02001L0112 — MT — 05.10.2014 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2001/112/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001

li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman

(ĠU L 010 12.1.2002, p. 58)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta' Settembru 2007

  L 273

1

17.10.2007

 M2

REGOLAMENT (KE) Nru 1332/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru 2008

  L 354

7

31.12.2008

►M3

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/106/KE tal-14 ta’ Awwissu 2009

  L 212

42

15.8.2009

►M4

DIRETTIVA 2012/12/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta’ April 2012

  L 115

1

27.4.2012

►M5

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1040/2014 tal-25 ta' Lulju 2014

  L 288

1

2.10.2014




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2001/112/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001

li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman



Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tgħodd għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I.

▼M4

Il-prodotti definiti fl-Anness I huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni applikabbli għal prodotti tal-ikel, bħar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistipula proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà tal-ikel ( 9 ), sakemm din id-Direttiva ma tipprovdix mod ieħor.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 3

Id-Direttiva 2000/13/KE għandha tgħodd għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I, suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. 
(a) 

L-ismijiet ta’ prodotti mniżżla fl-Anness I għandhom japplikaw biss għall-prodotti li ssir referenza għalihom fih u għandhom, mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu (b), jintużaw fil-kummerċ sabiex jingħarfu.

(b) 

Bħala alternattiva għall-ismjiet tal-prodotti li saret referenza għalihom fis-subparagrafu (a), l-Anness III jipprovdi lista ta’ nomini partikolari. Dawn in-nomini jistgħu jintużaw fil-lingwa u bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anenss III.

2. 

Jekk il-prodott jiġi minn tip wieħed ta’ frott, l-isem ta’dan ta’ l-aħħar għandu jkun sostitut għall-kelma “frott”.

▼M4

3. 

Għall-prodotti manifatturati minn żewġ frottiet jew aktar, ħlief fejn jintuża l-meraq tal-lumi u/jew tal-lajm taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 tal-Parti II tal-Anness I, l-isem tal-prodott għandu jkun kompost b'lista tal-frott użat, f'ordni mill-akbar sal-anqas volum tal-meraq tal-frott jew tal-purejiet tal-frott inkluż, kif indikat fil-lista tal-ingredjenti. Madankollu, fil-każ ta’ prodotti manifatturati minn tliet frottiet jew aktar, l-indikazzjoni tal-frott użat tista' tiġi sostitwita bil-kliem “ħafna frott” jew kliem simili, jew mill-għadd ta’ frott użat.

▼M4 —————

▼B

5. 

Ir-ristawrazzjoni tal-prodotti definiti fil-parti I ta’ l-Anness I għall-istat naturali tagħhom, permezz tas-sustanzi strettament meħtieġa għal din l-operazzjoni, m’għandhiex tinvolvi obbligu li jkun hemm lista ta’ ingredjenti użati miktuba fuq it-tikketti għal dan il-għan.

Iż-żieda ta’ polpa jew ċelloli żejda mal-meraq tal-frott kif iddefinit fl-Anness II għandha tkun indikata fuq it-tikketta.

6. 

Mingħajr preġudizzju lill-Artikolu 7(2) u (5) tad-Direttiva 2000/13/KE għal taħlit ta’ meraq tal-frott u meraq tal-frott minn konċentrat, u għal nektar tal-frott miksub kollu jew parzjalment minn prodott ikkonċentrat wieħed jew aktar, it-tikketta għandha tinkludi l-kliem ►M3  “minn konċentrat(i)” ◄ jew ►M3  “parzjalment minn konċentrat(i)” ◄ , kif inhu xieraq. Dik l-informazzjoni għandha tinkiteb viċin ta’ l-isem tal-prodott, li tispikka minn kull sfond, f’karattri li jidhru b’mod ċar.

7. 

Għal nektars ta’ frott, it-tikkettjar għandu jindika l-kontenut minimu ta’ meraq tal-frott, puree tal-frott jew kull taħlita ta’ dawn l-ingredjenti, bid-dikjarazzjoni “kontenut ta’ frott: … % minimu”. Dik l-informazzjoni għandha tinsab fl-istess qasam ta’ viżjoni li fih jinsab l-isem tal-prodott.

