id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ugwali rigward is-sigurtà soċjali f’din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għall-ħaddiema li jiġu ammessi fi Stat Membru direttament minn pajjiż terz. Madankollu, din id-Direttiva m’għandhiex tagħti lil ħaddiema ta’ pajjiżi terzi aktar drittijiet minn dawk diġà pprovduti fil-liġi eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu f’sitwazzjonijiet transkonfinali. Barra minn hekk, din id-Direttiva m’għandhiex tagħti drittijiet fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li huma barra mill-ambitu tal-liġi tal-Unjoni, bħal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ membri tal-familja li jirrisjedu f’pajjiż terz. Din id-Direttiva tagħti drittijiet biss b’rabta ma’ membri tal-familja li jingħaqdu ma’ ħaddiem tal-pajjiż terz biex jirrisjedu fi Stat Membru abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja jew membri tal-familja li jkunu diġà residenti legalment f’dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Dritt għal trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi, kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) għandhom igawdu minn trattament ugwali maċ-ċittadini tal-Istat Membru fejn jirrisjedu fir-rigward ta’: […]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004; […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali: […]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>billi jillimitaw id-drittijiet konferriti fuq ħaddiema ta’ pajjiżi terzi taħt il-punt (e) tal-paragrafu 1, iżda ma jillimitawx tali drittijiet mogħtija lil ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkollhom impjieg jew li jkunu f’impjeg għal mhux anqas minn sitt xhur u li jkunu reġistrati bħala qiegħda.</TXT><P>Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-punt (e) tal-paragrafu 1 rigward il-benefiċċji għall-familja ma għandux japplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu awtorizzati jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru għal perijodu ta’ żmien li ma jeċċedix is-sitt xhur, għal ċittadini ta’ pajjizi terzi li ġew ammessi għall-fini ta’ studju, jew għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom il-permess jaħdmu abbażi ta’ viża.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Decreto legge <DATE ISO="19880313">13 marzo 1988</DATE>, n. 69, Norme in materia previdenziale, per il miglioramento delle gestioni degli enti portuali ed altre disposizioni urgenti (id-Digriet-Liġi Nru 69, tat‑<DATE ISO="19880313">13 ta’ Marzu 1988</DATE>, Dispożizzjonijiet dwar is-Sigurtà Soċjali, għat-Titjib tal-Ġestjoni tal-Organi Portwali u Dispożizzjonijiet Urġenti Oħra), li, permezz ta’ emendi, ġie kkonvertit fil-Liġi Nru 153 tat‑<DATE ISO="19880513">13 ta’ Mejju 1988</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Liġi Nru 153/1988<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) (GURI Nru 143 tal‑<DATE ISO="19880620">20 ta’ Ġunju 1988</DATE>), introduċa l-assegno per il nucleo familiare (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>allowance għan-nuklei familjari<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). Dan l-artikolu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-ħaddiema u l-benefiċjarji ta’ pensjonijiet u benefiċċji tas-sigurtà soċjali li jirriżultaw mill-impjieg […], allowances tal-familja, allowances supplimentari tal-familja u kull benefiċċju ieħor tal-familja ta’ kwalunkwe isem […] għandhom jiġu ssostitwiti, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-artikolu, bl-allowance għan-nuklei familjari.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-allowance għandha titħallas b’rati differenti abbażi tan-numru ta’ membri tal-familja u tad-dħul tan-nukleu familjari, skont it-tabella annessa ma’ dan id-digriet. Il-livelli ta’ dħul indikati f’din it-tabella għandhom jiżdiedu […] għan-nuklei familjari li jinkludu individwi li, minħabba diżabbiltà jew indeboliment mentali jew fiżiku, jinsabu f’inkapaċità totali u permanenti li jokkupaw impjieg bi ħlas jew, jekk minuri, jesperjenzaw diffikultajiet persistenti fit-twettiq tal-inkarigi u l-funzjonijiet skont l-età tagħhom. Dawn il-livelli ta’ dħul għandhom jiżdiedu […] jekk l-individwi deskritti fil-paragrafu 1 ikunu romol, iddivorzjati, isseparati legalment jew mhux miżżewġa. B’effett mill‑<DATE ISO="19940701">1 ta’ Lulju 1994</DATE>, fejn in-nukleu familjari deskritt fil-paragrafu 6 jinkludi żewġt itfal jew iktar, l-ammont mensili tal-allowance pagabbli għandu jiżdied […] għal kull wild, bl-esklużjoni tal-ewwel wieħed.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>In-nukleu familjari għandu jkun kompost mill-konjuġi, bl-esklużjoni tal-konjuġi sseparati legalment u <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, u mit-tfal u l-ekwivalenti […] li għandhom inqas minn 18‑il sena jew indipendentement mill-età tagħhom meta, minħabba diżabbiltà jew indeboliment mentali jew fiżiku, ikunu jinsabu f’inkapaċità totali u permanenti li jokkupaw impjieg bi ħlas. […]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="002.006A"><NO.PARAG>6‑bis.</NO.PARAG><ALINEA>Nukleu familjari kif deskritt fil-paragrafu 6 ma għandux jinkludi konjuġi u tfal u l-ekwivalenti ta’ ċittadini barranin li ma humiex residenti fit-territorju tar-Repubblika, ħlief jekk l-Istat li dan iċ-ċittadin barrani jkun ċittadin tiegħu jiġi suġġett għal reċiproċità ma’ ċittadini Taljani jew fejn tkun ġiet konkluża konvenzjoni internazzjonali dwar allowances tal-familja. L-Istati li għalihom japplika l-prinċipju ta’ reċiproċità għandhom jiġu stabbiliti mill-Ministru tax-Xogħol u tas-Sigurtà Soċjali, wara konsultazzjoni mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/98 ġiet trasposta fid-dritt Taljan permezz tad-Decreto legislativo <DATE ISO="20140304">4 marzo 2014</DATE>, n. 40, Attuazione della direttiva 2011/98/UE relativa a una procedura unica di domanda per il rilascio di un permesso unico che consente ai cittadini di Paesi terzi di soggiornare e lavorare nel territorio di uno Stato membro e a un insieme comune di diritti per i lavoratori di Paesi terzi che soggiornano regolarmente in uno Stato membro (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 40 tal‑<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE> dwar it-Traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/98/UE, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 40/2014<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) (GURI Nru 68 tat‑<DATE ISO="20140322">22 ta’ Marzu 2014</DATE>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, WS huwa ċittadin ta’ pajjiż terz li kellu permess li jwettaq xogħol bi ħlas fl-Italja mid‑<DATE ISO="20111209">9 ta’ Diċembru 2011</DATE>, u permess uniku ta’ xogħol mit‑<DATE ISO="20151228">28 ta’ Diċembru 2015</DATE> skont id-Digriet Leġiżlattiv Nru 40/2014 li jittrasponi d-Direttiva 2011/98. Minn Jannar sa Ġunju 2014 u mbagħad minn Lulju 2014 sa Ġunju 2016, il-mara u ż-żewġt itfal ta’ WS irrisjedew fil-pajjiż terz ta’ oriġini (is-Sri Lanka)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Skont l-osservazzjonijiet ta’ WS u tal-Gvern Taljan, il-mara u ż-żewġt itfal ta’ WS ma kinux residenti fl-Italja bejn Jannar 2014 u Ġunju 2015, u wara dan il-perijodu, huma stabbilixxew ruħhom fl-Italja fejn jirrisjedu legalment. Peress li dawn il-kwistjonijiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju, ma iniex ser nevalwahom f’iktar dettall.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Għal dawn il-perijodi, l-Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (l-Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali, l-Italja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>INPS<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) irrifjuta li jħallas lil WS l-allowance għan-nuklei familjari minħabba li, għal ċittadini ta’ pajjiż terz, l-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988 jeskludi membri tal-familja li ma jirrisjedux fl-Italja mill-kalkolu ta’ din l-allowance.