Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal‑Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta’ Awwissu 2006, li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 332M, p. 247)

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrativi necessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta’ Awwissu 2006, li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji teknici għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5 ta’ din l-istess direttiva.

2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.