▼M4

Artikolu 4

It-tikkettar tal-meraq tal-frott ikkonċentrat imsemmi fil-punt 2 tal-Parti I tal-Anness I li mhuwiex maħsub li jitwassal għand il-konsumatur finali, għandu jkollu fuqu referenza li tindika l-preżenza u l-kwantità tal-meraq tal-lumi miżjud, tal-meraq tal-lajm miżjud jew tal-aġenti aċidifikanti miżjuda permessi mir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel ( 10 ). Din ir-referenza għandha tidher fuq wieħed minn dawn li ġejjin:

— 
fuq il-pakkett,
— 
fuq tikketta mwaħħla sewwa mal-pakkett, jew
— 
fuq dokument li jakkumpanja l-prodott.

▼B

Artikolu 5

Għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I, l-Istati Membri m’għandhomx jadottaw disposizzjonijet nazzjonali li m’humiex elenkati f’din id-Direttiva.

▼M4

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti definiti fl-Anness I għal prodotti mqiegħda fis-suq fl-Unjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

▼B

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li tikkonċerna l-addittivi awotirzzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum uman ( 11 ), jistgħu jintużaw biss it-trattamenti u sustanzi mniżżla fil-parti II ta’ l-Anness I u l-materja prima li jikkonformaw ma’ l-Annes II sabiex jiġu mmanifatturati l-prodotti definiti fil-parti I ta’ l-Anness I. Bara minn hekk, in-nektars tal-frott għandhom iħarsu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness IV.

▼M4

Artikolu 7

Sabiex l-Annessi f'din id-Direttiva jinġiebu f'konformità mal-iżviluppi.fl-istandards internazzjonali rilevanti u biex jitqies il-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 7a, biex temenda l-Annessi għal din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Parti I tal-Anness I u tal-Anness II.

▼M4

Artikolu 7a

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mit-28 ta’ Ottubru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 9

Id-Direttiva 93/77/KEE titħassar b’effett mit-12 ta’ Lulju 2003.

Referenzi għad-Direttiva li ġiet imħassra għandhom jiġu analizzati bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-12 ta’ Lulju 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

Il-miżuri għandhom jiġu applikati sabiex:

— 
jawtorizzaw il-marketing tal-prodotti ddefiniti fl-Anness I jekk jikkonformaw mad-definizzjonijiet u regoli stabbiliti f’din id-Direttiva, b’effett mit-12 ta’ Lulju 2003,
— 
jipprojbixxu l-marketing ta’ prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, b’effett mit-12 ta’ Lulju 2004.

Iżda, il-marketing ta’ prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva iżda kienu ttikkettjati qabel it-12 ta’ Lulju 2004 in konformità mad-Direttiva 93/77/KEE jista’ jkompli sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom jitpoġġew mill-Istati Membri.

Artikolu 11

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ dak in-nhar li tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M4




ANNESS I

ISMIJIET TA’ PRODOTTI, DEFINIZZJONIJIET TA’ PRODOTTI U KARATTERISTIĊI

I.   DEFINIZZJONIJIET

1.

(a)    Meraq tal-frott

Il-prodott fermentabbli iżda mhux iffermentat miksub mill-parti li tittiekel ta’ frott li ma jkunx imħassar u li jkun misjur, frisk jew ippreservat bit-tkessiħ jew bl-iffriżar, ta’ tip wieħed jew aktar imħallta flimkien, li jkollu l-kulur, il-palat u t-togħma karatteristiċi tipiċi tal-meraq tal-frott li ġej minnu.

Palat, polpa u ċelloli miksuba b’mezzi fiżiċi adattati mill-istess speċi ta’ frott jistgħu jiġu rikostitwiti fil-meraq.

Fil-każ tal-frott taċ-ċitru, il-meraq tal-frott għandu jiġi mill-endokarpu. Il-meraq tal-lajm, madankollu, jista’ jinkiseb mill-frotta sħiħa.