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>WS ippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tal-INPS quddiem it-Tribunale Giudice del Lavoro di Alessandria (il-Qorti Industrijali ta’ Alessandria, l-Italja). Insostenn tar-rikors tiegħu, huwa sostna li l-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988 huwa inkompatibbli mad-dritt tiegħu għal ugwaljanza fit-trattament skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98, sa fejn din il-leġiżlazzjoni tittratta lil ċittadini ta’ pajjiż terz b’mod inqas favorevoli minn ċittadini tal-Istat Membru ospitanti. Din il-qorti ċaħdet ir-rikors tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>WS appella minn din id-deċiżjoni quddiem il-Corte d’appello di Torino (il-Qorti tal-Appell ta’ Torino, l-Italja). Din il-qorti laqgħet l-appell ta’ WS, billi ddeċidiet abbażi tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98 li l-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988 huwa diskriminatorju u ma applikatux.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-INPS appella fil-kassazzjoni sabiex is-sentenza tal-appell tiġi rrevokata, billi invoka aggravju wieħed fid-dritt ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98 u tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 40/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju indikat li l-allowance għan-nuklei familjari hija suppliment finanzjarju li huwa disponibbli partikolarment għall-persuni kollha li jaħdmu fl-Italja, sakemm dawn ikunu jappartjenu għal nukleu familjari li d-dħul tiegħu ma jaqbiżx ċertu limitu. L-ammont ta’ din l-allowance huwa kkalkolat skont in-numru ta’ membri tan-nukleu familjari, in-numru ta’ tfal u d-dħul tan-nukleu familjari. Għall-impjegati, il-ħlas isir mill-persuna li timpjega flimkien mal-ħlas tas-salarju, abbażi ta’<?PAGE NO="5"?> rata perċentwali applikata għas-salarju gross tal-impjegat, u l-INPS imbagħad jagħmel aġġustament finali bejn l-ammonti mħallsa mill-persuna li timpjega u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li huwa għandu jħallas. Il-qorti tar-rinviju qieset li, minkejja l-ġurisprudenza tagħha li tiddefinixxi n-natura tal-allowance għan-nuklei familjari bħala marbuta mas-sigurtà soċjali u mal-assistenza soċjali, din l-allowance taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju osservat, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li l-membri tan-nukleu familjari huma ta’ importanza essenzjali fl-iskema tal-allowances u essenzjalment jitqiesu bħala benefiċjarji tal-allowance. Hija għaldaqstant staqsiet dwar jekk l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988, li skontha l-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz, u mhux dawk ta’ ċittadini Taljani, huma esklużi min-nukleu familjari meta r-residenza tagħhom ma tkunx fl-Italja u meta ma jeżistux kundizzjonijiet ta’ reċiproċità mal-pajjiż ta’ ċittadinanza tagħhom, fid-dawl tal-premessi 20 u 24 ta’ din id-direttiva li jirrigwardaw il-membri tal-familja li jirrisjedu fl-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-kawża prinċipali u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn detenturi tal-permess uniku ta’ residenza u ta’ xogħol u ċittadini nazzjonali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, bil-kontra ta’ dak li huwa previst fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat Membru, li l-membri tal-familja tal-ħaddiem detentur ta’ permess uniku u li ġej minn pajjiż terz, jekk huma jirrisjedu fil-pajjiż terz ta’ oriġini, huma esklużi miċ-ċirku tal-membri tan-nukleu familjari meħuda inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-allowance għan-nuklei familjari?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-INPS, minn WS, mill-Gvern Taljan u mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn il-partijiet ipparteċipaw ukoll fis-seduta li nżammet fis‑<DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sommarju tal-osservazzjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-INPS isostni li r-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun fin-negattiv. Huwa jsostni li, fir-rigward tal-pajjiżi terzi, huwa diffiċli li jiġu vverifikati l-eżistenza ta’ benefiċċji oħra tal-familja mħallsa barra mill-pajjiż lill-istess membri tal-familja u tibdiliet fis-sitwazzjoni familjari li jistgħu jaffettwaw id-dritt li jirċievu l-allowance għan-nuklei familjari. Għalhekk, fil-fehma tiegħu, l-esklużjoni ta’ membri tal-familja mhux residenti fl-Italja fl-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988 – li tapplika biss għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux ikkonkludew ftehim internazzjonali mal-Italja li jkopri benefiċċji tal-familja jew li jirriżervaw trattament reċiproku għal ċittadini Taljani, u ma tapplikax għal ċittadini Taljani jew ċittadini tal-Unjoni – hija proporzjonata u raġonevoli, peress li hija intiża li tipprevjeni li din l-allowance tiddevja mill-funzjoni tagħha ta’ sostenn effettiv għall-unità tal-familja. Din il-leġiżlazzjoni tiddistingwi wkoll sitwazzjonijiet li huma oġġettivament differenti minn xulxin, peress li ċittadin ta’ Stat Membru jgawdi minn relazzjoni permanenti u oriġinali ma’ dan l-Istat, filwaqt li ċittadin ta’ pajjiż terz għandu relazzjoni akkwistata u ġeneralment temporanja mal-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-INPS isostni li l-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988 huwa konsistenti mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98. Skont l-INPS, mill-Artikolu 3(1) u mill-premessi 8, 19, 20, 24 u 26 ta’ din id-direttiva jsegwi li ma huwiex biżżejjed li l-ħaddiem ta’ pajjiż terz jirrisjedi fl-Italja, peress li l-membri tal-familja huma benefiċjarji tal-allowance għan-nuklei familjari u għandhom għalhekk jirrisjedu fit-territorju nazzjonali. Huwa jenfasizza wkoll li l-allowance għan-nuklei familjari hija<?PAGE NO="6"?> differenti mill-benefiċċju li ta lok għas-sentenza Martinez Silva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE> (<NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, partikolarment minħabba li din l-allowance toriġina minn relazzjoni ta’ impjieg, hija ffinanzjata minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mħallsa mill-persuni li jimpjegaw u mill-ħaddiema, u tirreferi b’mod preċiż għall-membri tan-nukleu familjari. Kif huwa enfasizza fis-seduta, l-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988 ma jaffettwax id-dritt ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz għall-allowance, iżda biss l-ammont, u huwa konformi mal-għan tad-Direttiva 2011/98 li tippromwovi l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fl-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>WS isostni li l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni. Skont WS, konformement mal-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 153/1988, persuni li jaħdmu fl-Italja, li għalihom tapplika s-sistema ta’ remunerazzjoni u kontribuzzjonijiet skont id-dritt Taljan, huma suġġetti, fir-rigward tal-allowance għan-nuklei familjari, għal trattament differenti minħabba n-nazzjonalità: ħaddiema ta’ pajjiż terz, mhux bħal ħaddiema Taljani, ma jistgħux jinkludu fin-nukleu familjari tagħhom il-membri tal-familja li jirrisjedu barra għall-finijiet ta’ intitolament għal din l-allowance u l-kalkolu tal-ammont tagħha. Minħabba li l-Italja tieħu inkunsiderazzjoni għaċ-ċittadini tagħha membri tal-familja li jirrisjedu barra, hija għandha tagħmel l-istess għal ċittadini ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98. Soluzzjoni differenti tmur kontra l-għanijiet tal-ugwaljanza u l-koeżjoni soċjali espressi fil-premessa 19 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>WS isostni li l-premessa 20 tad-Direttiva 2011/98 ma hijiex rilevanti għal din il-kawża, peress li l-funzjoni tagħha hija li testendi d-dritt għal ugwaljanza fit-trattament għal ċerti destinatarji u mhux li tillimita dan id-dritt. Lanqas ma hija applikabbli l-premessa 24 ta’ din id-direttiva, peress li l-allowance għan-nuklei familjari hija ggarantita esklużivament għall-ħaddiem, u l-membri tal-familja ma għandhom l-ebda dritt għaliha. WS jenfasizza li r-residenza tal-membri tal-familja tal-ħaddiem ta’ pajjiż terz ma tissemmiex fl-Artikolu 12(2)(b) tad-Direttiva 2011/98, li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet għall-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tas-sigurtà soċjali, u li l-formulazzjoni tal-premessa 24 ta’ din id-direttiva ma tkoprix każijiet li fihom membri tal-familja li jirrisjedu barra mill-pajjiż jikkostitwixxu element fid-determinazzjoni tal-benefiċċji