European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1791

22.3.2024

P9_TA(2023)0325

Qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-14 ta’ Settembru 2023 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (COM(2023)0160 – C9-0061/2023 – 2023/0079(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda 1, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor] (*1)

(C/2024/1791)

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*2)

għall-proposta tal-Kummissjoni

2023/0079(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

L-aċċess għall-materja prima hu essenzjali għall-ekonomija tal-Unjoni , għat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, għas-sigurtà u għad-difiża u għall-funzjonament tas-suq intern. Hemm sett ta’ materja prima mhux tal-enerġija u mhux agrikola li, minħabba l-importanza ekonomika kbira tiegħu u l-esponiment tiegħu għal riskju kbir ta’ provvista, spiss ikkawżat minħabba konċentrazzjoni qawwija tal-provvista minn ftit pajjiżi terzi, jitqies kritiku. Minħabba r-rwol ewlieni ta’ ħafna materja prima kritika biex jitwettqu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, f’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew , u fid-dawl tal-użu tagħhom għall-applikazzjonijiet tad-difiża u  ajruspazjali , id-domanda se tiżdied b’mod esponenzjali fid-deċennji li ġejjin, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġu implimentati miżuri biex jimmitigawha u jipproteġu lill-Unjoni mid-distakk li qed jiżdied bejn il-provvista u d-domanda fil-livell globali . Aktar materja prima użata f’setturi oħra bħall-agrikoltura, is-saħħa jew il-kostruzzjoni, tista’ tkun esposta għal riskji ta’ provvista għolja fil-futur. Fl-istess ħin, ir-riskju ta’ tfixkil fil-provvista qed jiżdied minħabba żieda fit-tensjonijiet ġeopolitiċi u fil-kompetizzjoni għar-riżorsi. Barra minn hekk, jekk ma titmexxiex kif xieraq, iż-żieda fid-domanda għall-materja prima kritika tista’ tikkaġuna impatti ambjentali u soċjali negattivi. Fid-dawl ta’ dawn ix-xejriet, jeħtieġ jittieħdu miżuri li jiżguraw l-aċċess għal provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika permezz tal-mitigazzjoni taż-żieda fid-domanda, it-trawwim tas-sostituzzjoni u ż-żieda fl-effiċjenza biex jitnaqqsu l-kritikalità tat-tkabbir esponenzjali mistenni fid-domanda fl-Unjoni, biex jitħarsu r-reżiljenza ekonomika u l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni.

(1a)

Minbarra d-domanda dejjem tikber ta’ materja prima primarja u sekondarja, hemm domanda dejjem tikber għal ħaddiema tas-sengħa. In-nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa fl-Unjoni diġà jinsab fi stadju kritiku, anke fis-settur tal-materja prima, li se jirrikjedi 1,2 miljun ħaddiema tas-sengħa addizzjonali sal-2030 fis-settur tal-elettromobbiltà u fis-settur tal-enerġija rinnovabbli biss. Jenħtieġ li għalhekk l-Unjoni tappoġġa lill-Istati Membri biex jipprovdu taħriġ u ħiliet u tikkunsidra azzjonijiet konkreti fil-livell tal-Unjoni, bħall-iżvilupp ta’ akkademja Ewropea fil-qasam tal-materja prima biex tipprovdi talenti lis-setturi tal-materja prima u avvanzata, u biex tħarreġ mill-ġdid u ttejjeb il-ħiliet tal-forza tax-xogħol eżistenti.

(1b)

Is-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa u madwar id-dinja tirrikjedi riflessjoni urġenti dwar kif tista’ tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista, inkluż fis-settur tad-difiża.

(2)

Minħabba l-kumplessità u l-karattru tranżnazzjonali tal-ktajjen tal-valur tal-materja prima kritika, jekk il-miżuri nazzjonali maħsuba biex jiżguraw provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika ma jkunux ikkoordinati, hemm potenzjal qawwi li dawn ifixklu l-kompetizzjoni u jifframmentaw is-suq intern. Għalhekk, biex jitħares il-funzjonament tas-suq intern, jenħtieġ li jinħoloq qafas komuni tal-Unjoni li jindirizza b’mod kollettiv din l-isfida prinċipali b’mod ġust u ekwu, f’konformità sħiħa mar-regoli applikabbli dwar il-kompetizzjoni fl-Unjoni u l-għajnuna mill-Istat .

(3)

L-ewwel nett, biex ikun żgurat b’mod effettiv l-aċċess tal-Unjoni għal provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika, jenħtieġ li dak il-qafas ikun jinkludi miżuri li jnaqqsu r-riskji dejjem akbar tal-provvista tal-Unjoni billi jsaħħu l-kapaċitajiet tal-Unjoni tul l-istadji kollha tal-katina tal-valur tal-materja prima strateġika, inkluż l-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ, favur parametri referenzjarji definiti għal kull materja prima strateġika. Fir-rigward tar-riċiklaġġ, l-għan jenħtieġ li jkun li tittejjeb il-kapaċità tar-riċiklaġġ ta’ kull materja prima strateġika filwaqt li titqies il-fattibbiltà teknika u ekonomika. It-tieni, billi l-Unjoni se tibqa’ tkun dipendenti fuq l-importazzjonijiet, jenħtieġ li l-qafas ikun jinkludi miżuri li jżidu d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, b’mod partikolari bil-għan li jitnaqqsu d-dipendenzi diretti u indiretti fuq sħab mhux affidabbli filwaqt li fl-istess ħin jitrawwem l-użu ta’ alternattivi u sostituzzjonijiet għal din il-materja prima kritika, bil-għan li tinkiseb impronta ambjentali aktar baxxa, biex titnaqqas jew tiġi mmitigata d-domanda għaliha. It-tielet, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti miżuri li jsaħħu l-kapaċità tal-Unjoni li tidentifika, timmonitorja u ttaffi r-riskji eżistenti u futuri tal-provvista u taġixxi b’mod rapidu kif xieraq . Ir-raba’, jenħtieġ li l-qafas ikun fih miżuri li jżidu ċ-ċirkolarità u s-sostenibbiltà ottimizzati tal-materja prima kritika kkonsmata fl-Unjoni u li jrawmu r-riċerka u l-iżvilupp ta’ materjali u metodi ta’ produzzjoni innovattivi alternattivi biex jissostitwixxu l-materja prima kkonsmata fl-Unjoni . Fl-aħħar, jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex jillimitaw id-domanda dejjem tikber għal materja prima kritika billi jiżdiedu l-effiċjenza u l-adozzjoni ta’ sostituzzjoni ta’ materjali fil-katina tal-valur kollha.

(4)

Biex ikun żgurat li l-miżuri stabbiliti fir-Regolament ikunu jiffukaw fuq l-aktar materjali rilevanti, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista tal-materja prima strateġika u lista tal-materja prima kritika. Dawk il-listi jenħtieġ li jservu wkoll biex jiggwidaw u jikkoordinaw l-isforzi tal-Istati Membri favur it-twettiq tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-lista tal-materja prima strateġika jkun fiha materja prima li għandha importanza strateġika kbira, filwaqt li jitqies l-użu tagħha fit-teknoloġiji strateġiċi li fuqhom jistrieħu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-applikazzjonijiet tad-difiża jew spazjali, li qed iġarrbu diskrepanza potenzjalment sinifikanti bejn il-provvista dinjija u d-domanda projettata, u li hu relattivament diffiċli li tiżdied il-produzzjoni tagħhom, pereżempju minħabba ż-żminijiet twal meħtieġa għal proġetti ġodda li jżidu l-kapaċità tal-provvista. Biex jitqiesu l-bidliet teknoloġiċi u ekonomiċi possibbli kif ukoll ir-riskji ad hoc, bħal dawk li jirriżultaw minn kunflitti ġeopolitiċi jew katastrofi naturali , jenħtieġ li l-lista tal-materjali strateġiċi tiġi rieżaminata b’mod perjodiku u, jekk ikun meħtieġ, tiġi aġġornata. Biex ikun żgurat li l-isforzi li jżidu l-kapaċitajiet tal-Unjoni tul il-katina tal-valur, li jsaħħu l-kapaċità tal-Unjoni li timmonitorja u ttaffi r-riskji tal-provvista, u li jżidu d-diversifikazzjoni tal-provvista jkunu ffokati fuq il-materjali li tant jeħtieġu, jenħtieġ li l-miżuri rilevanti jkunu japplikaw biss għal-lista tal-materja prima strateġika.

(5)

Jenħtieġ li l-lista tal-materja prima kritika tkun tinkludi l-materja prima strateġika kollha u kull materja prima oħra ta’ importanza kbira għall-ekonomija ġenerali tal-Unjoni u li jkollha riskju kbir ta’ tfixkil fil-provvista. Biex jitqiesu l-bidliet teknoloġiċi u ekonomiċi possibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kontinwazzjoni tal-prattika attwali, minn żmien għal żmien twettaq valutazzjoni abbażi tad-data dwar il-produzzjoni, il-kummerċ, l-applikazzjonijiet, ir-riċiklaġġ, u s-sostituzzjoni għal firxa wiesgħa ta’ materja prima biex taġġorna l-listi tal-materja prima kritika u strateġika ħalli dawn ikunu jirriflettu l-evoluzzjoni fl-importanza ekonomika u r-riskju tal-provvista assoċjat ma’ dik il-materja prima. Jenħtieġ li l-lista tal-materja prima kritika tkun tinkludi dik il-materja prima li tilħaq jew taqbeż il-limiti tal-importanza ekonomika u tar-riskju tal-provvista, mingħajr ma tikklassifika l-materja prima rilevanti mil-lat ta’ kritikalità. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni tkun ibbażata fuq medja tal-aħħar data disponibbli f’perjodu ta’ 5 snin. Jenħtieġ li l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament relatati ma’ punt uniku ta’ servizz għall-permessi, l-ippjanar, l-esplorazzjoni, il-monitoraġġ, iċ-ċirkolarità u s-sostenibbiltà jkunu japplikaw għall-materja prima kritika kollha.  Id-domanda globali għall-materja prima kritika hija mbassra li dalwaqt taqbeż il-provvista, u b’hekk il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi għal alternattivi innovattivi u sostenibbli huma vitali għall-Unjoni. Dan jirrikjedi mhux biss investimenti fir-riċerka iżda wkoll il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tas-suq li jippermettu li s-sostituti rinnovabbli jikkompetu ma’ materjali fossili tradizzjonali. Għalhekk, l-Unjoni jenħtieġ li tieħu miżuri antiċipattivi biex timmitiga ż-żieda mistennija fil-konsum tal-materja prima kritika meta mqabbla mal-projezzjonijiet, mingħajr ma tikkomprometti l-bażi industrijali tagħha. Il-lista ta’ materja prima kritika u prijoritajiet relatati jenħtieġ li titqies fil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti kollha fejn dawk il-materjali jiġu affettwati direttament jew indirettament.