Meta meraq jiġi pproċessat minn frott b’żerriergħa rqiqa, b’żerriegħa u bil-qoxra, ma għandhomx jiġu inkorporati fil-meraq.partijiet jew komponenti miż-żerriegħa rqiqa, miż-żerriegħa u mill-qoxra. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal każijiet fejn partijiet jew komponenti miż-żerriegħa rqiqa, miż-żerriegħa u mill-qoxra ma jistgħux jitneħħew bi prattiki tajba tal-manifattura.

It-taħlit tal-meraq tal-frott mal-puré tal-frott għandu jiġi awtorizzat fil-produzzjoni tal-meraq tal-frott.

(b)    Meraq tal-frott minn konċentrat

Il-prodott miksub bir-rikostituzzjoni tal-meraq tal-frott ikkonċentrat iddefinit fil-punt 2 b’ilma tajjeb għax-xorb li jissodisfa l-kriterji stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ( 12 ).

Il-kontenut ta’ solidi solubbli tal-prodott lest għandu jissodisfa l-livell minimu Brix għall-meraq rikostitwit speċifikat fl-Anness V.

Jekk meraq minn konċentrat jiġi manifatturat minn frotta li ma tissemmiex fl-Anness V, il-livell Brix minimu tal-meraq rikostitwit għandu jkun il-livell Brix tal-meraq kif estratt mill-frotta li ntużat sabiex isir il-konċentrat.

Palat, polpa u ċelloli miksuba b’mezzi fiżiċi adattati mill-istess speċi ta’ frott jistgħu jiġu rikostitwiti fil-meraq tal-frott mill-konċentrat.

Il-meraq tal-frott minn konċentrat jiġi ppreparat bi proċessi adattati, li jżommu l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, organolettiċi u nutrizzjonali essenzjali ta’ tip medju ta’ meraq tal-frotta li jkun ġej minnha.

It-taħlit ta’ meraq tal-frott u/jew ta’ meraq tal-frott ikkonċentrat ma’ puré tal-frott u/jew ma’ puré tal-frott ikkonċentrat għandu jkun awtorizzat fil-produzzjoni tal-meraq tal-frott minn konċentrat.

2.

Meraq ta’ frott ikkonċentrat

Il-prodott miksub mill-meraq tal-frott ta’ speċi waħda jew aktar ta’ frott bit-tneħħija fiżika ta’ proporzjon speċifiku tal-kontenut tal-ilma. Fejn il-prodott huwa maħsub għall-konsum dirett, it-tneħħija għandha tkun ta’ mill-inqas 50 % tal-kontenut tal-ilma.

Palat, polpa u ċelloli miksuba b’mezzi fiżiċi adattati mill-istess speċi ta’ frott jistgħu jiġu rikostitwiti fil-meraq tal-frott konċentrat.

3.

Meraq tal-frott estratt bl-ilma

Il-prodott miksub bid-diffużjoni bl-ilma ta’:

— 
frotta sħiħa mimlija polpa li l-meraq tagħha ma jista’ jiġi estratt bl-ebda mezz fiżiku, jew
— 
frotta sħiħa deidrata.

4.

Meraq tal-frott deidrat/fi trab

Il-prodott miksub mill-meraq tal-frott ta’ speċi waħda jew aktar ta’ frott bit-tneħħija fiżika ta’ kważi l-kontenut kollu tal-ilma.

5.

Nektar tal-frott

Il-prodott fermentabbli iżda mhux iffermentat li:

— 
jinkiseb biż-żieda ta’ ilma u biż-żieda/jew mingħajr iż-żieda ta’ zokkor u/jew ta’ għasel mal-prodotti ddefiniti fil-punti 1 sa 4, ma’ puré tal-frott u/jew ma’ puré tal-frott ikkonċentrat u/jew ma’ taħlita ta’ dawk il-prodotti, u
— 
jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness IV.

