European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/732

2.2.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12293 — EPEI / AURES HOLDINGS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/732)

1.   

Fis-26 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EP EQUITY INVESTMENT S.À.R.L. (“ ‘EPEI’ ”, il-Lussemburgu), ikkontrollata mis-Sur Daniel Křetínský,

—

AURES Holdings a.s. (“ ‘Aures’’, iċ-Ċekja), ikkontrollata minn Automotive Retail Systems N.V.

EPEI se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Aures kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

EPEI hija kumpanija ta’ investiment li tiffoka fuq investimenti f’diversi oqsma tan-negozju bħall-ikel, il-bejgħ bl-ingrossa fil-format cash & carry, il-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti ta’ konsum ta’ kuljum, l-akkwiżizzjoni u l-ġestjoni ta’ assi tal-media, il-pubblikazzjoni ta’ rivisti, is-servizzi postali u ta’ konsenja, il-kummerċ elettroniku, il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ prodotti elettroniċi u prodotti oħra mhux tal-ikel, kif ukoll is-settur tal-logħob vidjo,

—

AURES hija attiva fil-bejgħ bl-imnut ta” karozzi użati u attivitajiet relatati oħra bħall-kiri tal-karozzi, il-lokazzjoni, l-assigurazzjoni u servizzi anċillari oħra fir-reġjun tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12293 — EPEI / AURES HOLDINGS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/732/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)