(6)

Biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Unjoni tul il-katina tal-valur tal-materja prima strateġika, jenħtieġ li jiġu stabbiliti parametri referenzjarji li jiggwidaw l-isforzi u jsegwu l-progress. Jenħtieġ li l-għan ikun li jiżdiedu l-kapaċitajiet għal kull materja prima strateġika f’kull stadju tal-katina tal-valur, filwaqt li jfittex li jinkisbu parametri referenzjarji tal-kapaċità ġenerali għall-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ tal-materja prima strateġika. L-ewwel nett, jenħtieġ li l-Unjoni żżid l-użu tar-riżorsi ġeoloġiċi proprji tagħha tal-materja prima strateġika u tibni l-kapaċità li tippermettilha toħroġ il-materjali meħtieġa għall-produzzjoni ta’ mill-anqas 10 % tal-konsum tal-materja prima strateġika tal-Unjoni. Meta wieħed iqis li l-kapaċità tal-estrazzjoni tiddependi ħafna fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi ġeoloġiċi tal-Unjoni, il-kisba ta’ dan il-parametru referenzjarju tiddependi fuq tali disponibbiltà. It-tieni, biex tinbena katina tal-valur sħiħa u tiġi evitata konġestjoni fl-istadji intermedji, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżid ukoll il-kapaċità tal-ipproċessar tagħha tul il-katina tal-valur u tkun tista’ tipproduċi mill-anqas 40 % tal-konsum annwali tagħha tal-materja prima strateġika. Barra minn hekk, parti mill-kapaċità l-ġdida ta’ pproċessar tal-Unjoni tista’ tiġi żviluppata taħt sħubijiet strateġiċi fl-Unjoni, proġetti strateġiċi ewlenin ta’ benefiċċju reċiproku f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u swieq emerġenti. It-tielet, fid-deċennji li ġejjin, sehem dejjem akbar mill-konsum tal-Unjoni tal-materja prima strateġika mistenni jkun jista’ jiġi kopert minn materja prima sekondarja, li ttejjeb kemm is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-provvista tal-materja prima tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni tkun tista’ tipproduċi mill-anqas +10 % tal-volum tal-kapaċità tar-riċiklaġġ abbażi tal-linja bażi tal-2020-2022 għal kull materja prima strateġika biex mill-inqas jinġabar, jiġi sseparat u pproċessat 45 % ta’ kull materja prima strateġika li tinsab fl-iskart tal-Unjoni filwaqt li titqies il-fattibbiltà teknika u ekonomika. Dawn il-parametri referenzjarji jirreferu għall-perjodu sal-2030, f’konformità mal-miri tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-miri diġitali tad-Deċennju Diġitali (4), li dawn jirfdu. Barra minn hekk, l-impjiegi ta’ kwalità, inkluż l-iżvilupp tal-ħiliet u t-tranżizzjonijiet minn impjieg għall-ieħor, se jindirizzaw ir-riskji fis-suq tax-xogħol settorjali u jgħinu biex tiġi żgurata l-kompetittività tal-UE. F’dik il-valutazzjoni, hija meħtieġa flessibbiltà biex jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet uniċi tal-materja prima inkwistjoni, inklużi l-proprjetajiet tal-materjal u l-isfidi tul il-katina tal-valur. Din jenħtieġ ukoll li jkollha l-mira li tappoġġa l-kapaċitajiet eżistenti.

(7)

Għal xi materja prima, l-Unjoni tiddependi kważi għalkollox fuq pajjiż wieħed għall-provvista tagħha. Tali dipendenzi joħolqu riskju kbar ta’ tfixkil fil-provvista , u, fil-każ tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iżidu r-riskji ta’ vulnerabbiltà u sigurtà tal-Unjoni. Biex jiġi limitat dan ir-riskju potenzjali u tiżdied ir-reżiljenza ekonomika tal-Unjoni, jenħtieġ li jsiru sforzi biex ikun żgurat li sal-2030 ma tkunx dipendenti fuq pajjiż terz wieħed għal aktar minn 65 % tal-provvista tagħha ta’ xi materja prima strateġika, mhux ipproċessata u fi kwalunkwe stadju tal-ipproċessar, filwaqt li iżda tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-pajjiżi li magħhom l-Unjoni stabbiliet Sħubija Strateġika dwar il-materja prima li tagħti lok għal aktar assigurazzjonijiet fir-rigward tar-riskji tal-provvista.

(8)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri xierqa li jappoġġaw Proġetti Strateġiċi maħsuba għall-estrazzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ tal-materja prima strateġika fl-Unjoni li jenħtieġ li, flimkien mal-isforzi tal-Istati Membri, jikkontribwixxu biex jiżdiedu l-kapaċitajiet favur il-parametri referenzjarji. Miżuri oħra, b’mod partikolari dwar l-esplorazzjoni jew iċ-ċirkolarità, huma daqstant ieħor importanti għat-tisħiħ tal-istadji differenti tal-katina tal-valur u b’hekk jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-parametri referenzjarji. Biex ikun żgurat li l-parametri referenzjarji jintlaħqu fil-ħin, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bil-għajnuna tal-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika (“il-Bord”), issegwi u tirrapporta l-progress tal-parametri referenzjarji. Jekk il-progress rappurtat tal-parametri referenzjarji jkun ġeneralment insuffiċjenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà u l-proporzjonalità ta’ miżuri addizzjonali. Nuqqas ta’ progress fuq sett wieħed jew żgħir biss ta’ materja prima strateġika, fil-prinċipju jenħtieġ li ma jwassalx għall-ħtieġa ta’ sforzi addizzjonali tal-Unjoni.

(9)

Biex jinbnew il-kapaċitajiet fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Bord, tidentifika Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni li jkunu maħsuba biex isiru attivi fl-estrazzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ tal-materja prima strateġika , jew fl-iżvilupp u l-espansjoni tas-sostituti. Il-Proġetti Strateġiċi jenħtieġ li jkunu proġetti ewlenin f’termini ta’ innovazzjoni teknoloġika u sostenibbiltà. L-appoġġ effettiv għall-Proġetti Strateġiċi għandu l-potenzjal li jtejjeb l-aċċess għall-materjali għas-setturi downstream, u li joħloq opportunitajiet ekonomiċi tul il-katina tal-valur, inkluż għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ( SMEs), u l-komunitajiet lokali u jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi. Għalhekk, biex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni, jenħtieġ li tali proġetti jibbenefikaw minn proċeduri tal-permessi simplifikati u prevedibbli, u appoġġ biex jiksbu aċċess għall-finanzjament li jekk jintwerew li jirnexxu, jistgħu jkunu mudell għall-proċeduri tal-għoti ta’ permessi u aċċess għall-finanzjament għal materja prima kritika jew materja prima oħra. Biex l-appoġġ ikun iffokat u jkun żgurat il-valur miżjud tagħhom, jenħtieġ li l-proġetti, qabel ma jirċievu dan l-appoġġ, jiġu analizzati skont sett ta’ kriterji. Jenħtieġ li l-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni jsaħħu s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni għall-materja prima strateġika, juru fattibbiltà teknika biżżejjed u jiġu implimentati b’mod sostenibbli ambjentalment u soċjalment. Jenħtieġ li dawn jipprovdu wkoll benefiċċji transfruntieri lil hinn mill-Istat Membru kkonċernat. Meta l-Kummissjoni tivvaluta li dawn il-kriterji ntlaħqu, jenħtieġ li tippubblika r-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku f’deċiżjoni. Peress li jeħtieġ isir rikonoxximent malajr ħalli tiġi appoġġata b’mod effettiv is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni, jenħtieġ li l-proċess tal-valutazzjoni jibqa’ ħafif u mhux peżanti żejjed. Il-mitigazzjoni taż-żieda fid-domanda għal materja prima kritika hija waħda mil-lievi biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u titnaqqas l-impronta ambjentali globali tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa indikatur biex timmonitorja l-evoluzzjoni tal-livell ta’ kritiċità u effiċjenza materjali ta’ prodotti intermedji u finali li jkun fihom materja prima kritika.

