Official Journal L 046 , 01/03/1995 P. 0031 - 0033
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 455/95 tat-28 ta’ Frar, 1995 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 1547/87 u (KEE) Nru 1589/87 dwar ix-xiri għall-ħazna ta’ butir mill-aġenziji ta’ l-intervent u r-Regolamenti (KEE) Nru 2191/81 u (KEE) Nru 570/88 dwar il-konċessjoni ta’ għajnuna għax-xiri u l-bejgħ ta’ butir bi prezz imnaqqas lil ċerti kategoriji ta’ konsumaturi u industriji IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju, 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq għall-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bl-Att tal-Għaqda ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 6(6), l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7a (1), l-Artikolu 7a (3), l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu 28 tiegħu Billi r-Regomanet tal-Kunsill (KEE) Nru 985/68 tal-15 ta’ Lulju, 1968, li jindika regoli ġenerali għall-intervent fis-suq fil-butir u filkrema [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2045/91 [3], ġie mħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu, 1995 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2807/94 ; [4] Billi wħud mir-regoli fir-Regolament (KEE) Nru 985/68 ġew inkorporati fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2807/94; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 685/69 ta’ l-14 ta’ April, 1969, li jiddettalja regoli sabiex jiġi applikat intervent fis-suq fil-butir u fil-krema [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 393/94 [6], kien abbozzat mill-ġdid meta kien qiegħed jiġi emendat b’rizultat tat-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 985/68; Billi ġie wkoll imħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu, 1995, b’riżultat ta’ dan; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1547/87 tat-3 ta’ Ġunju, 1987, li jindika regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament 777/87 dwar ix-xiri għall-ħażna ta’ butir ta’ l-intervent [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1634/94 [8], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1589/87 tal-5 ta’ Ġunju, 1987, dwar il-bejgħ ta’ butir bl-offerti lill-aġenziji ta’ l-intervent [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3337/94 [10], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81 tal-31 ta’ Lulju, 1981 dwar il-konċessjoni ta’ għajnuna għax-xiri tal-butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet bla qligħ [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3337/94, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 570/88 tas-16 ta’ Frar, 1988 dwar il-bejgħ tal-butir bi’ prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir koncentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti tal-pastiċċiera, ħwejjeġ ta’ l-ikel magħmulin l-għaġina u bil-ħaxu, tal-ġelat u prodotti oħra ta’ l-ikel, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3337/94, jagħmlu riferenza għad-disposizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 985/68 u (KEE) Nru 685/69; Billi r-Regolamenti ta’ hawn fuq għandhom jiġu emendati bis-sostituzzjoni ġewwa fihom ta’ referenzi għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 804/68 u (KE) Nru 454/95 [12] applikabbli mill-1 ta’ Marzu, 1995; Billi, barra minn hekk, ir-Regolament (KEE) Nru 1589/87 għandu jiġi emendat sabiex il-butir fabbrikat f’Istat Membru ieħor għajr dak ta’ l-aġenzija tax-xiri b’intervent jista’ jinxtara għall-intervent u r-riferenza tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 777/87 [13] għandha tiġi koreġuta fir-Regolament (KEE) Nru 1547/87; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2191/81 jindika illi għandu jiġi konċess l-istess ammont għax-xiri għall-ħażna tal-butir irrispettivament mill-kontenut minimu ta’ xaħam tal-butir; Billi, mogħti l-bejgħ magħmul u s-sitwazzjoni tas-suq fil-butir, l-ammont ta’ l-għajnuna għall-butir ta’ kontenut minimu ta’ xaħam ta’ 82 % għandu jiġi mnaqqas u għandu jiġi stabbilit koeffiċjent sabiex japplika għal din il-għajnuna fil-każ ta’ butir b’kontenut minimu ta’ xaħam ta’ 80 %; Billi l-għajnuna hi koncessa lil fornitur tal-butir fuq applikazzjoni bil-miktub u fuq il-preżentazzjoni ta’ fattura numerata valida għal xahar; Billi l-Istati Membri għandhom jingħataw il-għażla li jtawlu l-validità tal-fattura għal tliet xhur kalendarji bil-ħsieb li jiffaċilitaw ix-xogħol amministrattiv involut; Billi l-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib ma tax opinjoni fil-limitu taz-żmien stabbilit mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 1547/87 huwa hawnhekk emendat kif ġej: (a) Ir-riferenza għall-aħħar subparagrafu ta’ "l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 685/69" fit-tieni subparagrafu ta’ "l-Artikolu 1(1) tiġi mibdula bl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 454/95". (b) L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej: 1. fl-ewwel sentenza, ir-riferenza "għall-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KEE) Nru 777/87" tiġi mibdula "bl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KEE) Nru 777/87"; 2. fl-ewwel inċiż ir-riferenza "għall-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KEE) Nru 985/68’" tiġi mibdula "bl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 804/68". (ċ) L-inċiż li ġej jiżdied mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1): "— fejn it-transazzjonijiet li jirriferu għal-butir tal-kwalità li hemm riferenza għalih fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2 ma humiex kunsidrati li jkopru volum kbir biżżejjd biex ikun rappreżentattiv, il-kriterji sabiex jiġi stabbilit il-proporzjon bejn il-prezzijiet tal-butir li għalih ikun hemm numru suffiċ ta’ transazzjonijiet u dawk għall-butir li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 2". (d) It-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 5 jiġi mibdul b’dan li ġej: "— il-kwantitjiet tal-butir li huma suġġetti għal offerta biex jinbiegħu reġistrati skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 454/95". 2. Ir-Regolament (KEE) Nru 1589/87 huwa emendat kif ġej: (a) It-tieni u tielet subparagrafi ta’ l-Artikolu 1 jiġu mibdula b’dan li ġej: "It-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 454/95 għandu japplika għax-xirjiet magħmula skond dan ir-Regolament minbarra l-Artikoli 2(c), 4 (5) u 5 (1).’" (b) L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej: (i) It-tieni inċiż tal-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej: "’jekk jaċċettaw bil-miktub li jikkonformaw ma’ l-Artikolu 5(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 454/95"; (ii) il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. Il-partijiet interessati għandhom jipparteċipaw fl-istedin għall-offerti maħruġa mill-aġenzija ta’ l-intervent ta’ l-Istat Membru billi jew jiddepozitaw offerta bil-miktub mingħajr l-avviż ta’ irċevuta jew b’kull mezz ieħor ta’ komunikazzjoni bil-miktub bl-avviż għal irċevuta." (ċ) L-Artikolu 7(1) (c) jiġi mibdul b’dan li ġej: "(c) Il-maħżen tas-silġ tal-kesħa fejn irid jiġi kunsinjat." (d) Dan li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 9: "Bil-patt illi l-kondizzjonijiet indikati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (EC) Nru 454/95 ikunu ġew imħarsa." 3. Ir-Regolament (KEE) Nru 2191/81 huwa emendat kif ġej: (a) L-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1(3)(b) jiġi mibdul b’dan li ġej: "— butir illi, fl-Istat Membru fejn jiġi fabbrikat, jissodisfa l-kondizzjonijiet indikati fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) 454/95 u li l-ippakkettjar tiegħu jiġi markat kif jixraq." (b) L-Artikolu 2(1) jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. L-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun ta’ 139 Ecu għal kull 100 kilogramma ta’ butir. Fil-kaz tal-butir li hemm riferenza għalih fit-tielet inciz ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) 804/68, l-ammont ta’ l-għajnuna indikat fis-subparagrafu ta’ qabel għandu jiġi moltipikat b’0,976. Jekk l-ammont ta’ l-għajnuna jinbidel, l-ammont il-ġdid għandu japplika għall-kunsinni kollha ta’ butir magħmula fuq il-bażi tal-fattura valida għax-xahar li jiġi wara x-xahar li fih kien fissat l-ammont il-gdid. Iżda, fil-kaz ta’ fattura li hija valida għal iktar minn xahar, jekk l-ammont il-ġdid hu ffissat qabel l-aħħar xahar li fih il-fattura tkun valida, l-ammont il-ġdid għandu japplika għall-kunsinni kollha tal-butir magħmula wara l-bidu tax-xahar li jiġi wara x-xahar li fih kien iffissat l-ammont il-ġdid." (ċ) L-Artikolu 3(5) jiġi mibdul b’dan li ġej: "5. Il-fattura għandha tkun valida għax-xahar kalendarju indikat fuqha. Iżda, il-pussess jista’ jsir mill-20 jum tax-xahar li jiġi qabel ix-xahar kalendarju indikat fuq il-fattura sa l-10 jum tax-xahar li jiġi wara x-xahar kalendarju indikat fuqha. Minkejja s-subparagrafu ta’ qabel, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-validità ta’ fattura għal xahrejn jew tlieta kalendarji. F’każi bħal dawn, ix-xhur tal-validità jridu jiġu indikati fuq il-fattura u l-pussess jista’ jsir mill-20 jum tax-xahar li jiġi qabel l-ewwel xahar kalendarju indikat fuq il-fattura sal-10 jum tax-xahar li jiġi wara l-aħħar xahar kalendarju indikat fuqha." 4. "(a) butir prodott direttament u esklussivament minn krema pasturizzata li, fl-Istat Membru fejn jiġi fabbrikat, jissodisfa l-kondizzjonijiet indikati fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) 804/68 u l-ħtiġiet tal-klassi ta’ kwalità nazzjonali indikata fil-lista fl-Anness II mar-Regolament (EC) Nru 454/95 u li l-ippakettjar tiegħu jiġi markat kif jixraq." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu, 1995. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Frar, 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, pġ. 13. [2] ĠU L 169, tat-18.7.1968, pġ.1. [3] ĠU L 187, tat-13.7.1991, pġ.1. [4] ĠU L 298, tad-19.11.1994, pġ.1. [5] ĠU L 90, tal-15.4.1969, pġ. 12. [6] ĠU L 53, ta’ l-24.2.1994, pġ. 11. [7] ĠU L 144, ta’ l-4.6.1987, pġ. 12. [8] ĠU L 150, tal-15.6.1991, pġ. 26. [9] ĠU L 146, tas-6.6.1987, pġ. 27. [10] ĠU L 350, tal-31.12.1994, pġ. 66. [11] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, pġ. 20. [12] ĠU L 55, ta’ l-1.3.1988, pġ. 31. [13] Ara l-pagna 1 ta’ dan il-Ġurnal Ufficjali. --------------------------------------------------