31989R1843



Official Journal L 180 , 27/06/1989 P. 0022 - 0023
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0054
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0054


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1843/89

tas-26 ta' Ġunju 1989

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2290/83 li jfassal dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 to 59, 63a u 63b tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf fil-Komunità sistema ta' ħelsien minn ħlas ta'dazju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-REGOLAMENT tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983li jwaqqaf fil-Komunità sistema ta' ħelsien minn dazju [1], kif Emendat bir-REGOLAMENT (KEE) Nru 4235/88 [2], u partikolarment l-Artikolu 143 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4235/88 għamel dispożizzjonijiet għal każ ieħor ta' dħul bla dazju fejn tidħol importazzjoni ta' tagħmir maħsub għal użu taħt ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika milħuqa bejn istituzzjonijiet ta' riċerka f'pajjiżi tat-tielet dinja u dawk fil-Komunità;

Billi l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni korretta għandhom ikunu mniżżla; billi dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu f'xi każi jkunu bażati fuq dawk li diġa jkunu jinsabu fir-REGOLAMENT tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2290/83 [3], kif Emendat bir-REGOLAMENT (KEE) Nru 3893/88 [4]; billi jkun jidher xieraq li wieħed jittratta sitwazzjonijiet ta' din ix-xorta permezz ta' strument waħdieni;

billi l-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament jaqblu b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar ftehim ta' ħelsien minn dazju,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

REGOLAMENT (KEE) Nru 2290/83 huwa hawn Emendat kif ġej:

1. It-Titolu hu mibdul b'dan li ġej:

"REGOLAMENT tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2290/83 tad-29 ta'Lulju 1983 li jfassal dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 to 59b, 63a u 63b tar-REGOLAMENT tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf fil-Komunità sistema ta' ħelsien minn dazju".

2. L-Artikolu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jfassal dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 to 59b, 63a u 63b tar-REGOLAMENT (KEE) Nru 918/83, minn issa 'l quddiem jissejjah bhala r-"Regolament bażiku"."

3. It-Titolu VIa li ġej huwa miżjud:

"TITOLU VIA

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI RELATTIVI GĦAL DĦUL ĦIELES MINN DAZJU TA' TAGĦMIR TAĦT L-ARTIKOLI 59A U 59B TAR-REGOLAMENT BAŻIKU

Artikolu 18a

1. Sabiex jikseb dħul ħieles minn dazju ta' tagħmir taħt l-Artikoli 59a u 59b tar-Regolament bażiku, il-kap ta'l- istituzzjoni jew organizzazzjoni ta' riċerka xjentifika bażata barra l-Komunità jew rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu joffri applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni jew organizzazzjoni TA' riċerka xjentifika bażata fil-Komunità tinsab.

2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) kopja tal-ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika bejn istituzzjonijiet li jinsabu fil-Komunità u fil-pajjiżi tat-tielet dinja;

(b) id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża tat-tagħmir kif ukoll il-kwantità u l-valur tiegħu u, fejn xieraq, il-klassifika preżunta tiegħu fin-nomenklatura ta' tariffa;

(ċ) il-pajjiż t' oriġini u dak tal- kunsinna tat-tagħmir;

(d) il-post fejn it-tagħmir ser jiġi użat;

(e) l-użu li għalih it-tagħmir hu maħsub u d-dewmien ta'l- użu tiegħu.

Artikolu 18b

1. fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li fih l-istituzzjoni jew organizzazzjoni bażata fil-Komunità tinsab tirċievi applikazzjoni għad-dħul ħieles minn dazju ta' tagħmir kif definit fl-Artikolu 59a tar-Regolament bażiku, l-applikazzjoni u nformazzjoni relattiva għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati fil-Kumitat ta' ftehim fuq ħelsien minn dazju qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-imsemmija awtorità kompetenti.

Għal l-iskopijiet ta' dan l-eżami, informazzjoni addizzjonali għandha tintbgħat lill-Kummissjoni fuq talba tagħha.

2. L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni li tkun ħadet li għandha x'taqsam ma’ ħelsien ta' dazju.

Artikolu 18c

Id-dispożizzjonijiet tat-tieni u t-tielet subparagrafi ta' l-Artikolu 7(2) u ta' l-Artikolu 7(3) u 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1989.

Dan ir-Regolament għandu jittieħed bhala li jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-26 ta' Ġunju 1989.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

[2] ĠU L 373, tal-31.12.1988, p. 1.

[3] ĠU L 220, tal-11.8.1983, p. 20.

[4] ĠU L 346, tal-15.12.1988, p. 32.

--------------------------------------------------