(10)

Biex tiġi ddiversifikata l-provvista tal-materja prima strateġika tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Bord, u f’kooperazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma, tidentifika Proġetti Strateġiċi f’pajjiżi terzi u fil-pajjiżi u t-territorji barranin imsemmija fl-Anness II tat-TFUE li jkun beħsiebhom isiru attivi fl-estrazzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ tal-materja prima strateġika. Tali proġetti jenħtieġ li jirrispettaw l-istandards u l-konvenzjonijiet internazzjonali relatati mal-protezzjoni ambjentali u d-drittijiet tal-bniedem, u jħeġġu l-użu ta’ mudelli ta’ negozju inklużivi li fihom il-komunitajiet lokali jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet. Biex ikun żgurat li tali Proġetti Strateġiċi jiġu implimentati b’mod effettiv, jenħtieġ li dawn igawdu aċċess aħjar għall-finanzjament u mekkaniżmi ta’ tneħħija tar-riskji għall-investiment . Biex ikun żgurat il-valur miżjud tagħhom u l-benefiċċji reċiproċi għall-Unjoni u l-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż għall-pajjiżi terzi fejn jinsabu , il-proġetti jenħtieġ li jiġu vvalutati skont sett ta’ kriterji. Bħall-proġetti fl-Unjoni, il-Proġetti Strateġiċi fil-pajjiżi terzi jenħtieġ li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, juru fattibbiltà teknika biżżejjed u jiġu implimentati b’mod sostenibbli permezz tal-qafas ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà dwar il-materja prima rikonoxxuta mill-Kummissjoni . Il-proġett jenħtieġ li jkollu benefiċċju reċiproku għall-Unjoni u għall-pajjiż terz involut . Meta jkun meħtieġ, l-Unjoni se tappoġġa pajjiżi terzi biex isaħħu l-qafas legali, il-kapaċità ta’ governanza tajba u t-trasparenza tagħhom fis-settur tal-materja prima bil-għan li s-sħubija tal-materja prima ssir sitwazzjoni tajba għal kulħadd, inkluż għall-popolazzjoni lokali. Proġett jenħtieġ li jżid il-valur f’dak il-pajjiż u fil-każ tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk emerġenti, jippermettulu jimxi ’l fuq fil-katina tal-valur filwaqt li titqies ukoll il-konsistenza tiegħu mal-prinċipji mnaqqxa fit-Trattati, il-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni u l-prijoritajiet strateġiċi kif ukoll il-prinċipju ta’ koerenza tal-politika għall-iżvilupp stabbilit fl-Artikolu 208 tat-TFUE. Tali valur jista’ jinkiseb bil-kontribut tal-proġett lil aktar minn stadju wieħed tal-katina tal-valur tal-materja prima u bil-ħolqien ta’ benefiċċji ekonomiċi u soċjali usa’ permezz tal-proġett, inkluż il-ħolqien tal-impjiegi skont standards internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). Meta l-Kummissjoni tivvaluta li dawn il-kriterji ntlaħqu, jenħtieġ li tippubblika r-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku f’deċiżjoni.

(11)

Biex tkun żgurata s-sostenibbiltà taż-żieda fil-produzzjoni tal-materja prima, il-proġetti ġodda tal-materja prima jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod sostenibbli. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Proġetti Strateġiċi li jirċievu appoġġ skont dan ir-Regolament jiġu vvalutati filwaqt li jitqiesu l-istrumenti internazzjonali li jkopru l-aspetti kollha tas-sostenibbiltà enfasizzati fil-prinċipji tal-UE għall-materja prima sostenibbli (5), inkluż li jkunu żgurati l-protezzjoni ambjentali inkluż l-ambjent tal-baħar u tal-kosta, prattiki soċjalment responsabbli, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem bħad-drittijiet tan-nisa u  tat-tfal, kif ukoll prattiki kummerċjali trasparenti. Il-proġetti jenħtieġ li jiżguraw ukoll impenn in bona fede u konsultazzjonijiet komprensivi u sinifikanti mal-komunitajiet lokali, inkluż mal-popli indiġeni. Biex il-promoturi tal-proġetti jingħataw mod ċar u effiċjenti biex jikkonformaw ma’ dan il-kriterju, il-konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, mal-istandards, il-linji gwida u l-prinċipji internazzjonali jew il-parteċipazzjoni fi skema taċ-ċertifikazzjoni ambjentali rikonoxxuta skont dan ir-Regolament jenħtieġ li titqies biżżejjed. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli timpenja ruħha, fi djalogu mill-qrib mal-Istati Membri, pajjiżi terzi, l-industrija, korpi ta’ standardizzazzjoni u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, f’diskussjonijiet dwar l-iżvilupp ta’ standards Ewropej ta’ estrazzjoni, ipproċessar u riċiklaġġ ta’ materja prima kritika. Proġetti tal-minjieri sostenibbli u li jirrispettaw l-ambjent, li jinkorporaw proċessi innovattivi u li jwettqu proċessar minerali u metallurġiku qrib is-siti ta’ estrazzjoni, jistgħu jitqiesu bħala proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni. Tali proġetti jridu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u jsaħħu l-kompetittività għall-industrija u l-ekonomija tal-Unjoni. Barra minn hekk, biex jallinjaw mal-valuri u l-objettivi tal-Unjoni, tali proġetti jenħtieġ li juru impenn bla waqfien għat-trasparenza, l-edukazzjoni u l-impenn tal-komunità, filwaqt li jevitaw l-użu ta’ fjuwils fossili permezz tal-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inaqqsu l-iskart, u jutilizzaw prattiki sostenibbli tal-użu tal-ilma. Il-materja prima strateġika hija, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, estratta bħala prodott sekondarju ta’ minerali trasportatur. Biex l-Unjoni tilħaq l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, in-natura tal-prodott sekondarju tal-materja prima strateġika ma tħallix impatt fuq in-natura strateġika ta’ tali proġetti ta’ estrazzjoni. Proġetti bil-għan ta’ estrazzjoni jistgħu għalhekk jitqiesu bħala strateġiċi, kemm jekk il-minerali strateġiku jiġi estratt bħala prodott ewlieni kif ukoll meta jiġi estratt bħala prodott sekondarju.

(12)

Kull promotur ta’ proġett tal-materja prima strateġika jenħtieġ li jkun jista’ jitlob lill-Kummissjoni r-rikonoxximent tal-proġett tiegħu bħala Proġett Strateġiku. L-applikazzjoni jenħtieġ li tkun tinkludi diversi dokumenti u evidenza rilevanti relatati mal-kriterji. Biex tiġi vvalutata aħjar il-vijabbiltà soċjali, ambjentali u ekonomika, il-fattibbiltà tal-proġett, u l-livell ta’ fiduċja fl-istimi, il-promotur tal-proġett jenħtieġ li jipprovdi wkoll klassifikazzjoni tal-proġett skont il-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi, u biex issir validazzjoni oġġettiva, jenħtieġ li jappoġġa din il-klassifikazzjoni b’evidenza rilevanti. Ma’ applikazzjoni, jenħtieġ li tinhemeż ukoll skeda taż-żmien għall-proġett ħalli jiġi stmat meta l-proġett ikun jista’ jikkontribwixxi għall-parametri referenzjarji tal-kapaċità domestika jew tad-diversifikazzjoni. Billi l-aċċettazzjoni pubblika tal-proġetti tal-estrazzjoni hi kruċjali għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom, jenħtieġ li l-promotur jipprovdi wkoll pjan li jkun fih miżuri li jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni pubblika. Dan huwa validu wkoll għal proġetti f’pajjiżi terzi. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lis-sħab soċjali, lis-soċjetà ċivili u lil atturi oħra ta’ sorveljanza. Il-promotur jenħtieġ li jipprovdi wkoll pjan kummerċjali li jipprovdi informazzjoni dwar il-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett u li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-finanzjament, inkluż l-istruttura tas-sjieda sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament tal-proġett ma jkunx jikkontradixxi l-għan li tiżdied il-kooperazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma, speċjalment fir-rigward tal-proġetti f’pajjiżi terzi jew iffinanzjati minn sħab fihom. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-ftehimiet tax-xiri diġà garantiti kif ukoll stimi għall-ħolqien potenzjali tal-impjiegi u għall-ħtiġijiet tal-proġett mil-lat ta’ ħaddiema tal-ħiliet, inkluż it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid , u l-inizjattivi previsti biex itejbu l-parteċipazzjoni tan-nisa kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol b’mod ġenerali.

(13)

Biex ikun żgurat it-trattament effettiv u effiċjenti tal-applikazzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tagħti prijorità lill-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-proġetti relatati ma’ stadji speċifiċi tal-katina tal-valur jew materja prima strateġika sottorappreżentati, biex tkun tista’ tiżgura l-progress bilanċjat tal-Unjoni tal-parametri referenzjarji kollha tal-kapaċità tal-Unjoni inklużi f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tagħti prijorità lill-Proġetti Strateġiċi li jikkontribwixxu għaċ-ċirkolarità tal-materja prima jew sottomessi mill-SMEs dment li jinżamm bilanċ ta’ proġetti bejn l-istadji differenti tal-katina tal-valur. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex ukoll b’mod proattiv lill-pajjiżi sħab biex tippromwovi kollaborazzjonijiet strateġiċi.

(14)

Peress li hemm bżonn il-kooperazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun se jiġi implimentat Proġett Strateġiku ħalli tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tiegħu, dak l-Istat Membru jenħtieġ li jkollu d-dritt li joġġezzjona għalih u b’hekk jipprevjeni li proġett jingħata l-istatus ta’ Proġett Strateġiku kontra r-rieda tiegħu. Meta jagħmel dan, l-Istat Membru rilevanti jenħtieġ li jipprovdi ġustifikazzjoni motivata għar-rifjut tiegħu billi jirreferi għall-kriterji applikabbli. Bl-istess mod, il-Unjoni jenħtieġ li ma tagħtix l-istatus ta’ Proġett Strateġiku lill-proġetti li jkunu se jitwettqu minn pajjiż terz kontra r-rieda tal-gvern tiegħu u għalhekk jenħtieġ li toqgħod lura milli tagħmel dan meta gvern ta’ pajjiż terz joġġezzjona.

(15)

Biex ikun evitat l-użu ħażin tar-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tħassar id-deċiżjoni inizjali tagħha li tirrikonoxxi proġett bħala strateġiku jekk dan ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet jew jekk ir-rikonoxximent kien ibbażat fuq applikazzjoni b’informazzjoni żbaljata. Qabel ma tkun tista’ tagħmel dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lill-Bord u tisma’ lill-promotur tal-proġett. Il-promoturi tal-proġett jenħtieġ li jibqgħu kompletament responsabbli għal kwalunkwe qerq intenzjonat, u jistgħu jkunu soġġetti għal proċeduri ġudizzjarji korrispondenti.

