23.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8555 — AES/Siemens/Fluence Energy/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 317/04)

1.

Fil-15 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AES Corporation Inc. (l-Istati Uniti),

—

Siemens AG (il-Ġermanja),

—

Fluence Energy LLC (l-Istati Uniti), ikkontrollata minn AES Corporation Inc. u Siemens AG.

AES Corporation Inc. (“AES”) u Siemens AG (“Siemens”) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Fluence Energy LLC (“Fluence Energy”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   AES: AES hija kumpanija globali attiva fis-settur tal-elettriku,

—   Siemens: Siemens hija attiva f’għadd ta’ oqsma industrijali,

—   Fluence Energy: l-attivitajiet kummerċjali ta’ Fluence Energy se jkunu fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ ħżin tal-enerġija bbażati fuq batteriji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8555 — AES/Siemens/Fluence Energy/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.