|
24.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9475 — TDR/BCA)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 320/05)
1.
Fis-17 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TDR Capital LLP (“TDR”, ir-Renju Unit), |
|
— |
BCA Marketplace plc (“BCA”, ir-Renju Unit). |
TDR takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, waħedha, il-kontroll tat-totalità ta’ BCA, permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal TDR: l-investiment ta’ ekwità privata f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-bejgħ bl-imnur ta’ fjuwils tal-magni, gyms u klabbs tas-saħħa, magni tal-ħasil tal-karozzi, kiri u ġestjoni ta’ vetturi, servizzi ta’ proprjetà battala, kostruzzjoni modulari, pubs u ristoranti, xiri ta’ dejn, ritorn loġistiku ta’ pallets, trasport kostali, assigurazzjoni tal-ħajja u ħwejjeġ u prodotti tad-dar,
— għal BCA: il-forniment ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-ġdid tal-vetturi, jiġifieri l-forniment ta’ servizzi li jiffaċilitaw il-bejgħ bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa ta’ vetturi użati.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9475 — TDR/BCA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 122964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).