(16)

Fid-dawl tal-importanza tagħhom biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-materja prima strateġika, il-Proġetti Strateġiċi jenħtieġ li jitqiesu li huma fl-interess pubbliku jew ta’ tħassib dwar is-sigurtà pubblika . L-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tal-materja prima strateġika għandu importanza kruċjali għas-suċċess tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għar-reżiljenza tas-setturi tad-difiża u  ajruspazjali . Biex jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista tal-materja prima strateġika fl-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ fil-proċeduri nazzjonali tal-għoti tal-permessi biex jitħaffef it-twettiq tal-Proġetti Strateġiċi f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

(17)

Il-proċessi nazzjonali tal-għoti tal-permessi jiżguraw li l-proġetti tal-materja prima jkunu sikuri, siguri u konformi mar-rekwiżiti ambjentali, soċjali u tas-sikurezza. Il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni tistabbilixxi kundizzjonijiet komuni għall-proċess u għall-kontenut tal-proċessi nazzjonali tal-għoti tal-permessi, u b’hekk tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u tippermetti l-użu sostenibbli tal-potenzjal tal-Unjoni tul il-katina tal-valur tal-materja prima. Għalhekk, l-għoti tal-istatus ta’ Proġett Strateġiku jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal xi kundizzjoni tal-permess applikabbli għall-proġetti rilevanti, inkluż dawk stabbiliti fid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (7), fid-Direttiva 2000/60/KE (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fid-Direttiva 2010/75/UE (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u fid-Direttiva 2004/35/KE (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fid-Direttiva 2009/147/KE (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u fid-Direttiva 2006/21/KE (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(18)

Fl-istess ħin, l-imprevedibbiltà, il-kumplessità u, xi drabi, it-tul eċċessiv tal-proċessi nazzjonali tal-għoti tal-permessi jimminaw is-sigurtà tal-investiment meħtieġa għall-iżvilupp effettiv tal-proġetti strateġiċi tal-materja prima. Għalhekk, biex tkun żgurata u mħaffa l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw proċedura tal-permessi simplifikata u prevedibbli għall-Proġetti Strateġiċi. Għal dak il-għan, il-Proġetti Strateġiċi jenħtieġ li jingħataw status ta’ prijorità fil-livell nazzjonali biex ikun żgurat trattament amministrattiv rapidu u trattament urġenti fil-proċeduri ġudizzjarji u ta’ soluzzjoni tat-tilwim kollha relatati magħhom. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jkunx jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jissimplifikaw il-permessi tal-proġetti l-oħra tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika li ma jkunux Proġetti Strateġiċi.

(19)

Minħabba r-rwol tagħhom li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, u l-kontribut tagħhom għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, il-Proġetti Strateġiċi jenħtieġ li jitqiesu mill-awtorità tal-permessi responsabbli li huma fl-interess pubbliku u tħassib dwar is-sigurtà pubblika . Il-Proġetti Strateġiċi li jħallu impatt ħażin fuq l-ambjent, sa fejn dan jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u tad-Direttiva 2009/147/KE (13) jistgħu jiġu awtorizzati meta l-awtorità tal-permessi responsabbli tikkonkludi, abbażi tal-valutazzjoni każ b’każ tagħha, li l-interess pubbliku moqdi mill-proġett jisboq dawk l-impatti, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stabbiliti f’dawk id-Direttivi. Meta rilevanti, il-valutazzjoni każ b’każ jenħtieġ li tqis kif xieraq l-ispeċifiċità ġeoloġika tas-siti tal-estrazzjoni, li tillimita d-deċiżjonijiet dwar il-post minħabba n-nuqqas ta’ soluzzjonijiet alternattivi għal siti tal-estrazzjoni .

(20)

Biex titnaqqas il-kumplessità u jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza fil-proċess tal-permessi, il-promoturi tal-proġetti tal-materja prima kritika jenħtieġ li jkunu jistgħu jinteraġixxu ma’ awtorità nazzjonali waħda, li tkun responsabbli għall-iffaċilitar , il-koordinazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċess kollu tal-għoti tal-permessi u li, fil-każ tal-Proġetti Strateġiċi, toħroġ deċiżjoni komprensiva fil-limitu taż-żmien applikabbli. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw awtorità nazzjonali kompetenti waħda. Jenħtieġ li jiġi assenjat uffiċjal tal-każ li jipprovdi punt ta’ kuntatt faċli. Dak l-uffiċjal tal-każ maħtur jista’ jkun ukoll parti minn awtorità oħra fir-rigward tal-istrutturi nazzjonali differenti tal-punt uniku tal-kuntatt. Meta jkun meħtieġ fid-dawl tal-organizzazzjoni interna ta’ Stat Membru, il-kompiti tal-awtorità nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu delegati lil awtorità differenti, soġġetta għall-istess kundizzjonijiet. Mingħajr ma taffettwa l-ħeffa tal-proċedimenti, l-awtorità kompetenti maħtura jenħtieġ li tkun tista’ titlob l-opinjoni u l-involviment ta’ ministeri kompetenti oħra. Biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tar-responsabbiltajiet tagħha, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu persunal u riżorsi biżżejjed lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom, jew lil awtorità li taġixxi f’isimha.

(21)

Biex tkun żgurata ċ-ċarezza dwar l-istatus tal-permessi tal-Proġetti Strateġiċi u tiġi limitata l-effettività ta’ litigazzjoni abbużiva potenzjali, filwaqt li ma tiġix imminata reviżjoni ġudizzjarja effettiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li kull tilwima dwar il-proċess tal-għoti tal-permessi għall-Proġetti Strateġiċi tissolva mingħajr dewmien. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li l-applikanti u l-promoturi tal-proġetti jkollhom aċċess għal proċedura sempliċi tas-soluzzjoni tat-tilwim u li l-Proġetti Strateġiċi jingħataw trattament urġenti fil-proċeduri ġudizzjarji u tas-soluzzjoni tat-tilwim kollha relatati mal-proġetti.  Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki biex isolvu tilwim, bħal gruppi ta’ ħidma ad hoc taħt arbitri newtrali biex isolvu kwistjonijiet miftuħa.

(22)

Biex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jgawdu direttament mill-benefiċċji tas-suq intern mingħajr ma jġarrbu piż amministrattiv addizzjonali bla bżonn, ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), li stabbilixxa l-Gateway Diġitali Unika, jipprevedi regoli ġenerali għall-provvista online ta’ informazzjoni, ta’ proċeduri u ta’ servizzi tal-assistenza rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u l-proċeduri koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/1724. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun żgurat li l-promoturi tal-proġetti tal-Proġett Strateġiku jkunu jistgħu jaċċessaw u jlestu kull proċedura relatata mal-proċess tal-għoti tal-permessi kompletament online, f’konformità mal-Artikolu 6(1) u l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1724.

(23)

Biex il-promoturi tal-proġetti u investituri oħra jingħataw is-sigurtà u ċ-ċarezza meħtieġa biex jiżdied l-iżvilupp ta’ Proġett Strateġiku, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-proċess tal-għoti tal-permessi relatat ma’ tali proġetti ma jaqbiżx il-limitu taż-żmien stabbilit minn qabel. Għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu biss l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ, it-tul tal-proċess tal-għoti tal-permessi jenħtieġ li ma jkunx iżjed minn sena. Madankollu, għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu l-estrazzjoni, it-tul tal-proċess tal-għoti tal-permessi, meta jitqiesu l-kumplessità u l-firxa tal-impatti potenzjali involuti, jenħtieġ li ma jkunx iżjed minn sentejn. Biex dawk il-limiti taż-żmien jintlaħqu b’mod effettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli jkollhom riżorsi u persunal biżżejjed. Bl-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri, meta jitolbuha, fit-tfassil, fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ riformi, inkluż li jsaħħu l-kapaċità amministrattiva relatata mal-permessi nazzjonali.

(24)

Il-valutazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ambjentali meħtieġa skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-ilma, il-ħabitats u l-għasafar, huma parti integrali mill-proċess tal-għoti tal-permessi tal-proġetti tal-materja prima u huma salvagwardja essenzjali biex tiżgura li l-impatti ambjentali negattivi jiġu evitati jew minimizzati. Madankollu, sabiex ikun żgurat li l-proċessi tal-għoti tal-permessi tal-Proġetti Strateġiċi jkunu prevedibbli u fil-ħin u ma jaqbżux il-limitu ta’ żmien stabbilit minn qabel għal stadju partikolari fil-proċess tal-għoti tal-permessi , jenħtieġ li jinħataf kull potenzjal ta’ simplifikazzjoni tal-valutazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet meħtieġa mingħajr ma jitnaqqar il-livell tal-protezzjoni ambjentali. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li jkun żgurat li l-valutazzjoni meħtieġa tiġi kkombinata biex tevita d-duplikazzjoni bla bżonn u jenħtieġ li jkun żgurat li l-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet responsabbli jaqblu b’mod espliċitu dwar l-ambitu tal-valutazzjoni kkombinata qabel titwettaq ħalli jkun evitat segwitu bla bżonn , mingħajr preġudizzju għall-kwalità ta’ dawk il-valutazzjonijiet .

(25)

Il-kunflitti dwar l-użu tal-art jistgħu joħolqu ostakli għall-varar tal-proġetti tal-materja prima kritika b’mod partikolari f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn it-tkeċċija furzata hija karatteristika komuni tal-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni . Pjanijiet imfassla tajjeb, li jkunu bbażati fuq kooperazzjoni mill-qrib u ġustifikata tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż pjanijiet spazjali u t-tqassim f’żoni, li jqisu l-potenzjal ta’ implimentazzjoni tal-proġetti tal-materja prima kritika u jiġu vvalutati l-impatti ambjentali potenzjali tagħhom, għandhom il-potenzjal li jgħinu fil-bilanċ bejn il-beni u l-interessi pubbliċi, jitnaqqas ir-riskju ta’ kunflitt u jitħaffef il-varar sostenibbli tal-proġetti tal-materja prima fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi . Għalhekk, meta jiżviluppaw il-pjanijiet rilevanti, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli jenħtieġ li jikkunsidraw li jinkludu dispożizzjonijiet għall-proġetti tal-materja prima.

