31989D0339



Official Journal L 142 , 25/05/1989 P. 0007 - 0009
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0041
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0041


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-3 ta' Mejju 1989

li taċċetta għan-nom tal-Komunità r-rakkomandazzjoni ta' l-5 ta' Ġunju 1962 tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni tad-Dwana li tikkonċerna t-trattament doganali tal-bagalji rreġistrati ttrasportati bil-ferrovija kif emendat fil-21 ta' Ġunju 1988

(89/339/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi fil-21 ta' Ġunju 1988 il-Kunsill tal-Kooperazzjoni tad-Dwana adotta emendi għar-rakkomandazzjoni ta' l-5 ta' Ġunju 1962, li tintroduċi kampjun ġdid ta' formola ta' dikjarazzjoni doganali għal bagalji rreġistrati u li tippermetti lid-dwana jew lill-unjonijiet ekonomiċi li jaċċettaw ir-rakkomandazzjoni;

Billi l-kampjun ġdid ta' formola tad-dikjarazzjoni doganali għal bagalji rreġistrati kien approvat mill-Kunsill ta' Kooperazzjomi tad-Dwana fuq proposta mill-Komunità; billi dak il-kampjun ta' formola jikkorrispondi għall-abbozz sottomess mill-Komunità u hu ddiżinjat biex jaġġorna l-kontenut tad-dikjarazzjoni doganali għal bagalji rreġistrati u biex jiffaċilità l-introduzzjoni ta' dak id-dokument minn pajjiżi li s'issa ma setgħux jużawh;

Billi l-emenda hija ta' nteress fondamentali għall-Komunità li għalhekk għandha taddotta r-rakkomandazzjoni ta' l-5 ta' Ġunju 1962, kif emendata,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-rakkomandazzjoni ta' l-5 ta' Ġunju 1962 tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tad-Dwana li tikkonċerna t-trattament doganali ta' bagalji rreġistrati ttrasportati bil-ferrovija, kif emendata fil-21 ta' Ġunju 1988, hija hawnhekk aċċettata għan-nom tal-Komunità b'effett immedjat.

It-test tar-rakkomandazzjoni hu anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtoriżżat jinnomina l-persuna mogħtija s-setgħa li tinnotifika s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tad-Dwana bl-aċċettazzjoni mill-Komunità tar-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 1.

Magħmul fi Brussell, fit-3 ta' Mejju 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Solbes

--------------------------------------------------

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI TAD-DWANA

ta' l-5 ta' Ġunju 1962

li tikkonċerna t-trattament doganali ta' bagalji rreġistrati ttrasportati bil-ferrovija

(emendata fil-21 ta' Ġunju 1988).

IL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI TAD-DWANA,

WAQT LI KKUNSIDRA li l-isforzi magħmula mill-awtoritajiet tal-ferrovija biex jiżguraw l-effiċjenza fit-trasport internazzjonali ta' bagalji rreġistrati jixirqilhom sostenn,

WAQT LI JIXTIEQ, għal dak l-iskop, jiffaċilità l-immaniġġar bil-ħeffa ta' dawn il-bagalji billi jissimplifika l-formalitajiet doganali,

WAQT LI KKUNSIDRA li, sa fejn hu possibbli, il-passiġġieri m'għandhomx ikunu meħtieġa jirrappurtaw in persona lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiżi tat-tluq u destinazzjoni għall-izdoganar tal-bagalji rreġistrati tagħhom, u għandhom ikunu jistgħu jieħdu lura l-bagalji tagħhom immedjatament malli jaslu fid-destinazzjoni tagħhom,

JIRRAKKOMANDA li Membri tal-Kunsill u l-unjonijiet doganali jew ekonomiċi, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin għal dak li jirrigwarda bagalji reġistrati:

1. Meta jkollhom il-bagalji tagħhom reġistrati mill-awtoritajiet tal-ferrovija, passiġġieri għandu jkollhom il-possibiltà li jagħmlu dikjarazzjoni fuq il-formola annessa sabiex jitħaffew il-formalitajiet doganali;