mogħtija lill-ħaddiem ta’ pajjiż terz li jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti. WS jippreżupponi li jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jillimita l-ugwaljanza fit-trattament b’dan il-mod, huwa kien jagħmel dan espressament u mhux isemmi dan il-punt sempliċement fi premessa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Kif enfasizza WS fis-seduta, l-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988 jaffettwa d-dritt taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għall-allowance, u mhux biss l-ammont, jekk il-membri kollha tal-familja jkunu jirrisjedu barra mill-pajjiż. Fil-fehma ta’ WS, lanqas ma hemm inkonsistenza mad-Direttiva 2003/109, peress li l-ugwaljanza fit-trattament ta’ residenti fit-tul skont din id-direttiva hija usa’ minn dik ta’ detenturi ta’ permess uniku skont id-Direttiva 2011/98, u għalhekk tinkludi s-sigurtà soċjali, l-assistenza soċjali u l-protezzjoni soċjali, mingħajr restrizzjonijiet speċifiċi għall-benefiċċji tal-familja, b’mod li ma jinbidilx it-trattament globali mogħti lil dawn il-kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz skont dawn iż-żewġ direttivi. WS iżid li l-kontrolli tal-allowances fir-rigward ta’ membri tal-familja li jirrisjedu barra mill-pajjiż huma distinti mill-ugwaljanza fit-trattament u, fi kwalunkwe każ, ma jinbidlux skont jekk is-sitwazzjoni tkunx tikkonċerna l-membri tal-familja ta’ ċittadini Taljani li ma humiex residenti jew dawk ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu fl-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan isostni li l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni. Huwa jindika li l-allowance għan-nuklei familjari hija ffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet obbligatorji tal-assigurazzjoni tal-persuna li timpjega u hija għaldaqstant parti mis-sigurtà soċjali. Huwa jsostni li r-raġunijiet għall-esklużjoni ta’ membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li ma humiex residenti huma dovuti għan-natura ta’ din l-allowance, għall-għan tagħha u għall-kundizzjonijiet neċessarji għall-għoti tagħha, flimkien mal-għan li jiġu evitati prattiki abbużivi, bħall-forum shopping, fil-qasam tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Taljan, din l-esklużjoni ma hijiex kuntrarja għad-Direttiva 2011/98. Huwa jasserixxi li l-Artikolu 12(1)(e) ta’ din id-direttiva, li jkopri l-allowance għan-nuklei familjari, jagħti ugwaljanza fit-trattament biss lil ħaddiema ta’ pajjiż terz li huma ddefiniti fih. Għalhekk, dan l-artikolu ma jagħtix lill-membri tal-familja dritt għal ugwaljanza fit-trattament fir-rigward ta’ skemi li huma l-benefiċjarji diretti tagħhom, bħal fil-każ tal-allowance għan-nuklei familjari. Din l-interpretazzjoni hija sostnuta, fil-fehma tiegħu, mill-premessi 24 u 26 tad-Direttiva 2011/98 kif ukoll mill-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20101124">24 ta’ Novembru 2010</DATE> li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma humiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="344" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 344, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, li jistabbilixxi b’mod partikolari li dan ir-regolament japplika wkoll għal membri tal-familja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>bil-kondizzjoni li huma jkunu residenti legalment fit-territorju ta’ Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Il-Gvern Taljan jirreferi f’dan ir-rigward għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190124">24 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Balandin <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑477/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:60">EU:C:2019:60</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan jenfasizza li, fir-rigward tad-dritt għal ugwaljanza fit-trattament tar-residenti fit-tul, li għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>status aktar privileġġjat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> minn detenturi ta’ permess uniku skont il-premessa 8 tad-Direttiva 2011/98, l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/109 jawtorizza lill-Istati Membri jirrestrinġu dan id-dritt fejn ir-residenza tar-resident fit-tul <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>jew dak tal-membri tal-familja li għalihom hu/i jagħmel talba għall-benefiċċji<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tinsab fit-territorju tagħhom. Huwa għaldaqstant iqis li interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98 fis-sens li jagħti vantaġġi lil membri tal-familja ta’ detenturi ta’ permess uniku f’kundizzjonijiet inqas stretti minn dawk applikabbli għal membri tal-familja tar-residenti fit-tul hija illoġika. Lanqas ma hemm kontradizzjoni, fil-fehma tiegħu, mas-sentenza Martinez Silva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE> (<NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, peress li din is-sentenza kkonċernat tip ieħor ta’ benefiċċji u l-membri kollha tal-unità tal-familja tal-applikant kienu jirrisjedu fl-Istat Membru ospitanti. Kif huwa enfasizza waqt is-seduta, l-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988 jaffettwa l-ammont u mhux id-dritt għall-allowance, u dan skont l-għan tad-Direttiva 2011/98 li tinkoraġġixxi l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fl-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni. Hija tosserva li l-allowance għan-nuklei familjari hija benefiċċju tal-familja fis-sens tar-Regolament Nru 883/2004 għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, u li WS jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> ta’ dan l-artikolu, minħabba li huwa ċittadin ta’ pajjiż terz kopert mill-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 2011/98. Hija tenfasizza li l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98 ma jillimitax ugwaljanza fit-trattament fir-rigward ta’ sigurtà soċjali skont ir-residenza tal-membri tal-familja tal-ħaddiem ta’ pajjiż terz. WS lanqas ma jaqa’ taħt id-derogi li Stat Membru jista’ jistabbilixxi skont l-Artikolu 12(2)(b) ta’ din id-direttiva, bil-kundizzjoni li dan l-Istat ikun iddikjara b’mod ċar l-intenzjoni tiegħu li jinvokahom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Il-Kummissjoni tirreferi, f’dan ir-rigward, għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li ma huwiex il-każ hawnhekk. Kif juri l-Artikolu 12(2)(c) tad-Direttiva 2011/98 dwar il-benefiċċji fiskali, meta l-leġiżlatur tal-Unjoni jkollu l-intenzjoni li jirrestrinġi l-ugwaljanza fit-trattament minħabba r-residenza tal-membri tal-familja taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, huwa jagħmel dan espressament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-premessa 24 tad-Direttiva 2011/98 ma tillimitax l-applikazzjoni tal-ugwaljanza fit-trattament, iżda tagħmilha ċara li din id-direttiva ma tagħtix fiha nnifisha drittijiet f’sitwazzjonijiet fejn ma hemmx regoli armonizzati fid-dritt tal-Unjoni. Peress li l-ugwaljanza fit-trattament skont id-Direttiva 2011/98 tiddependi fuq id-drittijiet irrikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, meta din il-leġiżlazzjoni tipprevedi, bħal fl-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 153/1988, l-għoti ta’ benefiċċji tal-familja lil membri tal-familja ta’ dawn iċ-ċittadini li jirrisjedu barra mill-pajjiż, tali benefiċċji għandhom, skont l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98, jingħataw ukoll lil membri tal-familja ta’ ħaddiema ta’ pajjiż terz fl-istess sitwazzjoni. Kif hija enfasizzat fis-seduta, argumenti bbażati fuq il-premessa 20 tad-Direttiva 2011/98 u<?PAGE NO="8"?