(26)

Fl-Unjoni, il-proġetti tal-materja prima kritika spiss isibu diffikultajiet tal-aċċess għall-finanzjament. Is-swieq tal-materja prima kritika spiss ikunu karatterizzati minn volatilità kbira tal-prezzijiet, żminijiet twal tat-tħejjija, konċentrazzjoni qawwija u opaċità. Barra minn hekk, il-finanzjament għas-settur jeħtieġ livell għoli ta’ għarfien espert u strumenti finanzjarji li jimmiraw lejn investimenti tat-tneħħija tar-riskji, bħal fondi għall-materja prima, ħelsien mit-taxxa, garanziji finanzjarji, għotjiet jew miżuri finanzjarji oħra tal-mitigazzjoni tar-riskji li ħafna drabi jkunu neqsin fost l-istituzzjonijiet finanzjarji. Biex jingħelbu dawn il-fatturi u jingħata kontribut li jiżgura provvista stabbli u affidabbli tal-materja prima strateġika, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jindirizzaw l-ostakli f’termini tal-politiki u jgħinu fl-aċċess għall-finanzjament u fl-appoġġ amministrattiv. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-impenji ambjentali, soċjali u tax-xogħol meħuda mill-promoturi tal-proġetti rilevanti meta jiddeċiedu dwar l-appoġġ finanzjarju. Sabiex ikun kompetittiv, innovattiv u reżiljenti, kif ukoll sabiex ikun jista’ jtejjeb il-kapaċitajiet tiegħu tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tar-riċiklaġġ kif ukoll il-kapaċitajiet ta’ sostituzzjoni, is-settur tal-materja prima kritika jeħtieġ li jkollu aċċess kemm għal finanzjament pubbliku kif ukoll għal dak privat. Fl-urġenza tiegħu li jaġixxi u sabiex jintlaħqu l-parametri referenzjarji stabbiliti f’dan ir-Regolament, huwa daqstant importanti li jiġi żgurat li politiki orizzontali oħra, bħal inizjattivi dwar il-finanzjament sostenibbli, jibqgħu konsistenti mal-isforzi tal-Unjoni biex tiffaċilita l-aċċess suffiċjenti tal-industrija tal-materja prima kritika tal-Unjoni għall-finanzjament u l-investiment.

(27)

Katina tal-valur soda fl-Ewropa tista’ tinbena biss b’mezzi finanzjarji adegwati. Il-Kummissjoni se taħdem mas-sħab tal-implimentazzjoni ta’ InvestEU biex issib modi kif iżżid l-appoġġ għall-investiment f’konformità mal-objettivi komuni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/523 (15) u f’dan ir-Regolament. Iċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU jista’ jgħin biex jinbnew sensiela ta’ proġetti vijabbli.

(27a)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jtejjeb is-sinerġiji b’azzjonijiet appoġġati bħalissa mill-Unjoni u l-Istati Membri permezz ta’ programmi u azzjonijiet fir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) fir-rigward ta’ materja prima kritika u fl-iżviluppi ta’ parti mill-katina tal-provvista, b’mod partikolari l-Programm Qafas Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (16) (Orizzont Ewropa) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764  (17).

(28)

Biex jingħelbu l-limitazzjonijiet tal-isforzi tal-investimenti pubbliċi u privati li bħalissa ħafna drabi jkunu frammentati u jiġu ffaċilitati l-integrazzjoni u r-redditu fuq l-investiment, jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-banek promozzjonali jikkoordinaw aħjar u joħolqu sinerġiji bejn il-programmi eżistenti tal-finanzjament fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, u jiżguraw koordinazzjoni u kollaborazzjoni aħjar mal-industrija u l-partijiet ikkonċernati ewlenin tas-settur privat. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit sottogrupp apposta fil-Bord li jlaqqa’ flimkien lill-esperti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni kif ukoll tal-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi rilevanti. Dan is-sottogrupp jenħtieġ li jiddiskuti l-ħtiġijiet ta’ finanzjament individwali tal-Proġetti Strateġiċi u l-possibbiltajiet tal-finanzjament eżistenti tagħhom biex il-promoturi tal-proġetti jingħataw suġġeriment dwar kif l-aħjar li jaċċessaw il-possibbiltajiet tal-finanzjament eżistenti. Meta jiddiskutu u jagħmlu rakkomandazzjonijiet għall-finanzjament tal-Proġetti Strateġiċi fil-pajjiżi terzi inklużi s-swieq emerġenti u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-Kummissjoni u , il-Bord, f’kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab potenzjali jenħtieġ li jagħmlu l-Proġetti Strateġiċi prijorità skont l-istrateġija dwar il-Portal Globali, u jikkoordinaw mal-istituzzjonijiet ta’ finanzjament ta’ żvilupp nazzjonali u internazzjonali  (18).

(28a)

Huma meħtieġa sforzi kontinwi fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali biex titrawwem u tiġi appoġġata r-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tal-materja prima kritika, billi r-riċerka fundamentali se tkun essenzjali biex jiġu skoperti materjali ġodda u materjali sostituti.

(28b)

Huma meħtieġa strumenti speċifiċi finanzjarji u ta’ appoġġ u fondi ta’ riċerka u innovazzjoni mmirati biex itejbu l-effiċjenza, is-sostituzzjoni, il-proċessi ta’ riċiklaġġ u ċ-ċikli magħluqa tal-materjali fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali permezz ta’ programmi ta’ riċerka u innovazzjoni u strumenti oħra biex tingħata spinta lill-innovazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar tal-iskart, materjali avvanzati u sostituzzjoni, u għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u innovattivi fil-qasam tal-estrazzjoni sostenibbli tal-materja prima kritika fl-Unjoni.

(29)

L-investiment privat mill-kumpaniji, l-investituri finanzjarji u l-akkwirenti hu essenzjali. Meta l-investiment privat waħdu ma jkunx biżżejjed, l-implimentazzjoni effettiva tal-proġetti tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika jaf tkun teħtieġ l-appoġġ pubbliku, pereżempju fil-forma ta’ garanziji, self jew investimenti tal-ekwità u tal-kważi ekwità. Dan l-appoġġ pubbliku jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Tali għajnuna jrid ikollha effett ta’ inċentiv u tkun meħtieġa, xierqa u proporzjonata. Il-linji gwida eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat, li dan l-aħħar saritilhom reviżjoni dettaljata skont l-objettivi tat-tranżizzjoni doppja, jipprovdu biżżejjed possibbiltajiet ta’ appoġġ għall-investimenti tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika u objettivi oħra fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra aktar il-possibbiltà li tistabbilixxi fond dedikat fil-livell tal-Unjoni, pereżempju fil-forma ta’ Fond Ewropew għall-Materja Prima Strateġika inkluż billi tikkunsidra l-istrumenti rotanti, jew l-allokazzjoni ta’ appoġġ finanzjarju permezz tar-riprijoritizzazzjoni tal-fondi fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li jintużaw l-għarfien, il-pjattaformi ta’ investiment u l-pipelines diġà eżistenti dwar proġetti tal-materja prima kritika.

(30)

L-appoġġ pubbliku jintuża biex ċerti fallimenti tas-suq jew investimenti subottimali speċifiċi identifikati jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, u l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jidduplikawx jew jeskludu l-finanzjament privat , jimpedixxu l-kooperazzjoni bejn kumpaniji minn Stati Membri differenti, jew jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkunu mmirati u effiċjenti u jkollhom valur miżjud ċar għall-Unjoni.

(31)

Il-prezzijiet volatili ta’ diversi tipi ta’ materja prima strateġika, aggravati bil-mezzi limitati tal-iħħeġġjar fis-swieq tal-futur, joħolqu ostaklu kemm għall-promoturi tal-proġetti biex jiżguraw il-finanzjament għall-proġetti tal-materja prima strateġika, u anki għall-konsumaturi downstream li jipprovaw jiżguraw prezzijiet stabbli u prevedibbli għal inputs ewlenin. Bi sforz biex tonqos l-inċertezza dwar il-prezzijiet futuri tal-materja prima strateġika, jeħtieġ jiġi previst l-istabbiliment ta’ sistema li tippermetti lill-akkwirenti interessati u anki lill-promoturi tal-Proġetti Strateġiċi jindikaw l-offerti tagħhom tax-xiri jew tal-bejgħ u li dawn jitlaqqgħu jekk l-offerti rispettivi jkunu potenzjalment kompatibbli. Tali sistema hija essenzjali biex titrawwem il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-ktajjen tal-valur tal-materja prima strateġika. Jenħtieġ li jingħata appoġġ biex il-konsorzji tan-negozju jkunu jistgħu jaċċessaw swieq li għadhom mhumiex koperti minn Sħubija Strateġika jew ftehim ta’ kummerċ ħieles.

(31a)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment jenħtieġ li, bi qbil mal-Bord, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, jesplora l-istabbiliment ta’ Faċilità ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni tal-UE li tippermetti lill-impriżi Ewropej jinvestu fi proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(32)

L-għarfien u l-immappjar eżistenti tal-okkorrenzi tal-materja prima tal-Unjoni kienu ġew żviluppati fi żmien meta ma kinitx prijorità li tkun żgurata l-provvista tal-materja prima kritika għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji strateġiċi. Biex tinkiseb u tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar l-okkorrenzi tal-materja prima kritika inkluż il-potenzjal tal-estrazzjoni ġeotermali , l-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni ġenerali tal-materja prima kritika u materjali portaturi li jista’ jkun fihom materja prima kritika, li jenħtieġ li jinkludu miżuri bħall-immappjar tal-minerali, kampanji ġeokimiċi, stħarriġiet ġeoxjentifiċi, u r-riproċessar tas-settijiet tad-data xjentifiċi eżistenti. L-identifikazzjoni tal-okkorrenzi minerali u l-valutazzjoni tal-vijabbiltà teknika u ekonomika tal-estrazzjoni tagħhom jinvolvu kostijiet għoljin. Biex jonqos dak ir-riskju u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-proġetti tal-estrazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-informazzjoni miksuba tul il-programm nazzjonali tal-esplorazzjoni rispettiv tagħhom disponibbli għall-pubbliku, meta xieraq bil-qafas tal-Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika stabbilita bid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

(32a)

Sabiex jippermettu l-għanijiet ta’ estrazzjoni, ipproċessar u riċiklaġġ, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu azzjonijiet biex jiffaċċjaw in-nuqqas ta’ studenti u gradwati ġeoxjenzati fl-Unjoni.