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel ( 13 ), fejn in-nektars ta’ frott jiġu manifatturati mingħajr zokkor miżjud jew b’valur imnaqqas ta’ enerġija, iz-zokkor jista’ jiġi sostitwit b’mod sħiħ jew parzjali b’sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

Palat, polpa u ċelloli miksuba b’mezzi fiżiċi adattati mill-istess speċi ta’ frott jistgħu jiġu rikostitwiti fin-nektar tal-frott.

II.   INGREDJENTI, TRATTAMENTI U SUSTANZI AWTORIZZATI

1.    Kompożizzjoni

L-ispeċi li tikkorrispondi għall-isem botaniku fl-Anness V għandha tintuża fil-preparazzjoni tal-meraq tal-frott, tal-purejiet tal-frott u tan-nektars tal-frott li jkollhom l-isem tal-prodott għall-frotta applikabbli jew l-isem komuni tal-prodott. Għall-ispeċijiet tal-frott li mhumiex inklużi fl-Anness V, għandu japplika l-isem botaniku jew l-isem komuni korrett.

Għall-meraq tal-frott, il-livell Brix għandu jkun dak tal-meraq kif ġie estratt mill-frott u ma għandux ikun immodifikat, ħlief bit-taħlit mal-meraq tal-istess speċi ta’ frott.

Il-livell Brix minimu huwa stabbilit fl-Anness V għal meraq tal-frott rikostitwit u puré tal-frott rikostitwit u jeskludi solidi solubbli ta’ kwalunkwe ingredjent u addittivi fakultattivi miżjuda.

2.    Ingredjenti awtorizzati

L-ingredjenti li ġejjin biss jistgħu jiġu miżjuda mal-prodotti msemmija fil-Parti I:

— 
Vitamini u minerali awtorizzati fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel ( 14 );
— 
Addittivi tal-ikel awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008;

u addizzjonalment:

— 
Għall-meraq tal-frott, meraq tal-frott minn ikkonċentrat u meraq tal-frott ikkonċentrat: palat rikostitwit, polpa u ċelloli;
— 
Għall-meraq tal-għeneb: imluħa rikostitwita tal-aċidi tartariċi;
— 
Għan-nektars tal-frott: palat rikostitwit, polpa u ċelloli; zokkor u/jew għasel sa 20 % tal-piż totali tal-prodotti lesti u/jew ta’ dolċifikanti;
Indikazzjoni li ma ġie miżjud l-ebda zokkor fil-meraq tal-frott, u kwalunkwe indikazzjoni li x’aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista’ ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih l-ebda monosakkaridi jew disakkaridi miżjuda jew kwalunkwe ikel ieħor użat għall-karatteristiċi ta’ ħlewwa tiegħu kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Jekk il-meraq tal-frott ikun fih zokkor naturali, l-indikazzjoni li ġejja għandha tidher ukoll fuq it-tikketta “fih zokkor naturali”;
— 
Għall-prodotti msemmija fil-punt (a), l-ewwel inċiż tal-punt (b), punt (c), it-tieni inċiż tal-punt (e) u l-punt (h) tal-Anness III: zokkor u/jew għasel;
— 
Għall-prodotti ddefiniti fil-punti 1 sa 5 tal-Parti I, sabiex tiġi rregolata t-togħma aċiduża: meraq tal-lumi u/jew meraq tal-lajm u/jew meraq tal-lumi kkonċentrat u/jew meraq tal-lajm ikkonċentrat, sa 3gm għal kull litru ta’ meraq, espress bħala aċidu ċitriku anidru;
— 
Għall-meraq tat-tadam u għall-meraq tat-tadam minn konċentrat: melħ, ħwawar u ħwawar aromatiċi.

