15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 187/168


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

ta' l-24 ta' April 2007

dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005

(2008/532/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorità (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-data 27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0112/2007),

1.

Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel huma preżentati kif ġej:

Kont ta' dħul u nfiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2005

(f'EUR 1000)

 

2005

2004

Dħul operattiv

27 405

20 591

Total ta' dħul operattivi

27 405

20 591

Nefqa amministrattiva

 

 

Nefqa ta' l-istaff

-13 012

-7 564

Binjiet u spejjeż relatati

-3 627

-4 192

Spejjeż oħra (inklużi spejjeż b'entitajiet konsolidati tal-KE)

-2 205

-1 263

Deprezzament u tnaqqis fil-valur ta' entitajiet konsolidati

-603

-333

Spejjeż operattivi (inklużi spejjeż b'entitajiet konsolidati tal-KE)

-8 413

-6 431

Total ta' spejjeż operattivi

-27 674

-19 783

Profitt/(telf) operattiv

-761

808

Dħul minn ħidmiet finanzjarji

—

0

Spejjeż minn ħidmiet finanzjarji

-7

-7

Profitt/(telf) fuq ħidmiet finanzjarji

-7

-6

Profitt/(telf) attwali

-768

802

Dħul straordinarju

 

 

Spejjeż straordinarji

—

-27

Profitt/(telf) straordinarju

—

-27

Outturn ekonomiku għas-sena finanzjarja

-768

775

NR – Varjazzjonijiet fit-totali ġejjin mill-fatt li n-numri nġiebu għad-dritt.

Sors: Informazzjoni ta' l-Awtorità – Din it-tabella tiġbor fil-qosor id-data provduta mill-Awtorità fil-kontijiet annwali tagħha.

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Harald RØMER


(1)   ĠU C 266, 31.10.2006, p. 22.

(2)   ĠU C 312, 19.12.2006, p. 42.

(3)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(4)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(5)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.