(33)

Id-data u s-servizzi spazjali derivati mill-osservazzjoni tad-dinja u sistemi tal-GNSS, b’mod partikolari dawk derivati mill-Programm Spazjali tal-UE, Copernicus, Galileo u EGNOS, jenħtieġ li jintużaw sal-massimu possibbli biex jappoġġaw l-isforzi għal ktajjen tal-valur tal-materja prima kritika sostenibbli billi jipprovdu fluss kontinwu tal-informazzjoni, li jaf ikun utli għal attivitajiet bħall-monitoraġġ u l-ġestjoni taż-żoni tal-estrazzjoni, il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjoekonomiku, jew l-esplorazzjoni tar-riżorsi minerali. Peress li d-data u s-servizzi spazjali jistgħu jipprovdu wkoll data dwar żoni remoti u inaċċessibbli, din jenħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-Istati Membri meta jfasslu u jimplimentaw il-programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni tagħhom sa fejn ikun possibbli.

(34)

Għalkemm it-tisħiħ tal-katina tal-valur tal-materja prima kritika tal-Unjoni hu meħtieġ biex niżguraw aktar sigurtà tal-provvista, il-ktajjen tal-provvista tal-materja prima kritika se jibqgħu dinjin u esposti għal fatturi esterni. Avvenimenti riċenti jew attwali, fosthom il-kriżi tal-COVID-19 u l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata kontra l-Ukrajna kif ukoll l-impatt fuq il-pajjiżi terzi tal-Inizjattiva Ċiniża għat-Toroq u l-Bliet ħarġu fid-dieher il-vulnerabbiltà ta’ wħud mill-ktajjen tal-provvista tal-Unjoni għat-tfixkil u l-urġenza li jiġu identifikati lievi biex tiġi mmitigata d-domanda, b’mod partikolari tal-materja prima strateġika . Biex ikun żgurat li l-Istati Membri u l-industriji Ewropej ikunu jistgħu jantiċipaw it-tfixkil fil-provvista u jkunu ppreparati biex jifilħu l-konsegwenzi tagħhom, jenħtieġ li jiġu żviluppati miżuri li jżidu l-kapaċità tal-monitoraġġ, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni biex jikkoordinaw l-istokkijiet strateġiċi fejn meħtieġ, u jsaħħu t-tħejjija tal-kumpaniji.

(35)

Fost l-Istati Membri m’hemmx l-istess kapaċità ta’ għarfien u antiċipazzjoni tar-riskji, u mhux l-Istati Membri kollha żviluppaw strutturi apposta biex jimmonitorjaw il-ktajjen tal-provvista tal-materja prima kritika u jistgħu jinfurmaw lill-kumpaniji dwar ir-riskji potenzjali ta’ tfixkil fil-provvista. Bl-istess mod, għalkemm xi kumpaniji investew fil-monitoraġġ tal-ktajjen tal-provvista tagħhom, oħrajn ma għandhomx il-kapaċità li jagħmlu dan. Għalhekk, fid-dawl tad-dimensjoni dinjija tal-ktajjen tal-provvista tal-materja prima kritika u minħabba l-kumplessità tagħhom, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa għodda apposta tal-monitoraġġ li tivvaluta r-riskji tal-provvista tal-materja prima kritika u tiżgura d-disponibbiltà tal-informazzjoni miġbura għall-awtoritajiet pubbliċi u l-atturi privati, u b’hekk iżżid is-sinerġiji fost l-Istati Membri. Biex ikun żgurat li l-ktajjen tal-valur tal-Unjoni jkunu ppreparati biżżejjed għat-tfixkil potenzjali fil-provvista, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq testijiet tal-istress li jivvalutaw il-vulnerabbiltà tal-ktajjen tal-provvista tal-materja prima strateġika u l-esponiment tagħhom għar-riskji tal-provvista. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxu għal dan l-eżerċizzju billi, meta possibbli, iwettqu dawk it-testijiet tal-istress permezz tal-aġenziji nazzjonali tagħhom tal-provvista u tal-informazzjoni li jkopru l-materja prima kritika. Il-Bord jenħtieġ li jiżgura l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tat-testijiet tal-istress mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Meta l-ebda Stat Membru ma jkollu l-kapaċità biex iwettaq xi test tal-istress meħtieġ fuq materja prima strateġika partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettqu hija stess. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissuġġerixxi wkoll strateġiji potenzjali li jistgħu jadottaw l-awtoritajiet pubbliċi u l-atturi privati biex itaffu r-riskji tal-provvista fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju , bħall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika addizzjonali biex titnaqqas il-ħtieġa ta’ materja prima strateġika ta’ ġbir ta’ stokkijiet strateġiċi jew aktar diversifikazzjoni tal-provvista tagħhom. Għall-fini tal-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa biex isiru l-miżuri tal-monitoraġġ u tat-testijiet tal-istress, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkoordina mas-sottogrupp permanenti rilevanti tal-Bord u l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw u jimmonitorjaw il-kumpaniji kbar li huma importanti għall-funzjonament tal-katina tal-valur. Meta l-ebda membru tas-sottogrupp permanenti ma jkollu l-kapaċità jwettaq test tal-istress meħtieġ fuq materja prima strateġika partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettqu hija stess.

(36)

L-istokkijiet strateġiċi huma għodda importanti biex jittaffa t-tfixkil fil-provvista, b’mod partikolari tal-materja prima. Għalkemm l-Istrument għall-Emerġenzi fis-Suq Uniku propost jippermetti l-iżvilupp possibbli ta’ tali stokkijiet fil-każ tal-attivazzjoni tal-modalità ta’ viġilanza tas-Suq Uniku, l-Istati Membri u l-kumpaniji ma għandhomx obbligi li jiġbru jew jikkoordinaw l-istokkijiet strateġiċi tagħhom qabel tfixkil fil-provvista. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda mekkaniżmu tal-koordinazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea li jippermetti l-iżvilupp ta’ valutazzjoni komuni u ta’ analiżi tad-duplikazzjonijiet u tas-sinerġiji potenzjali. Għalhekk, bħala l-ewwel pass, u filwaqt li jitqies in-nuqqas attwali ta’ informazzjoni rilevanti, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-istokkijiet strateġiċi tagħhom, sew jekk operati minn awtoritajiet pubbliċi u sew jekk operaturi ekonomiċi f’isem l-Istati Membri. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tkun tinkludi l-livell ta’ stokk disponibbli ta’ kull materja prima strateġika, il-perspettiva tal-livelli tal-istokkijiet, u r-regoli u l-proċeduri applikabbli għal dawk l-istokkijiet. Kull talba jenħtieġ li tkun proporzjonata, tqis il-kost u l-isforz meħtieġ biex id-data ssir disponibbli kif ukoll l-impatt tagħha fuq is-sigurtà nazzjonali, u tistabbilixxi skadenzi xierqa għall-għoti tal-informazzjoni mitluba. L-informazzjoni dwar l-istokkijiet tal-operaturi ekonomiċi tista’ tiżdied mal-analiżi, iżda din ma tfissirx talba għal informazzjoni dwarhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tittratta d-data b’mod sigur, u tippubblika biss informazzjoni fuq livell aggregat. Bħala t-tieni pass, abbażi tal-informazzjoni miksuba, il-Bord jenħtieġ li jindika livell sigur ta’ stokkijiet tal-Unjoni, filwaqt li jitqies il-konsum annwali totali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika kkonċernata. Abbażi ta’ paragun bejn l-istokkijiet eżistenti u l-livelli ġenerali tal-istokkijiet strateġiċi tal-materja prima strateġika madwar l-Unjoni, il-Bord, li jaġixxi bi qbil mal-Kummissjoni, imbagħad jenħtieġ li jkun jista’ joħroġ opinjonijiet mhux vinkolanti lill-Istati Membri dwar kif jistgħu jżidu l-konverġenzi u biex iħeġġiġhom jiġbru l-istokkijiet strateġiċi tagħhom , filwaqt li jevitaw it-tfixkil tas-suq inkluż b’detriment għas-swieq emerġenti u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw . Meta jagħmel dan, il-Bord jenħtieġ li jikkunsidra l-ħtieġa li jinżammu inċentivi għall-iżvilupp ta’ stokkijiet strateġiċi minn operaturi privati li jużaw il-materja prima strateġika.

(37)

Biex tkun żgurata aktar koordinazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-konsultazzjoni meħtieġa qabel il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f’fora internazzjonali fejn jistgħu jiġu diskussi tali stokkijiet strateġiċi, b’mod partikolari mis-sottogrupp permanenti dedikat tal-Bord. Bl-istess mod, biex tiżdied il-kumplimentarjetà bejn din il-proposta u strumenti orizzontali jew speċifiċi għal suġġetti oħra, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-informazzjoni miġbura u aggregata tingħadda lill-mekkaniżmi ta’ viġilanza jew ta’ governanza tal-kriżijiet, bħall-grupp konsultattiv propost tal-Istrument għall-Emerġenzi fis-Suq Uniku, il-Bord Ewropew dwar is-Semikondutturi tal-Att propost dwar iċ-Ċipep, il-Bord tal-HERA jew il-Bord għall-Kriżijiet tas-Saħħa.

