27.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ ATALANTA/1/2013

tat-22 ta’ Marzu 2013

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2013/159/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandat tal-Forzi tal-UE.

(2)

Fis-27 ta' Novembru 2012, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/3/2012 (2) dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Ángel GARCĺA DE PAREDES PÉREZ DE SEVILLA bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta).

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra ta' Komodor Jorge NOVO PALMA bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Atalanta bħala s-suċċessur tal-Viċi Ammiral Ángel GARCĺA DE PAREDES PÉREZ DE SEVILLA.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Komodor Jorge NOVO PALMA huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Unjoni Ewropea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, prevenzjoni u trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja mis-6 ta' April 2013.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni Atalanta/3/2012 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' April 2013.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Atalanta/3/2012 tas-27 ta’ Novembru 2012 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (ĠU L 332, 4.12.2012, p. 20).