3.    Trattamenti u sustanzi awtorizzati

Jistgħu jiġu applikati biss it-trattamenti li ġejjin u jistgħu jiżdiedu biss is-sustanzi li ġejjin fil-prodotti msemmija fil-Parti I:

— 
Proċessi ta’ estrazzjoni mekkanika;
— 
Il-proċessi fiżiċi tas-soltu, inkluża l-estrazzjoni bl-ilma f’linja (in-line water extraction — diffużjoni) tal-parti li tittiekel tal-frott għajr l-għeneb għall-manifattura ta’ meraq tal-frott ikkonċentrat, sakemm il-meraq tal-frott li jinkiseb b’dan il-mod ikun konformi mal-punt 1 tal-Parti I;
— 
Għall-meraq tal-għeneb, fejn tkun intużat is-sulfitazzjoni bid-diossidu tal-kubrit tal-għeneb, hija awtorizzata d-desulfitazzjoni b’mezzi fiżiċi, sakemm il-kwantità totali ta’ SO2 preżenti fil-prodott finali ma taqbiżx l-10 mg/l;
— 
Preparazzjonjiet bl-enżimi: pektinażijiet (għat-tkissir tal-pektin), proteinażijiet (għat-tkissir tal-proteini) u amilażijiet (għat-tkissir tal-lamtu) li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel ( 15 );
— 
Ġelatina li tittiekel;
— 
Tannini;
— 
Silica sol;
— 
Faħam tal-kannol;
— 
Nitroġenu;
— 
Bentonit bħala tafal assorbenti;
— 
Mezzi ta’ filtrazzjoni u aġenti ta’ preċipitazzjoni kimikament inerti (inklużi perlite, diatomite maħsula, ċelluloża, poliammid insolubbli, polivinilpolipirrolidon, polisterin), li jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel ( 16 );
— 
Mezzi ta’ assorbiment kimikament inerti li jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, u li jintużaw biex inaqqsu l-kontenut ta’ limonojd u ta’ naringin tal-meraq tal-frott taċ-ċitru mingħajr ma jaffettwaw b’mod sinifikanti il-kontenut ta’ glukosid tal-limonojd, ta’ aċidu, ta’ zokkor (inklużi l-oligosakkaridi) jew ta’ minerali;

▼M5

— 
Proteini tal-pjanti mill-qamħ, mill-piżelli jew mill-patata għal kjarifika.

▼M4




ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET TAL-MATERJA PRIMA

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)   Frott

Il-frott kollu. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-tadam huma wkoll ikkunsidrati bħala frott.

Il-frott ma għandux ikun imħassar, irid ikun sar biżżejjed u frisk jew ippreservat b’mezzi fiżiċi jew bi trattamenti, inklużi t-trattamenti wara l-ġbir applikati skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni.

(2)   Puré tal-frott

Il-prodott fermentabbli iżda mhux iffermentat li jinkiseb bi proċessi fiżiċi adattati bħall-mogħdija minn passatur, it-tisħiq, it-tħin tal-parti li tittiekel ta’ frotta sħiħa jew imqaxxra mingħajr ma jitneħħa l-meraq.

(3)   Puré tal-frott ikkonċentrat

Il-prodott miksub mill-puré tal-frott bit-tneħħija fiżika ta’ proporzjon speċifiku mill-kontenut tal-ilma tiegħu.

Il-puré tal-frott ikkonċentrat jista’ jkollu palat rikostitwit b’mezzi fiżiċi adattati, kif ġie ddefinit fil-punt 3 tal-Parti II tal-Anness I, u li kollu għandu jkun irkuprat mill-istess speċi ta’ frott.

(4)   Palat

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel ( 17 ), il-palati għar-rikostituzzjoni għandhom jinkisbu matul l-ipproċessar tal-frotta billi jiġu applikati proċessi fiżiċi adattati. Dawk il-proċessi fiżiċi jistgħu jiġu applikati sabiex iżommu, jippreservaw jew jistabbilizzaw il-kwalità tal-palat u għandhom jinkludu b’mod partikolari t-tagħsir, l-estrazzjoni, id-distillazzjoni, il-filtrazzjoni, l-assorbiment, l-evaporazzjoni, il-frazzjonament u l-konċentrazzjoni.

Il-palat jinkiseb mill-partijiet li jittieklu tal-frott; madankollu, jista’ jinkiseb ukoll minn żejt magħsur kiesaħ mill-qoxra tal-frott taċ-ċitru u minn komposti taż-żerriegħa.