> fuq l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1231/2010 huma infondati, peress li jikkonċernaw każijiet fejn drittijiet awtonomi jingħataw lil membri tal-familja, u ma hemmx inkonsistenza bejn l-interpretazzjoni proposta tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 u dik tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/109 dwar residenti fit-tul, peress li dawn id-dispożizzjonijiet jindirizzaw sitwazzjonijiet legali differenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, sabiex tiddeċiedi jekk il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn id-detenturi ta’ permess uniku stabbilit fl-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 fir-rigward tas-sigurtà soċjali għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988, li teskludi lill-membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu permess uniku, iżda mhux lil dawk ta’ ċittadin tal-Istat Membru ospitanti, fil-każ li fih ma jkunux jirrisjedu f’dan l-Istat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-intitolament ta’ dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għal benefiċċju tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Kif jidher mid-deċiżjoni tar-rinviju, id-domanda magħmula f’din il-kawża tirriżulta mill-fatt li, kif jidher fil-punt 8 ta’ dawn il-konklużjonijiet, skont l-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 153/1988, in-nukleu familjari, li abbażi tiegħu tiġi ddeterminata l-allowance, huwa kompost mill-persuni kollha li għandhom relazzjoni familjari partikolari ma’ ħaddiem fl-Italja, indipendentement minn jekk il-membri tal-familja jirrisjedux fl-Italja jew imkien ieħor fid-dinja. Madankollu, skont l-Artikolu 2(6‑bis) ta’ din il-liġi, għal persuni li jaħdmu fl-Italja u li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, in-nukleu familjari huwa kompost biss minn dawk il-membri tal-familja li jirrisjedu fl-Italja, u mhux minn dawk li jirrisjedu barra mill-pajjiż (sakemm ma jkunx hemm trattament reċiproku jew ftehim speċifiku)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Għandu jiġi nnotat li, kif ġie indikat minn WS, filwaqt li l-qorti tar-rinviju ssemmi l-pajjiż terz ta’ oriġini fid-domanda preliminari, jidher ċar mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni li din id-domanda tqum ukoll li kieku l-membri tal-familja jirrisjedu f’pajjiżi oħra barra mill-Italja.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Nosserva li d-domanda magħmula f’din il-kawża għadha ma ġietx eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, l-ewwel nett huwa neċessarju li jiġu pprovduti numru ta’ osservazzjonijiet preliminari dwar id-Direttiva 2011/98 u l-qafas tal-migrazzjoni legali tal-Unjoni, flimkien mas-sentenza tal‑<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, Martinez Silva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> (Taqsima A). Sussegwentement ser indur għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98, billi nispjega għaliex, fil-fehma tiegħi, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni ma hijiex konformi ma’ din id-dispożizzjoni (Taqsima B).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2011/98 u l-qafas tal-migrazzjoni legali tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-Direttiva 2011/98 hija strument legali prinċipali fl-hekk imsejjaħ qafas tal-migrazzjoni legali tal-Unjoni, li huwa parti mill-politika komuni ta’ immigrazzjoni tal-Unjoni fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara t-Titolu V, Kap. 2 TFUE, b’mod partikolari l-Artikolu 79 TFUE.</P></NOTE>. Il-qafas tal-migrazzjoni legali tal-Unjoni jinkludi sett ta’ direttivi li b’mod ġenerali jirregolaw il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ kategoriji ta’<?PAGE NO="9"?> ċittadini ta’ pajjiż terz u d-drittijiet tagħhom wara ammissjoni fl-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Għal ħarsa ġenerali, ara, pereżempju, id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Kontroll tal-idoneità fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-migrazzjoni legali, SWD(2019) 1055 final, tad‑<DATE ISO="20190329">29 ta’ Marzu 2019</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kontroll tal-idoneità mill-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Kif indikat fih, il-qafas tal-migrazzjoni legali tal-Unjoni jinkludi d-direttivi segwenti: (1) id-Direttiva 2003/86 dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja; (2) id-Direttiva 2003/109 dwar ir-residenti għat-tul; (3) id-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal‑<DATE ISO="20090525">25 ta’ Mejju 2009</DATE> dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijietta’ impjieg bi kwalifiki għoljin (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="155" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 155, p. 17</REF.DOC.OJ>); (4) id-Direttiva 2011/98 dwar il-permess uniku; (5) id-Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="375" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 375</REF.DOC.OJ>); (6) id-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fil-qafas ta’ trasferiment intra-azjendali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="157" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 157, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 154, p. 27</REF.DOC.OJ>); u (7) id-Direttiva 2016/801, dwar, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-istudenti u r-riċerkaturi, li ħassret u ssostitwixxiet id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat‑<DATE ISO="20041213">13 ta’ Diċembru 2004</DATE> dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="330" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 153M, p. 330</REF.DOC.OJ>), u d-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat‑<DATE ISO="20051012">12 ta’ Ottubru 2005</DATE> dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="289" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 289, p. 15</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Dispożizzjonijiet dwar ugwaljanza fit-trattament huma element importanti ta’ dawn id-direttivi, u jippromwovu wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-politika tal-immigrazzjoni tal-Unjoni, li, kif stabbilit fil-premessa 2 tad-Direttiva 2011/98, huwa li jiġi żgurat trattament ġust ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-Artikolu 79(1) TFUE; ara wkoll l-Artikolu 67(2) TFUE.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ikkomparata mad-direttivi li jkopru ċerti tipi ta’ ħaddiema ta’ pajjiż terz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, id-Direttiva 2011/98 tistabbilixxi qafas komuni ta’ drittijiet għal ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom impjieg legali u huma diġà ammessi fi Stat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-Kontroll tal-idoneità mill-Kummissjoni, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet, p. 26.</P></NOTE>. Hija għandha żewġ għanijiet prinċipali. L-ewwel wieħed huwa li tiġi ffaċilitata l-proċedura ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz għal xogħol fi Stat Membru billi tiġi introdotta proċedura unika ta’ applikazzjoni għal permess uniku (permess konġunt tax-xogħol u ta’ residenza). It-tieni wieħed huwa li jiġu ggarantiti sett ta’ drittijiet komuni għal ħaddiema ta’ pajjiż terz abbażi ta’ ugwaljanza fit-trattament ma’ ċittadini tal-Istat Membru ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara d-Direttiva 2011/98, b’mod partikolari l-Artikolu 1 u l-premessa 30; ara wkoll ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-Direttiva 2011/98, COM (2019) 160 finali, tad‑<DATE ISO="20190329">29 ta’ Marzu 2019</DATE>, p. 1. Għal dibattitu fil-fond, ara, pereżempju, Friðriksdóttir, B., <HT TYPE="ITALIC">What Happened to Equality? The Construction of the Right to Equal Treatment of Third-Country Nationals in European Union Law on Labour Migration</HT>, Brill Nijhoff, 2017, pp. 193‑226; Iglesias Sanchez, S., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Single Permit Directive 2011/98/EU<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, f’Hailbronner, K. u Thym, D. (edituri), <HT TYPE="ITALIC">EU Immigration</HT> <HT TYPE="ITALIC">and Asylum Law – A Commentary</HT>, C. H. Beck/Hart/Nomos, it-tieni edizzjoni, 2016, pp. 880‑927.