(38)

Biex ikun żgurat li jkunu ppreparati biżżejjed biex jiffaċċjaw tfixkil fil-provvista, il-kumpaniji l-kbar li jimmanifatturaw teknoloġiji strateġiċi fl-Unjoni b’materja prima strateġika jenħtieġ li jiżguraw ġestjoni tar-riskju intern xierqa . Dan se jiżgura li dawn iqisu r-riskji tal-provvista tal-materja prima strateġika u jiżviluppaw strateġiji xierqa tal-mitigazzjoni biex ikunu ppreparati aħjar f’każ ta’ tfixkil fil-provvista. Bl-istess mod, il-kumpaniji l-kbar li jaqgħu f’dan il-kamp ta’ applikazzjoni jenħtieġ li jwettqu testijiet tal-istress regolari tal-ktajjen tal-provvista tal-materja prima strateġika tagħhom biex jiżguraw li jqisu x-xenarji differenti kollha li jistgħu jolqtu l-provvista tagħhom f’każ ta’ tfixkil. Dawn il-miżuri se jwasslu biex il-kostijiet tar-riskji potenzjali tal-provvista jingħataw aktar kunsiderazzjonijiet.

(39)

Ħafna swieq tal-materja prima strateġika mhumiex trasparenti għalkollox u huma kkonċentrati fuq in-naħa tal-provvista, u dan iżid is-saħħa tan-negozjar lill-bejjiegħa u jżid il-prezzijiet lix-xerrejja , li joħloq sfida għas-suq . Biex tgħin tiżgura d-disponibbiltà tal-materja prima għall-impriżi stabbiliti fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi sistema li tkun kapaċi taggrega d-domanda tax-xerrejja interessati. Meta tiżviluppa dik is-sistema, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-esperjenza miksuba fi sforzi simili, b’mod partikolari fir-rigward tax-xiri konġunt tal-gass kif stabbilit preċedentement b’rispons għall-kriżi tal-gass skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2576 (20). L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll f’din is-sistema biex jiġbru l-istokkijiet strateġiċi tagħhom. Il-miżuri kollha adottati bħala parti minnha f’dan il-mekkaniżmu jenħtieġ li jkunu kompatibbli mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali .

(39a)

Settur tal-materja prima reżiljenti u kompetittiv huwa ta’ importanza ekonomika u strateġika kbira għall-Unjoni. Minħabba l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni fl-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ ta’ materja prima strateġika, huwa importanti li jiġi żgurat ambjent tas-suq ġust u prevedibbli għall-impriżi tul il-katina tal-valur kollha tal-materja prima. Kwalunkwe sistema maħsuba biex taggrega d-domanda sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tas-suq tal-impriżi tal-Unjoni min-naħa tad-domanda trid għalhekk tikkunsidra bir-reqqa wkoll l-effetti tas-suq fuq l-impriżi tal-Unjoni fuq in-naħa tal-provvista.

(40)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u l-istokkijiet strateġiċi inklużi f’dan ir-Regolament ma jinvolvux l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali u ma jissostitwux il-mekkaniżmi eżistenti. L-inċentivi tal-monitoraġġ u t-tħejjija għar-riskji jenħtieġ li jkunu konformi mal-istrumenti Ewropej. Għalhekk, l-istrumenti bħall-proposta tal-Istrument għall-Emerġenzi fis-Suq Uniku maħsuba biex jantiċipaw, itaffu u jirrispondu għall-kriżijiet li jolqtu l-funzjonament tas-Suq Uniku jew ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372 (21) dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, xorta jistgħu japplikaw għall-materja prima kritika u strateġika f’każ ta’ kriżi jew theddida sal-punt li dawk il-materjali jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-istrumenti. Il-kumplimentarjetà u l-koerenza bejn dan ir-Regolament u l-istrumenti tal-kriżi jenħtieġ li jkunu żgurati mill-Kummissjoni permezz ta’ skambju attent tal-informazzjoni bejn il-korpi konsultattivi u ta’ governanza rispettivi stabbiliti b’dawn l-istrumenti ta’ kriżi .

(41)

Ħafna mill-materja prima kritika hi metalli, li fil-prinċipju jistgħu jiġu riċiklati kontinwament, iżda l-kwalitajiet xi drabi jiddeterjoraw. Dan joffri l-potenzjal li nersqu lejn ekonomija tassew ċirkolari fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika. Wara l-fażi tal-bidu ta’ tkabbir malajr fid-domanda għall-materja prima kritika għal teknoloġiji ġodda, meta l-estrazzjoni u l-ipproċessar primarji xorta se jkunu jikkostitwixxu s-sors predominanti, ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid jenħtieġ li jsiru dejjem aktar importanti u  jnaqqsu l-ħtieġa ta’ estrazzjoni primarja u l-impatti assoċjati tagħha. Illum, iżda, ir-rati tar-riċiklaġġ u ta’ użu mill-ġdid ta’ ħafna mill-materja prima kritika huma baxxi, inkluż minħabba nuqqas ta’ kunsiderazzjoni ta’ riċiklabbiltà fil-fażi tad-disinn tal-prodotti, u s-sistemi u t-teknoloġiji tar-riċiklaġġ spiss ma jkunux adattati għall-ispeċifiċitajiet ta’ din il-materja prima. Għalhekk jeħtieġ tittieħed azzjoni li tindirizza l-fatturi differenti li jżommu lura l-potenzjal taċ-ċirkolarità. Irrispettivament mill-ammont ta’ materja prima strateġika kkunsmata fl-2030, l-Unjoni jenħtieġ li timmira lejn iċ-ċirkolarità ta’ dik il-materja prima.

(41a)

Jeħtieġ li l-Ewropa ssaħħaħ is-sovranità strateġika miftuħa tagħha u żżid ir-reżiljenza tagħha bi tħejjija għal tfixkil potenzjali fil-provvista minħabba kriżijiet tas-saħħa jew kriżijiet oħra. It-tisħiħ taċ-ċirkolarità u l-effiċjenza fir-riżorsi b’aktar riċiklaġġ u rkupru ta’ materja prima kritika, se jikkontribwixxi biex jintlaħaq dak l-għan.

(42)

L-Istati Membri għandhom kompetenzi importanti fil-qasam taċ-ċirkolarità, pereżempju fil-qasam tas-sistemi tal-ġbir u tat-trattament tal-iskart. Jenħtieġ li dawn jintużaw biex jiżdiedu r-rati tal-ġbir u tar-riċiklaġġ tal-flussi tal-iskart b’potenzjal qawwi ta’ rkupru ta’ materja prima kritika, billi jintużaw pereżempju inċentivi finanzjarji bħal skontijiet, għotjiet monetarji jew sistemi ta’ rifużjoni tad-depożiti filwaqt li tiġi ppreservata l-integrità tas-suq intern . L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jagħmlu differenza bħala xerrejja tal-materja prima kritika u tal-prodotti li jkun fihom din il-materja prima kritika, u l-programmi nazzjonali tar-riċerka u tal-innovazzjoni jenħtieġ li jipprovdu riżorsi sinifikanti biex jiżdiedu l-istat tal-għarfien u t-teknoloġija għaċ-ċirkolarità tal-materja prima kritika kif ukoll l-effiċjenza tal-materjali u strateġiji ta’ sostituzzjoni . Fl-aħħar nett, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-irkupru tal-materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni billi jtejbu d-disponibbiltà tal-informazzjoni u jindirizzaw l-ostakli legali, ekonomiċi u tekniċi. Soluzzjoni oħra possibbli li l-Istati Membri jenħtieġ li jeżaminaw hi mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tar-riskji bejn l-operaturi u l-Istat Membru li jippromwovu l-irkupru minn faċilitajiet tal-iskart magħluqa.  Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-azzjonijiet tal-Istati Membri, tistabbilixxi parametri referenzjarji u xxerred l-aħjar prattiki u tagħti rakkomandazzjonijiet għal aktar azzjonijiet għall-Istati Membri, meta jkun xieraq.

(42a)

L-iskart elettroniku fih konċentrazzjonijiet ta’ materja prima kritika li huma ordnijiet ta’ kobor ogħla minn dawk li jinsabu fl-aqwa gradi ta’ minerali madwar id-dinja. Dan jippreżenta opportunità ekonomika sinifikanti għall-minjieri urbani, b’potenzjal għoli għall-iżvilupp.

(43)

L-Unjoni għandha legat ta’ estrazzjoni tal-materja prima f’ħafna mir-reġjuni tagħha, u għalhekk għandha ammonti sostanzjali ta’ skart tal-estrazzjoni f’faċilitajiet magħluqa li, billi l-importanza ekonomika tagħhom żdiedet biss dan l-aħħar, b’mod ġenerali qatt ma ġew mistħarrġa għall-potenzjal tal-materja prima kritika. L-irkupru tal-materja prima kritika mill-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni għandu l-potenzjal li jevita u jimmitiga l-effetti soċjali u ambjentali negattivi ta’ attivitajiet ġodda tal-estrazzjoni, joħloq valur ekonomiku u impjiegi fir-reġjuni storiċi tal-estrazzjoni, li spiss huma affettwati mid-deindustrijalizzazzjoni u mill-fatt li jkunu sejrin lura , għalkemm dawk ir-reġjuni jista’ jkollhom rwol sinifikanti biex itejbu r-reżiljenza tal-Unjoni u jnaqqsu l-impatti ambjentali u soċjali negattivi tal-aċċess għall-materja prima . In-nuqqas ta’ attenzjoni għall-kontenut tal-materja prima kritika, u l-informazzjoni dwaru, speċjalment fil-faċilitajiet tal-iskart magħluqa, hu ostaklu ewlieni biex ikun jista’ jinħataf iżjed il-potenzjal tal-materja prima kritika fl-iskart tal-estrazzjoni.

(44)

L-irkupru tal-materja prima kritika mill-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni jenħtieġ li jkun parti mill-valorizzazzjoni tal-faċilitajiet tal-iskart rilevanti. Id-Direttiva 2006/21/KE tistabbilixxi rekwiżiti għoljin tal-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa tal-bniedem għall-immaniġġjar tal-iskart tal-industrija tal-estrazzjoni. Filwaqt li dawn ir-rekwiżiti għoljin jenħtieġ li jinżammu, jixraq jiġu stabbiliti miżuri addizzjonali biex jiġi massimizzat l-irkupru tal-materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni.