(5)   Zokkor

— 
iz-zokkor kif iddefinit mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam ma’ ċerti tipi ta’ zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 18 ),
— 
il-ġulepp tal-fruttożju,
— 
iz-zokkor derivat mill-frott.

(6)   Għasel

Il-prodott iddefinit mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel ( 19 ).

(7)   Polpa jew ċelloli

Il-prodotti miksuba mill-partijiet li jittieklu tal-frott tal-istess speċi mingħajr ma jitneħħa l-meraq. Barra minn hekk, għall-frott taċ-ċitru, il-polpa jew iċ-ċelloli huma l-boroż tal-meraq miksuba mill-endokarpu.




ANNESS III

DENOMINAZZJONIJIET PARTIKOLARI GĦAL ĊERTI PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I

(a) 

“vruchtendrank”, għal nektars tal-frott;

(b) 

“Süßmost”;

Id-denominazzjoni “Süßmost” tista’ tintuża biss flimkien mal-ismijiet tal-prodotti “Fruchtsaft” jew “Fruchtnektar”;

— 
għal nektar tal-frott miksub esklussivament minn meraq tal-frott, minn meraq tal-frott ikkonċentrat jew minn taħlita ta’ dawk il-prodotti, li ma għandux togħma tajba fl-istat naturali minħabba l-livell għoli ta’ aċidità tiegħu,
— 
għal meraq tal-frott miksub mit-tuffieħ jew mil-lanġas, biż-żieda ta’ tuffieħ fejn ikun xieraq, iżda mingħajr zokkor miżjud;
(ċ) 

“succo e polpa” jew “sumo e polpa”, għal nektars tal-frott miksuba esklussivament minn puré tal-frott u/jew minn puré tal-frott ikkonċentrat;

(d) 

“æblemost”, għal meraq tat-tuffieħ mingħajr zokkor miżjud;

(e) 
— 
“sur … saft”, flimkien mal-isem (bid-Daniż) tal-frott użat, għal meraq mingħajr zokkor miżjud miksub minn ribes/passolina sewda, ċirasa, passolina ħamra, passolina bajda, lampun, frawli jew frott tas-sebuqa,
— 
“sød … saft” jew “sødet … sød … saft” jew “sødet … saft” flimkien mal-isem (bid-Daniż) tal-frott użat, għal meraq miksub minn dan il-frott, b’aktar minn 200 g zokkor miżjud ma’ kull litru;
(f) 

“äppelmust/äpplemust”, għal meraq tat-tuffieħ mingħajr zokkor miżjud;

(g) 

“mosto”, sinonimu għal meraq tal-għeneb;

(h) 

“smiltsērkšķu sula ar cukuru” jew “astelpaju mahl suhkruga” jew “słodzony sok z rokitnika” għall-meraq tal-frott miksub mill-frott taz-ziju tal-bħar (seabuckthorn berries) b’mhux aktar minn 140 g ta’ zokkor miżjud għal kull litru.




ANNESS IV



DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI RELATATI MAN-NEKTARS TAL-FROTT

Nektars tal-frott magħmula minn

Kontenut minimu ta’ meraq u/jew ta’ puré (% skont il-volum tal-prodott lest)

I.  Frott b’meraq aċiduż li ma għandux togħma tajba fl-istat naturali

Il-frotta tal-fjura tal-Passjoni

25

Quito naranjillos

25

Ribes/passolina sewda

25

Passolina bajda

25

Passolina ħamra

25

Ribes/rużberri (gooseberries)

30

Frott taz-ziju tal-bħar (seabuckthorn berries)

25

Pruna selvaġġa (sloes)

30

Għanbaqar

30

Quetsches (xorta ta’ għanbaqra)

30

Rowanberries

30

Warda Skoċċiża

40

Ċirasa qarsa

35

Ċirasa oħra

40

Mirtilli

40

Frott tas-sebuqa

50

Lampun

40

Berquq

40

Frawli

40

Ċawsli/tut

40

Cranberries

30

Sfarġel

50

Lumi u lajm

25

Frott ieħor ta’ din il-kategorija

25

II.  Frott b’livell baxx ta’ aċidità, b’ħafna polpa jew b’palat qawwi b’meraq li ma’ għandux togħma tajba fl-istat naturali