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2011/98 jistabbilixxi li l-ħaddiema ta’ pajjiż terz kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(b) u (c) ta’ din id-direttiva għandhom igawdu minn ugwaljanza fit-trattament ma’ ċittadini tal-Istat Membru ospitanti f’oqsma speċifiċi, inklużi l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali skont il-punt (e), bla ħsara għad-derogi li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu skont l-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva. Dan ifisser essenzjalment li, skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċittadini ta’ pajjiż terz li jkollhom permess uniku jiġu bħala prinċipju ttrattati bl-istess mod bħal ċittadini tal-Istat Membru ospitanti f’sitwazzjoni komparabbli fir-rigward tal-għoti ta’ tali benefiċċji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza tal‑<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, Martinez Silva</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll li s-sentenza tal‑<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, Martinez Silva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, hija rilevanti għal din il-kawża, anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja indirizzat kwistjonijiet differenti f’din is-sentenza. Hija kienet ibbażata fuq talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti tal-appell Taljana, u ppreżentat l-ewwel opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’din is-sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċittadini ta’ pajjiż terz li jkollhom permess uniku milli jirċievu benefiċċju tal-familja mogħti lil ċittadini tal-Istat Membru ospitanti għal unitajiet ta’ familja li jkollhom minn tal-inqas tliet ulied minuri u li d-dħul tagħhom ikun inqas minn ċertu limitu. B’mod<?PAGE NO="10"?> partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fid-dawl ta’ ġurisprudenza dwar ir-Regolament Nru 883/2004 flimkien mal-predeċessur tiegħu, ir-Regolament Nru 1408/71<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).</P></NOTE>, li l-benefiċċju inkwistjoni kien benefiċċju tas-sigurtà soċjali inkluż fost il-benefiċċji tal-familja msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 883/2004, u għalhekk kien jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll, b’analoġija mal-ġurisprudenza dwar id-Direttiva 2003/109 dwar ir-residenti għat-tul<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) (li tirreferi, b’analoġija, għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120424">24 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Kamberaj</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑571/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:233">EU:C:2012:233</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)).</P></NOTE>, li d-Direttiva 2011/98 tagħti lil ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom permess uniku dritt għal ugwaljanza fit-trattament li jikkostitwixxi r-regola ġenerali, u telenka d-derogi minn dan id-dritt li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jistabbilixxu, sakemm ikunu esprimew b’mod ċar li huma kellhom l-intenzjoni li jinvokawhom. Peress li l-Italja ma wrietx tali intenzjoni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-għoti tal-benefiċċju inkwistjoni, adottata qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/98 fid-dritt nazzjonali, ma setgħetx titqies li timplimenta l-limitazzjonijiet għad-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jistabbilixxu skont l-imsemmija direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Konsegwentement, mis-sentenza f’Martinez Silva jsegwi li, f’ċirkustanzi fejn leġiżlazzjoni nazzjonali toħloq differenza fit-trattament bejn ċittadini ta’ pajjiż terz li jkollhom permess uniku u ċittadini tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tal-għoti ta’ benefiċċju tal-familja u ma jistgħu jiġu applikati ebda derogi, id-dritt għal ugwaljanza fit-trattament mogħti lil dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 għandu jiġi rrispettat. Din is-sentenza għaldaqstant issostni l-fehma li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni tmur kontra l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98. Ser nirritorna għal din is-sentenza iktar ’il quddiem fl-analiżi tiegħi (ara l-punti 42 u 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat preliminarjament li, kif indikat fil-premessa 26 tad-Direttiva 2011/98, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, huwa kull Stat Membru li għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali kif ukoll l-ammont ta’ dawn il-benefiċċji u l-perijodu tal-għoti tagħhom. Madankollu, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom josservaw id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Isegwi li d-Direttiva 2011/98 ma tipprekludix li Stat Membru, pereżempju, jeskludi mill-għoti tal-benefiċċji tal-familja lill-ħaddiema li l-membri tal-familja tagħhom jirrisjedu f’pajjiżi terzi, jew li jeskludi dawk il-membri tal-familja mill-bażi tal-kalkolu tal-ammont ta’ tali benefiċċji. Madankollu, l-Artikolu 12(1)(e) ta’ din id-direttiva jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom permess uniku igawdu minn ugwaljanza fit-trattament maċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tas-sigurtà soċjali. Għalhekk, sa fejn il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti (<HT TYPE="ITALIC">in casu</HT> l-Italja) tagħti benefiċċju tal-familja liċ-ċittadini tiegħu irrispettivament minn fejn jirrisjedu l-membri tal-familja tagħhom, l-istess trattament għandu bħala prinċipju jingħata liċ-ċittadini ta’ pajjiż<?PAGE NO="11"?> terz li jkollhom permess uniku u li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli skont din id-dispożizzjoni. Konsegwentement, jidhirli li l-esklużjoni tal-membri tal-familja ta’ dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li ma humiex residenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma hijiex konsistenti ma’ din id-dispożizzjoni għar-raġunijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa paċifiku li ħaddiem ta’ pajjiż terz bħal WS jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 u huwa għalhekk intitolat għal ugwaljanza fit-trattament skont din id-dispożizzjoni. Kif indikat mid-deċiżjoni tar-rinviju, WS għandu permess uniku fis-sens tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2011/98 u huwa kklassifikat bħala ħaddiem ta’ pajjiż terz li ġie ammess fi Stat Membru sabiex jaħdem konformement mad-dritt tal-Unjoni jew mad-dritt nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 2011/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>It-tieni nett, jidher ċar li, kif indikat mill-qorti tar-rinviju flimkien mal-Gvern Taljan, l-allowance għan-nuklei familjari tikkwalifika bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali inkluż fost il-benefiċċji tal-familja msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 883/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, f’dan ir-rigward, id-Dikjarazzjoni tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 883/2004, li tikklassifika l-allowance għan-nuklei familjari fil-Liġi Nru 153/1988 bħala benefiċċju tal-familja skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=868&amp;intPageId=2285&amp;langId=en, p. 5.</P></NOTE>, u għaldaqstant taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98. Fil-fatt, fis-sentenza Bettaccini<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940922">22 ta’ Settembru 1994</DATE> (<NO.CASE>C‑301/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:341">EU:C:1994:341</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punti 6, 18 u 19); ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bettaccini</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑301/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:139">EU:C:1994:139</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li dan huwa l-każ fil-kuntest tar-Regolament Nru 1408/71. Fi kwalunkwe każ, kif isegwi mis-sentenza Marinez Silva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-kuntest tar-Regolament Nru 883/2004, ara wkoll, pereżempju, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>FV u GW (Wild tal-konjuġi ta’ ħaddiem fruntalier)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑802/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:269">EU:C:2020:269</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-allowance għan-nuklei familjari tista’ titqies li tissodisfa l-kriterji ta’ benefiċċju tal-familja skont ir-Regolament Nru 883/2004 għall-finijiet tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98, peress li hija benefiċċju fi flus li huwa mogħti mingħajr ebda evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali tar-rikorrent, fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni ddefinita legalment, u hija intiża li tissodisfa l-ispejjeż tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>It-tielet