14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70/22


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/223/PESK

tat-13 ta' Marzu 2008

li ġġedded miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK li ġġedded miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta’ dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1). Dawn il-miżuri reġgħu ġġeddu bil-Pożizzjoni Komuni 2007/150/PESK (2) u waslu biex jiskadu fis-16 ta’ Marzu 2008.

(2)

Il-Kunsill jikkunsidra meħtieġ li jiġġeddu l-miżuri imposti bil-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għal perijodu ieħor ta’ 12-il xahar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandha tiġi estiża sas-16 ta’ Marzu 2009.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)   ĠU L 94, 31.3.2004, p. 65. Il-Pożizzjoni komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/521/PESK (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 30).

(2)   ĠU L 66, 6.3.2007, p. 21.