Mango

25

Banana

25

Gwava

25

Papaja

25

Liċċi (lychee/litchi)

25

Azeroles (naspli Naplitani)

25

Soursop (frotta tal-annona)

25

Bulloock’s heart jew anona li tikber fl-Indi tal-Lvant (custard apple)

25

Puma kannella (sugar apples jew sweetsop)

25

Rummien

25

Frott tal-anakardju

25

Għanbaqar Spanjol (Spanish plums)

25

Umbu (Għanbaqar Brażiljan)

25

Frott ieħor ta’ din il-kategorija

25

III.  Frott b’meraq ta’ togħma tajba fl-istat naturali

Tuffieħ

50

Lanġas

50

Ħawħ

50

Frott taċ-ċitru ħlief il-lumi u l-lajm

50

Ananas

50

Tadam

50

Frott ieħor ta’ din il-kategorija

50




ANNESS V



LIVELLI MINIMI BRIX GĦAL MERAQ TAL-FROTT RIKOSTITWIT U GĦAL PURÉ TAL-FROTT RIKOSTITWIT

Isem Komuni tal-Frott

Isem Botaniku

Livelli minimi tal-Brix.

Tuffieħa (*)

Malus domestica Borkh.

11,2

Berquqa (**)

Prunus armeniaca L.

11,2

Banana (**)

Musa x paradisiaca L. (esklużi l-pjantaġġini)

21,0

Ribes/passolina sewda (*)

Ribes nigrum L.

11,0

Għenba (*)

Vitis vinifera L. jew ibridi tagħha

Vitis labrusca L. jew ibridi tagħha

15,9

Grejpfrut (*)

Citrus x paradis Macfad.

10,0

Gwava (**)

Psidium guajava L.

8,5

Lumija (*)

Citrus limon (L.) Burm.f.

8,0

Mango (**)

Mangifera indica L.

13,5

Larinġa (*)

Citrus sinensis (L.) Osbeck

11,2

Il-frotta tal-fjura tal-Passjoni (*)

Passiflora edulis Sims

12,0

Ħawħa (**)

Prunus persica (L.) Batsch var. persica

10,0

Lanġasa (**)

Pyrus communis L.

11,9

Ananas (*)

Ananas comosus (L.) Merr.

12,8

Lampun (*)

Rubus idaeus L.

7,0

Ċirasa Qarsa (*)

Prunus cerasus L.

13,5

Frawla (*)

Fragaria x ananassa Duch.

7,0

Tadama (*)

Lycopersicon esculentum, Mill.

5,0

Mandolina (*)

Citrus reticulata Blanco

11,2

Għal dawk il-prodotti mmarkati b’asterisk (*), li jiġu prodotti bħala meraq, id-densità relattiva minima tiġi ddeterminata bħala tali relattivament għall-ilma f’20/20 °C.

Għal dawk il-prodotti mmarkati b’żewġ asteriski (**), li jiġu prodotti bħala puré, għandu jiġi ddeterminat biss qari minimu Brix li ma jkunx ikkorreġut (mingħajr korrezzjoni tal-aċidu).



( 1 ) ĠU C 231, tad-09.08.1996, p. 14.

( 2 ) ĠU C 279, ta’ l-1.10.1999, p. 92.

( 3 ) ĠU C 56, ta’ l-24.02.1997, p. 20.

( 4 ) ĠU L 244, tat-30.9.1993, p. 23. Direttiva kif ġiet emendata l-Aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994.

( 5 ) ĠU L 311, ta’ l-1.12.1975, p. 40.

( 6 ) ĠU L 109, tas-06.05.2000, p. 29.

( 7 ) ĠU L 276, tas-06.10.1990, p. 40.

( 8 ) ĠU L 184, tas-07.07.1999, p. 23.

( 9 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

( 10 ) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

( 11 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/34/KE (ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p.1.).

( 12 ) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.

( 13 ) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

( 14 ) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

( 15 ) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7.

( 16 ) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

( 17 ) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

( 18 ) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53.

( 19 ) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.