nett, ma hemm l-ebda dubju li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom permess uniku huma suġġetti għal trattament inqas favorevoli minn ċittadini tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tal-intitolament għall-allowance għan-nuklei familjari li huwa pprojbit mill-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98. Jidher li l-Artikolu 2(6‑bis) tal-Liġi Nru 153/1988 jintroduċi skema differenti għal ċittadini ta’ pajjiż terz (sakemm ma jkunx hemm trattament reċiproku jew ftehim speċifiku) mill-iskema ġenerali li tapplika għal ċittadini Taljani li lilhom hija pagabbli l-allowance irrispettivament mir-residenza tal-membri tal-familja. Skont din il-leġiżlazzjoni, ċittadini ta’ pajjiż terz, b’differenza miċ-ċittadini Taljani, ma jistgħux jinkludu membri tal-familja li ma humiex residenti fl-Italja fil-kompożizzjoni tan-nukleu familjari sabiex jiġi ddeterminat l-intitolament għal din l-allowance. Dan għandu l-effett li jnaqqas l-ammont tal-allowance li jista’ jirċievi ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, jew li jelimina l-ħlas tagħha kompletament, skont in-numru ta’ membri tal-familja residenti fl-Italja, meta mqabbel mal-allowance mogħtija lil ċittadini tal-Istat Membru ospitanti li l-membri tal-familja tagħhom jittieħdu inkunsiderazzjoni anki jekk ma humiex residenti fl-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kuntrarjament għall-osservazzjonijiet tal-INPS u tal-Gvern Taljan, u kif ġie indikat minn WS, tali leġiżlazzjoni nazzjonali għandha titqies li taffettwa d-dritt ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz għall-allowance għan-nuklei familjari u mhux biss l-ammont tagħha, peress li din il-leġiżlazzjoni effettivament iċċaħħad lil dawn iċ-ċittadini mid-dritt tagħhom għal din l-allowance għall-perijodi rilevanti fejn il-membri kollha tal-familja tagħhom ma jkunux residenti fl-Italja, kif juru ċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għandu jiġi miżjud ukoll li, sa fejn l-INPS jiċħad l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi li s-sitwazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom permess uniku u ċittadini tal-Istat Membru ospitanti hija differenti minħabba r-rabtiet rispettivi tagħhom ma’ dan l-Istat, tali argument ma jistax jiġi aċċettat, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni ta d-dritt għal ugwaljanza fit-trattament lil tali ċittadini ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98. L-istess jista’ jingħad għall-argumenti invokati mill-INPS u mill-Gvern Taljan rigward id-diffikultajiet fil-kontroll ta’ allowances, il-prevenzjoni ta’ prattiki abbużivi fis-sigurtà soċjali u l-preżervazzjoni tal-funzjoni tal-allowance għan-nuklei familjari, peress li, kif indikat minn WS, dawn il-kwistjonijiet jistgħu jkunu l-istess fir-rigward ta’ membri tal-familja ta’ ċittadini Taljani li jirrisjedu barra mill-pajjiż, u d-Direttiva 2011/98 timponi ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ma hemmx dubju li d-derogi għall-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tas-sigurtà soċjali u b’mod partikolari benefiċċji tal-familja fl-Artikolu 12(2)(b) tad-Direttiva 2011/98 ma japplikawx għas-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali u, fi kwalunkwe każ, l-ebda informazzjoni ma ġiet ippreżentata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-Italja ddikjarat li hija kellha l-intenzjoni li tinvokahom, konformement mas-sentenza Martinez Silva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Kif muri fil-punt 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet, dawn id-derogi huma marbuta mal-istatus tal-impjieg u mat-tul tas-soġġorn tal-ħaddiem ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru ospitanti, u ma jsemmux il-possibbiltà li Stat Membru jirrestrinġi ugwaljanza fit-trattament abbażi tar-residenza tal-membri tal-familja ta’ dan il-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Konsegwentement, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm indikazzjonijiet serji li d-domanda magħmula għandha tingħata risposta fl-affermattiv. Madankollu, fid-dawl ta’ ċerti fatturi nnotati mill-qorti tar-rinviju u ċerti argumenti mressqa mill-INPS u mill-Gvern Taljan, din il-kawża tqajjem kwistjonijiet kumplessi dwar kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali f’dawn iċ-ċirkustanzi. Il-kumplessitajiet ta’ din il-kawża jirriżultaw b’mod partikolari min-natura tal-benefiċċju inkwistjoni u mill-fatt li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/98 jistgħu jiġu interpretati bħala li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu barra mill-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet addizzjonali fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Qabelxejn insostni li naqbel ma’ WS u mal-Kummissjoni li d-dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza fit-trattament tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98 japplikaw għal leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ma iniex konvint mill-argumenti mressqa mill-INPS u mill-Gvern Taljan li essenzjalment l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 jeskludi l-allowance għan-nuklei familjari, peress li dan l-artikolu jkopri biss ċittadini ta’ pajjiż terz li jkollhom permess uniku u mhux il-membri tal-familja tagħhom li huma l-benefiċjarji ta’ din l-allowance.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, kif jindikaw il-qorti tar-rinviju kif ukoll l-INPS, WS u l-Gvern Taljan, l-allowance għan-nuklei familjarji hija disponibbli għall-persuni kollha li jaħdmu fl-Italja, sakemm dawn ikunu jappartjenu għal nukleu familjari li d-dħul tiegħu ma jaqbiżx limitu speċifikat. Barra minn hekk, din titħallas mill-persuna li timpjega u hija ffinanzjata minn skema bbażata fuq kontribuzzjonijiet. Għandu għaldaqstant jitqies li d-dritt għal din l-allowance huwa marbut mas-sitwazzjoni tal-ħaddiem ta’ pajjiż terz li għandu permess uniku u li jaqa’ taħt l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Nirrikonoxxi li, kif indikat mill-qorti tar-rinviju, l-INPS u l-Gvern Taljan, il-membri tal-familja tal-ħaddiem ta’ pajjiż terz huma benefiċjarji tal-allowance għan-nuklei familjari. Fil-fatt, b’mod ġenerali, in-natura ta’ benefiċċju tal-familja hija li tibbenefika l-familja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, f’dan ir-rigward, Strban, G., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Family Benefits in the EU: Is It Still Possible to Coordinate Them?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, <HT TYPE="ITALIC">Maastricht Journal of European and Comparative</HT> <HT TYPE="ITALIC">Law</HT>, 2016, vol. 23, pp. 775, 782‑783.</P></NOTE>. Madankollu, skont l-informazzjoni li ġiet ippreżentata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li l-membri tal-familja huma prerekwiżit għal din l-allowance u jibbenefikaw minnha, id-dritt għal din l-allowance huwa fil-prinċipju mogħti lill-ħaddiem ta’ pajjiż terz li għandu permess uniku u mhux lill-membri tal-familja tiegħu. Fuq din il-bażi, tali ħaddiem għandu dritt għal ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-kundizzjonijiet imposti fuq ċittadini tal-Istat Membru ospitanti għal intitolament għal din l-allowance skont l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>It-tieni nett, jidhirli li l-premessa 20 tad-Direttiva 2011/98 ma hijiex applikabbli għal din il-kawża. Kif jirriżulta mill-punt 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-premessa 20 tad-Direttiva 2011/98 tistabbilixxi b’mod partikolari li d-dritt għal ugwaljanza fit-trattament għandu jingħata mhux biss lil ċittadini ta’ pajjiż terz ammessi fi Stat Membru biex jaħdmu, iżda wkoll lill-persuni li ġew ammessi għal għanijiet oħra u li ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ dan l-Istat Membru, inkluż, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, membri tal-familja ta’ ħaddiem ta’ pajjiż terz li ġew ammessi f’dan l-Istat Membru permezz tar-riunifikazzjoni tal-familja skont id-Direttiva 2003/86.