2. Il-formola għandha tkun stampata jew fuq id-dahar tan-nota tal-kunsinna magħmula mill-awtoritajiet tal-ferrovija jew fuq folja separata li għandha titwaħħal man-nota tal-kunsinna; għandha tkun stampata fil-lingwa (jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali) tal-pajjiż tat-tluq, imma l-passiġġier għandu jingħata l-opportunità jottjeni traduzzjoni f'lingwa oħra;

3. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppresentata mill-awtoritajiet tal-ferrovija lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-tluq u destinazzjoni fejn hekk meħtieġ;

4. Id-dikjarazzjoni bil-miktub għandha titqies bħala sostituzzjoni għal, u għandu jkollha l-istess effett, bħad-dikjarazzjoni normalment meħtieġa minn passiġġieri;

5. L-awtoritajiet doganali għandhom, sa fejn iqisu dan possibbli, jevitaw l-eżami tal-kntenut tal-bagalji koperti minn dikjarazzjoni bil-miktub;

6. Fejn l-awtoritajiet doganali jirrinunzjaw l-eżami tal-kontenut tal-bagalji, dawn għandhom jiġu meħlusa immedjatament lill-awtoritajiet tal-ferrovija sabiex jintbagħtu fid-destinazzjoni;

7. L-awtoritajiet doganali jibqgħu liberi li jaddottaw kwalunkwe miżura ta' kontroll li jqisu neċessarja sabiex ikun hemm prevenzjoni ta' abbużi,

MINKEJJA d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 hawn fuq, il-formola ta' dikjarazzjoni tista' tiġi adattata fejn jinħtieg bi ftehim bejn l-amministrazzjonijiet doganali,

IL-KUNSILL jistieden lill-membri u lill-unjonijiet doganali u ekonomiċi li jaċċettaw ir-rakkomandazzjoni presenti biex jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill u jispeċifikaw id-data u t-termini ta' l-implimentazzjoni tagħha. Is-Segretarju Ġenerali għandu jikkomunika din l-informazzjoni lill-amministrazzjonijiet doganali tal-Membri, lill-unjonijiet doganali jew ekonomiċi u lill-Unjoni Internazzjonali tal-Ferroviji.

--------------------------------------------------

l-Anness

DIKJARAZZJONI DOGANALI GĦALL-BAGALJI RREĠISTRATI

1. HAWNHEKK NIDDIKJARA

(a) li l-bagalji msemmija hawn taħt jikkomprendu biss artikoli ta' użu personali normalment użati tul l-ivvjaġġar, bħal ilbies, bjankerija tad-dar, toiletries, kotba u apparat ta' l-isport, u li dawn l-artikoli mhumiex qed jiġu importati għal skopijiet kummerċjali;

(b) li l-bagalji ma jikkomprendux:

- affarijiet ta' l-ikel, tabakk, xorb alkoħoliku, anetol, armi tan-nar, armi li jinġarru mal ġenb, ammunizzjoni, esplożivi, drogi, annimali ħajjin, pjanti, trasmettituri tar-radju jew trasmettituri-riċevituri, valuta, speċi u prodotti ottenuti minn speċi protetti taħt il-Konvenzjoni ta' Washington tat-3 ta' Marzu 1973 dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta' Speċi Ipperikolati ta' Flora u Fawna Selvaġġa; artikoli pprojbiti mill-liġijiet tal-pajjiż tad-destinazzjoni dwar il-protezzjoni tad-deċenza u l-moralità pubblika,

- oġġetti intiżi għal distribuzzjoni b'xejn jew xort oħra jew għal skopijiet professjonali jew kummerċjali,

- affarijiet mixtrija jew aċċettati minni barra t-territorju doganali ta' pajjiżi u għad mhux dikjarati lill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiżi fejn normalment ngħix (din ir-restrizzjoni tapplika biss għar-ritorn fil-pajjiż ta' residenza normali).

2. HAWNHEKK NAWTORIŻŻA lill-awtoritajiet tal-ferrovija biex iwettqu l-formalitajiet kollha tad-dwana.

3. NAF li jekk nagħmel dikjarazzjoni falza din tirrendini soġġett għal prosekuzzjoni u għal qbid ta' l-oġġetti tiegħi.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------