2001D0171 — MT — 12.05.2006 — 001.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Frar 2001

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal deroga għall-imballaġġ ta' ħġieġ fir-rigward tal-livelli ta' konċentrazzjoni ta' metall tqil stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(notifikata taħt id-dokument numru K(2001) 398)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/171/KE)

(ĠU L 062, 2.3.2001, p.20)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta’ Mejju 2006

  L 125

43

12.5.2006


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p. 197  (340/06)




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Frar 2001

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal deroga għall-imballaġġ ta' ħġieġ fir-rigward tal-livelli ta' konċentrazzjoni ta' metall tqil stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(notifikata taħt id-dokument numru K(2001) 398)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/171/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 94/62/KE tipprovdi fl-Artikolu 11 għal tnaqqis gradwali tal-konċentrazzjoni ta' metalli tqal fl-imballaġġ.

(2)

Esperjenza ta' l-ewwel snin ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 11 wriet li hemm problema speċifika fis-settur tal-ħġieġ, billi l-ħġieġ riċiklat huwa kontaminat b'materjal tal-ħġieġ li fih kwantitajiet għolja ta' ċomb.

(3)

L-applikazzjonijiet kompleti tal-livell ta' 100 ppm, li għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta' Ġunju ta' l-2001, jista' jkollhom bħala konsegwenza li l-użu ta' ħġieġ riċiklat huwa mnaqqas, sabiex jikkonforma ma' l-Artikolu 11. Dan ir-riżultat mhuwiex ambjentalment mixtieq għal din ir-raġuni.

(4)

Id-deroga hija maħsuba għall-imballaġġ ta' ħġieġ b'kont meħud tal-karatteristiċi tagħha fir-rigward ta' emissjonijiet ta' metalli tqal u l-importanza ta' inkorġġiment ulterjuri tar-riċiklaġġ tal-ħġieġ.

(5)

Il-limitu ta' 100ppm għandu jkun ikkonċernat b'deroga.

(6)

Riżultati ta' kejl minn siti ta' produzzjoni u metodi ta' kejl impjegati għandhom ikunu magħmula disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti jekk mitlub.

(7)

Id-deroga għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2006 sakemm din id-data perentorja ma tiġix estiża skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat, stabbilit skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-imballaġġ ta' ħġieġ kopert mid-Direttiva 94/62/KE, u timmira li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom il-livelli ta' konċentrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 94/62/KE m'għandhomx japplikaw.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni:

— id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE għandhom japplikaw.

— “introdotti intenzjonalment” għandha tfisser deliberatament utilizzat fil-formulazzjoni ta' imballaġġ jew komponent mill-imballaġġ meta l-preżenza kontinwa tiegħu hija mixtieqa fl-imballaġġ jew fil-komponent mill-imballaġġ finali sabiex tiġi pprovduta karatteristika, dehra jew kwalità speċifika: l-użu ta' materjali riċiklati bħala għalf għall-fabbrikazzjoni ta' materjali ġodda mill-imballaġġ, meta xi porzjon tal-materjali riċiklati jista' jikkontjeni ammonti ta' metalli regolati, m'għandux jiġi kkunsidrat bħala introdott intenzjonalment.

Artikolu 3

L-imballaġġ tal-ħġieġ huwa permess li jeċċedi, wara d-data tat-30 ta' Ġunju 2001, il-limitu ta' 100ppm skond il-piż stabbilit fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 94/62/KE meta jikkonforma mal-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-ebda ċomb, kadmju, merkurju jew hexavalent chromium m'għandu jiġi introdott intenzjonalment waqt il-proċess tal-fabbrikazzjoni.

Il-materjal mill-imballaġġ jista' jeċċedi biss il-limiti ta' konċentrazzjoni minħabba ż-żieda ta' materjali riċiklati.

Artikolu 5

Meta l-livelli medji ta' konċentrazzjoni ta' metalli tqal fuq kwalunkwe tnax-il kontroll konsekuttiv, wieħed kull xahar, magħmul mill-produzzjoni ta' kull forn individwali għall-ħġieġ, rappreżentant ta' attività normali u regolari ta' produzzjoni, jeċċedu l-limitu ta' 200ppm, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jissottometti rapport lill-awtoritajiet kompenteti fl-Istati Membri. Dan ir-rapport għandu jinkludi bħala minimu l-informazzjoni li ġejja:

— valuri ta' miżuri,

— deskrizzjoni tal-metodi ta' kejl użati,

— sorsi suspettati għall-preżenza ta' livelli ta' konċentrazzjoni ta' metalli tqal,

— deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri meħuda sabiex jitnaqqsu l-livelli ta' konċentrazzjoni ta' metalli tqal.

Meta la l-fabbrikant u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma huma stabbiliti fl-Unjoni Ewropea, l-obbligu li jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun fuq il-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq Komunitarju.

Riżultati ta' kejl minn siti ta' produzzjoni u metodi ta' kejl użati għandhom ikunu magħmula disponibbli fi kwalunkwe ħin lill-awtoritajiet kompetenti, jekk mitlub.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 10