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-premessa 20 tad-Direttiva 2011/98 tindika li l-membri tal-familja ta’ ħaddiema ta’ pajjiż terz li jitħallew jaħdmu u li jkollhom permess ta’ residenza huma koperti mid-dispożizzjonijiet tal-ugwaljanza fit-trattament tad-Direttiva 2011/98 bis-saħħa tal-Artikolu 3(1)(b) ta’ din id-direttiva. Għalhekk, b’differenza minn din il-kawża, din il-premessa tirrigwarda sitwazzjoni li fiha l-membri tal-familja ta’ ħaddiem ta’ pajjiż terz li jkollu permess uniku jibbenefikaw direttament u f’isimhom stess mid-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara wkoll, f’dan ir-rigward, id-Direttiva 2011/98, premessa 21.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>It-tielet nett, fil-fehma tiegħi, il-premessa 24 tad-Direttiva 2011/98 ma ssostnix interpretazzjoni tal-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva li tillimita l-applikazzjoni tad-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament mogħti lil ħaddiema ta’ pajjiż terz fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża. Kif jirriżulta mill-punt 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet, din il-premessa tiddikjara b’mod partikolari li d-Direttiva 2011/98 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>m’għandhiex tagħti drittijiet fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li huma barra mill-ambitu tal-liġi tal-Unjoni, bħal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ membri tal-familja li jirrisjedu f’pajjiż terz. Din id-Direttiva tagħti drittijiet biss b’rabta ma’ membri tal-familja li jingħaqdu ma’ ħaddiem tal-pajjiż terz biex jirrisjedu fi Stat Membru abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja jew membri tal-familja li jkunu diġà residenti legalment f’dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat li l-formulazzjoni msemmija iktar ’il fuq tal-premessa 24 tad-Direttiva 2011/98 ma hijiex riflessa fid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, u tista’ tittieħed biss gwida minima fir-rigward tat-tifsira tagħha mill-istorja leġiżlattiva ta’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ninnota b’mod partikolari li l-aħħar sentenza tal-premessa 24 tad-Direttiva 2011/98 tidher li ġiet miżjuda relattivament tard fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, u ebda spjegazzjoni speċifika għall-inklużjoni tagħha ma hija disponibbli għall-pubbliku. Ara, f’dan ir-rigward, Dok 15657/10, tat‑<DATE ISO="20101112">12 ta’ Novembru 2010</DATE>, pp. 17 u 18; Dok 8130/11, tad‑<DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, p. 8; Dok 11527/11, tal‑<DATE ISO="20110610">10 ta’ Ġunju 2011</DATE>, pp. 15 u 16. Ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 36 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Madankollu, kif indikat mill-Kummissjoni, jidher li, permezz ta’ tali formulazzjoni, din il-premessa sservi sabiex tiċċara li d-Direttiva 2011/98 ma tagħtix hija stess drittijiet lil ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom permess uniku f’sitwazzjonijiet fejn ma hemm ebda regoli armonizzati fid-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, jidhirli li l-premessa 24 tad-Direttiva 2011/98 tista’ tiġi interpretata li tfisser li l-Istati Membri ma humiex meħtieġa abbażi ta’ din id-direttiva li jagħtu benefiċċji tal-familja lil membri tal-familja li ma jirrisjedux fl-Istat Membru ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, f’dan is-sens, Verschueren, H., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Employment and social security rights of third-country nationals under the EU labour migration directives<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, <HT TYPE="ITALIC">European Journal of Social Security</HT>, 2018, vol. 20, pp. 100, 107.</P></NOTE>. Madankollu, f’din il-premessa ma hemm xejn li jissuġġerixxi li l-Istati Membri huma eżenti<?PAGE NO="14"?> mill-obbligu tagħhom li jiżguraw ugwaljanza fit-trattament għal ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom permess uniku skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98 fir-rigward tal-intitolament għal tali benefiċċji abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal ċittadini tal-Istat Membru ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>F’dan ir-rigward, kif iddeċidiet ripetutament il-Qorti tal-Ġustizzja, il-preambolu ta’ miżura tal-Unjoni ma għandux forza legali vinkolanti u ma jistax jiġi invokat bħala motiv għal deroga mid-dispożizzjonijiet attwali ta’ din il-miżura jew għal interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet li b’mod ċar tmur kontra t-termini tagħhom. Ara, pereżempju, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Puppinck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑418/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1113">EU:C:2019:1113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, din l-interpretazzjoni hija sostnuta mill-fatt li, kif issemma fil-punt 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-Artikolu 12(2)(b) tad-Direttiva 2011/98 ma jirreferix għar-residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiema ta’ pajjiż terz fost id-derogi li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu għad-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tas-sigurtà soċjali u b’mod partikolari tal-benefiċċji tal-familja. Barra minn hekk, l-Artikolu 12(2)(c) ta’ din id-direttiva, li jipprevedi deroga mill-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-benefiċċji fiskali, jirreferi għar-residenza tal-membri tal-familja tal-ħaddiem ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru ospitanti. Ikun għaldaqstant illoġiku jekk membri tal-familja li jirrisjedu barra mill-pajjiż jitqiesu bħala esklużi mid-dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza fit-trattament skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tidher ukoll li hija konsistenti mal-kuntest tad-Direttiva 2011/98. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li direttivi oħra fil-qafas tal-migrazzjoni legali tal-Unjoni jinkludu premessi b’ċerti formulazzjonijiet simili għall-premessa 24 tad-Direttiva 2011/98, li jindikaw li d-direttiva inkwistjoni ma tagħtix drittijiet fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni bħal dawk ta’ membri tal-familja li jirrisjedu f’pajjiż terz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Fil-qafas tal-migrazzjoni legali tal-Unjoni, tali formulazzjoni oriġinat mid-Direttiva 2005/71, premessa 16. Jidher li hija kienet ibbażata fuq proposta Awstrijaka, li tindika li din id-direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ma tistax tagħti drittijiet fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li jaqgħu ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja bħal pereżempju membri tal-familja li jirrisjedu fi Stat terz<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ara, pereżempju, Dok 10243/04, tat‑<DATE ISO="20040622">22 ta’ Ġunju 2004</DATE>, p. 12, nota ta’ qiegħ il-paġna 1.</P></NOTE>, u li fl-istess ħin jenfasizzaw l-applikazzjoni tad-dritt għal ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tas-sigurtà soċjali lil persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, b’mod partikolari, id-Direttiva 2014/36, premessa 46; id-Direttiva 2016/801, premessa 55.</P></NOTE>. Ċerti direttivi jipprevedu wkoll derogi speċifiċi għall-ugwaljanza fit-trattament rigward benefiċċji tal-familja li huma marbuta mat-tul tas-soġġorn tal-kategorija rilevanti ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru ospitanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, f’dan ir-rigward, id-Direttiva 2014/36, Artikolu 23(2)(i) u premessa 46; id-Direttiva 2014/66, Artikolu 18(3) u premessa 38, id-Direttiva 2016/801, Artikolu 22(2)(b) u premessa 56.</P></NOTE>, mingħajr ma jissemma l-post ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ dan iċ-ċittadin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, bl-istess mod lanqas ma jien konvint mill-argumenti li ressqu l-INPS u l-Gvern Taljan abbażi tar-Regolament Nru 1231/2010. Kif ġie rrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190124">24 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Balandin <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑477/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:60">EU:C:2019:60</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punti 24 u 25).