|
19.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/1790
tal-14 ta’ Settembru 2023
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1482 (EUTM Mozambique/2/2023)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 tat-12 ta’ Lulju 2021 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1143, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUTM Mozambique, inkluż id-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra ta’ Kmandanti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal EUTM Mozambique. |
|
(2) |
Il-KPS bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/1482 (2) ħatar lill-Komodor Rogério Paulo FIGUEIRA MARTINS de BRITO bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-UE fil-Mozambique (EUTM Mozambique). |
|
(3) |
Fl-14 ta’ Lulju 2023, l-awtoritajiet Portugiżi pproponew lill-Brigadier Ġeneral João CARLOS de BASTOS JORGE GONÇALVES biex jieħu post il-Komodor Rogério Paulo FIGUEIRA MARTINS de BRITO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mozambique mill-15 ta’ Settembru 2023. |
|
(4) |
Fis-27 ta’ Lulju 2023, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE appoġġa din il-proposta. |
|
(5) |
Fil-31 ta’ Lulju 2023, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li l-Brigadier Ġeneral João CARLOS de BASTOS JORGE GONÇALVES jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mozambique mill-15 ta’ Settembru 2023. |
|
(6) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral João CARLOS de BASTOS JORGE GONÇALVES bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mozambique mill-15 ta’ Settembru 2023 u jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1482, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral João CARLOS de BASTOS JORGE GONÇALVES huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) mill-15 ta’ Settembru 2023.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1482 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Settembru 2023.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 247, 13.7.2021, p. 93.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1482 tal-25 ta’ Awwissu 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) (EUTM Mozambique/1/2022) (ĠU L 233, 8.9.2022, p. 50).