</P></NOTE>, ir-Regolament Nru 1231/2010 jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tar-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali skont ir-Regolamenti Nru 883/2004 u Nru 987/2009 għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li ma humiex diġà koperti minn dawn ir-regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom. Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1231/2010, dawn ir-regolamenti japplikaw għal dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiż terzi kif ukoll għall-membri tal-familja tagħhom u għas-superstiti tagħhom, sakemm huma jkunu jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru u jkunu jinsabu f’sitwazzjoni li l-aspetti kollha tagħha ma jkunux illimitati fi ħdan Stat Membru wieħed biss. Dan ir-regolament, għalhekk, għandu l-għan li, sa fejn huwa possibbli, jagħti lil dawn iċ-ċittadini l-istess drittijiet bħal dawk li jgawdu ċ-ċittadini tal-Unjoni skont ir-Regolament Nru 883/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara, f’dan ir-rigward, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża Balandin <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑477/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:783">EU:C:2018:783</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punt 46).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif ġie indikat minn WS u mill-Kummissjoni, ir-Regolament Nru 1231/2010 jkopri sitwazzjonijiet fejn il-membri tal-familja jingħataw drittijiet abbażi tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz u r-residenza tagħhom fl-Unjoni. Bis-saħħa tal-estensjoni tad-dispożizzjoni dwar l-ugwaljanza fit-trattament tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 għal tali ċittadini ta’ pajjiż terz, ir-Regolament Nru 1231/2010 jrendi inapplikabbli derogi mill-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tas-sigurtà soċjali fid-direttivi dwar il-migrazzjoni legali tal-Unjoni inkluża d-Direttiva 2011/98<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-Kontroll tal-idoneità mill-Kummissjoni, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet, b’mod partikolari l-Anness 5, pp. 108 sa 110; Cornelissen, R., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Regulation 1231/2010 on the inclusion of third-country nationals in EU social security coordination: Reach, limits and challenges<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, 2018, <HT TYPE="ITALIC">European Journal of Social Security</HT>, vol. 20, pp. 86, 91‑93.</P></NOTE>, li tispjega r-referenza għal dan ir-regolament fil-premessa 25 ta’ din id-direttiva. Għalhekk, kif enfasizzat il-Kummissjoni, ir-Regolament Nru 1231/2010 ma jippermettix lill-Istati Membri jagħtu benefiċċji tal-familja liċ-ċittadini tagħhom li l-membri tal-familja tagħhom jirrisjedu barra mill-pajjiż u li jiċħdu tali benefiċċji lil ċittadini mobbli ta’ pajjiż terz fl-istess sitwazzjoni. Fuq din il-bażi, ma narax kif ir-Regolament Nru 1231/2010 għandu jgħin l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 invokata mill-INPS u mill-Gvern Taljan f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Il-ħames nett, ma jidhirlix li hemm inkonsistenza manifesta mad-Direttiva 2003/109. Għandu jiġi nnotat li l-premessa 8 tad-Direttiva 2011/98, moqrija flimkien mal-Artikolu 3(2)(i) tagħha, tindika li r-residenti fit-tul ma humiex koperti minn din id-direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>minħabba l-istatus aktar privileġġjat tagħhom u t-tip speċifiku ta’ permess ta’ residenza tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/98, u mhux speċifikament l-ugwaljanza fit-trattament. Fi kwalunkwe każ, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98, li jiena qiegħed nipproponi f’din il-kawża, ma tiffavorixxix lid-detenturi ta’ permess uniku meta mqabbla ma’ residenti fit-tul, iżda pjuttost tiżgura ugwaljanza fit-trattament bejn ċittadini ta’ pajjiż terz u ċittadini tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tal-intitolament għal benefiċċju tal-familja skont din id-direttiva, kif qiegħed nipproponi wkoll fil-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża C‑303/19 fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat ukoll li, kif ġie kkonstatat fl-evalwazzjoni reċenti tal-Kummissjoni tad-direttivi tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara l-Kontroll tal-idoneità mill-Kummissjoni, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet, b’mod partikolari pp. 41 u 42.</P></NOTE>, hemm regoli u restrizzjonijiet speċifiċi differenti għall-ugwaljanza fit-trattament inklużi f’kull direttiva li jirriflettu b’mod wiesa’ d-distinzjoni bejn il-kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz koperti u t-tul ta’ soġġorn tagħhom, flimkien mal-istorja leġiżlattiva tad-direttiva kkonċernata. Għalhekk, jidhirli li għalkemm it-trattament globali mogħti lil residenti fit-tul jista’ ġeneralment jitqies li huwa pprivileġġat meta mqabbel mad-detenturi ta’ permess uniku, kif muri mill-fatt li ma hemmx deroga speċifika għall-benefiċċji tal-familja u l-ugwaljanza fit-trattament testendi għas-sigurtà soċjali, għall-assistenza soċjali u għall-protezzjoni soċjali kif iddefiniti mid-dritt nazzjonali skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/109, l-applikazzjoni speċifika tal-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tas-sigurtà soċjali għal residenti fit-tul meta mqabbla ma’ detenturi ta’ permess speċifiku tiddependi fuq is-sitwazzjoni partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara, f’dan ir-rigward, Verschueren, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34 ta’ dawn il-konklużjonijiet, p. 108.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Finalment, ma iniex konvint mill-argument tal-INPS u tal-Gvern Taljan li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni hija konsistenti mal-għan tad-Direttiva 2011/98 li tinkoraġġixxi l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fl-Istati Membri. Kif ġie rrikonoxxut fil-premessa 2 ta’ din id-direttiva, dan l-għan jintlaħaq billi tiġi żgurata l-ugwaljanza fit-trattament ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom permess uniku li, kif ġie nnotat fil-punt 33 ta’ dawn il-konklużjonijiet, huwa wieħed mill-għanijiet prinċipali tad-Direttiva 2011/98.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll li, kif jidher mill-premessa 19 tad-Direttiva 2011/98, id-dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza fit-trattament f’din id-direttiva huma intiżi li jistabbilixxu ekwidistanza minima fl-Unjoni u sabiex jiġi rrikonoxxut li ċ-ċittadini ta’ pajjiż terz jikkontribwixxu għall-ekonomija tal-Unjoni permezz tax-xogħol u tal-ħlasijiet fiskali tagħhom, u li dawn iċ-ċittadini<?PAGE NO="16"?> għandhom għaldaqstant jiġu ttrattati b’mod komparabbli ma’ dak ta’ ċittadini tal-Istati Membri, bl-għan li titnaqqas il-kompetizzjoni żleali bejniethom. Għalhekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jkollu permess uniku jkun f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ ċittadin tal-Istat Membru ospitanti u b’mod partikolari jkun ikkontribwixxa permezz tax-xogħol tiegħu lil dan l-Istat, jidhirli li huwa kompletament konsistenti mal-għanijiet ta’ integrazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament segwiti mid-Direttiva 2011/98 li dan iċ-ċittadin igawdi minn ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-intitolament għal allowance għan-nuklei familjari skont l-Artikolu 12(1)(e) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jiena tal-fehma li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni li teskludi lill-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jkollhom permess uniku, iżda mhux lil dawk ta’ ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, fejn huma ma jkunux jirrisjedux f’dan l-Istat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-intitolament għal benefiċċju tal-familja, ma hijiex konformi mal-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja) kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha, kuntrarjament għal dak li huwa previst fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat Membru, il-membri tal-familja ta’ ħaddiem detentur ta’ permess uniku li ġej minn pajjiż terz jiġu esklużi miċ-ċirku tal-membri tan-nukleu familjari meħuda inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-allowance għan-nuklei familjari jekk ma jkunux jirrisjedu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>