(45)

L-operaturi eżistenti u ġodda tal-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni jenħtieġ li jwettqu studju preliminari ta’ valutazzjoni ekonomika dwar l-irkupru tal-materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni preżenti fis-sit u d-depożiti tagħhom minn dan l-iskart li jkun qed jiġi ġġenerat. F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), jenħtieġ li tingħata prijorità lill-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart li fih materja prima kritika, billi tiġi estratta l-materja prima kritika mill-volum estratt qabel ma jsir skart. Fit-tiswir ta’ dan l-istudju, l-operaturi jenħtieġ li jiġbru l-informazzjoni meħtieġa, inkluż il-konċentrazzjonijiet u l-kwantitajiet tal-materja prima kritika fl-iskart tal-estrazzjoni, u jwettqu valutazzjoni ta’ diversi alternattivi fir-rigward tal-proċessi, l-operazzjonijiet jew l-arranġamenti kummerċjali li jistgħu jippermettu rkupru teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli tal-materja prima kritika. Dan l-obbligu jiżdied mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2006/21/KE u l-liġijiet nazzjonali li jittrasponuh u li huwa applikabbli direttament. Waqt l-implimentazzjoni tiegħu, l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jipprovaw inaqqsu kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv u jintegraw il-proċeduri sa fejn ikun possibbli.

(46)

Biex jiġi indirizzat in-nuqqas attwali tal-informazzjoni dwar il-potenzjal tal-materja prima kritika tal-faċilitajiet magħluqa tal-iskart tal-estrazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu bażi tad-data bl-informazzjoni kollha rilevanti għall-promozzjoni tal-irkupru, b’mod partikolari l-kwantitajiet u l-konċentrazzjonijiet tal-materja prima kritika fil-faċilità tal-iskart tal-estrazzjoni skont r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. L-informazzjoni jenħtieġ li ssir disponibbli għall-pubbliku u b’format faċli għall-utent u diġitali, ħalli jingħata aċċess għal informazzjoni teknika aktar dettaljata. Biex jiżdied l-aċċess għall-informazzjoni li jkun faċli għall-utent, l-Istati Membri jenħtieġ li pereżempju jipprovdu punt ta’ kuntatt biex isir skambji aktar dettaljat mal-iżviluppaturi potenzjali ta’ proġetti tal-irkupru tal-materja prima kritika. Il-bażi tad-data jenħtieġ li tkun imfassla b’tali mod li tippermetti lill-promoturi potenzjali tal-proġetti jidentifikaw faċilment il-faċilitajiet b’potenzjal qawwi ta’ rkupru ekonomikament vijabbli f’perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil. Biex jiffukaw ir-riżorsi limitati, l-Istati Membri jistgħu jħaddmu approċċ gradwali fil-ġbir tal-informazzjoni, u l-passi tal-ġbir tal-informazzjoni li huma aktar impenjattivi jwettquhom biss għall-aktar faċilitajiet promettenti. L-attivitajiet tal-ġbir tal-informazzjoni jenħtieġ li jkunu mmirati biex jipprovdu informazzjoni eżatta u rappreżentattiva dwar il-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni u biex jiksbu l-aħjar indikazzjoni possibbli tal-potenzjal tal-irkupru tal-materja prima kritika.

(47)

Il-kalamiti permanenti huma inkorporati f’varjetà wiesgħa ta’ prodotti, u t-turbini eoliċi u l-vetturi elettriċi jkunu l-aktar applikazzjonijiet importanti u li qed jikbru malajr, bħal prodotti oħra fosthom apparati tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, ir-robots industrijali, il-mezzi tat-trasport ħfief, il-ġeneraturi tat-tkessiħ, il-pompi tas-sħana, il-muturi elettriċi, il-pompi elettriċi industrijali, il-magni tal-ħasil awtomatiċi, it-tumble dryers, il-microwaves, il-vacuum cleaners u l-magni tal-ħasil tal-platti li fihom ammonti sinifikanti li jeħtieġ jiġu rkuprati. Ħafna mill-kalamiti permanenti, speċjalment it-tipi l-aktar performanti, fihom ċerta materja prima kritika, bħan-neodimju, il-praseodimju, id-disprożju u t-terbju, il-boron, is-samarju, in-nikil jew il-kobalt. Ir-riċiklaġġ tagħhom hu possibbli iżda llum qed isir biss fl-Unjoni fuq skala żgħira jew fil-kuntest ta’ proġetti tar-riċerka. Għalhekk jenħtieġ li l-kalamiti permanenti jkunu prodott ta’ prijorità biex tiżdied iċ-ċirkolarità.

(48)

Prekundizzjoni għaż-żieda taċ-ċirkolarità tal-kalamiti hi li r-riċiklaturi , ir-rinnovaturi u dawk li jsewwu jkollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammont, it-tip u l-kompożizzjoni kimika tal-kalamiti fi prodott, il-post fejn jinsabu u l-kisi, il-kolol u l-addittivi użati, kif ukoll informazzjoni dwar kif il-kalamiti permanenti jistgħu jitneħħew mill-prodott. Barra minn hekk, biex ikun żgurat interess kummerċjali għar-riċiklaġġ tal-kalamiti, il-kalamiti permanenti inkorporati fi prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li, maż-żmien, ikun fihom ammont dejjem akbar ta’ materjali riċiklati. Filwaqt li tingħata t-trasparenza dwar il-kontenut riċiklat fl-ewwel stadju, jenħtieġ li jiġi stabbilit kontenut minimu ta’ kontenut riċiklat wara valutazzjoni apposta fil-livell xieraq u l-impatti probabbli.

(49)

Il-materja prima kritika mibjugħa fis-suq tal-Unjoni spiss tiġi ċċertifikata fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-produzzjoni u tal-katina tal-provvista tagħha. Iċ-ċertifikazzjoni tista’ tinkiseb fil-kuntest ta’ firxa wiesgħa ta’ skemi taċ-ċertifikazzjoni pubbliċi u privati disponibbli b’ambiti u strettezzi differenti, li joħolqu l-potenzjal ta’ konfużjoni rigward in-natura u l-veraċità tal-asserzjonijiet magħmula dwar is-sostenibbiltà relattiva tal-materja prima kritika mqiegħda fis-suq tal-Unjoni abbażi ta’ tali ċertifikazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrikonoxxu l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni li jenħtieġ li jitqiesu bħala komprensivi u affidabbli, u li jipprovdu bażi komuni għall-awtoritajiet u għall-parteċipanti fis-suq biex jagħmlu valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-materja prima kritika. Ir-rikonoxximent jenħtieġ li jingħata biss lill-iskemi taċ-ċertifikazzjoni li jkopru firxa wiesgħa ta’ aspetti tas-sostenibbiltà, fosthom il-protezzjoni ambjentali relatata mal-arja, il-ħamrija, l-ilma u l-bijodiversità, id-drittijiet tal-bniedem inkluż id-drittijiet tax-xogħol , kunsiderazzjonijiet ta’ governanza inklużi t-trasparenza kummerċjali u l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali, li tiggarantixxi standards ta’ sostenibbiltà għoljin, u li fihom dispożizzjonijiet għal verifika indipendenti u monitoraġġ tal-konformità minn partijiet terzi. Biex ikunu żgurati proċeduri effiċjenti, jenħtieġ li l-promoturi tal-proġetti li japplikaw biex jiġu rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi jitħallew jistrieħu fuq il-parteċipazzjoni fi skema rikonoxxuta biex juru li l-proġett tagħhom ikun qed jiġi implimentat b’mod sostenibbli.

(50)

Il-produzzjoni tal-materja prima kritika fi stadji differenti tal-katina tal-valur tikkaġuna impatti klimatiċi u ambjentali, b’mod partikolari fuq l-ilma u l-bijodiversità . Biex tiġi limitata tali ħsara u tiġi inċentivata l-produzzjoni ta’ materja prima kritika aktar sostenibbli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tiżviluppa sistema għall-kalkolu tal-impronta ambjentali tal-materja prima kritika, inkluż proċess ta’ verifika, biex tiżgura li l-materja prima kritika mqiegħda fis-suq tal-Unjoni turi pubblikament l-informazzjoni dwar dik l-impronta. Is-sistema jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni ta’ metodi tal-valutazzjoni xjentifikament sodi u standards internazzjonali rilevanti fil-qasam tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja. Ir-rekwiżit li tiġi ddikjarata l-impronta ambjentali ta’ materjal jenħtieġ li japplika biss meta jkun ġie konkluż, abbażi ta’ valutazzjoni apposta, li dan jikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u jkun proporzjonat għall-kostijiet ekonomiċi billi jiffaċilita l-akkwist tal-materja prima kritika b’impronta ambjentali aktar baxxa u ma jaffettwax b’mod sproporzjonat il-flussi kummerċjali. Meta jkunu ġew adottati l-metodi tal-kalkolu rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa klassijiet tal-prestazzjoni għall-materja prima kritika, u b’hekk tippermetti lix-xerrejja potenzjali jqabblu faċilment l-impronta ambjentali relattiva tal-materjali disponibbli u jmexxu s-suq lejn materjali aktar sostenibbli. Il-bejjiegħa tal-materja prima kritika jenħtieġ li jiżguraw li d-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali tkun disponibbli għall-klijenti tagħhom. It-trasparenza dwar l-impronta relattiva tal-materja prima kritika mqiegħda fis-suq tal-Unjoni tista’ tippermetti wkoll politiki oħra fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, bħal inċentivi jew kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiċi, li jippromwovu l-produzzjoni tal-materja prima kritika b’impatti ambjentali aktar baxxi. Huwa mifhum li l-baħar fond għandu l-akbar bijodiversità fid-Dinja u jipprovdi servizzi ambjentali kritiċi, inkluż is-sekwestru fit-tul tal-karbonju. It-tħaffir f’qiegħ il-baħar fond x’aktarx li jikkawża telfien permanenti tal-bijodiversità u ħsara lill-ekosistema. F’konformità mal-prinċipju ta’ prekawzjoni, jenħtieġ li ma jsir l-ebda tħaffir fil-baħar fond sakemm l-effetti tiegħu fuq l-ambjent tal-baħar u l-bijodiversità ma jkunux ġew riċerkati biżżejjed, u sakemm ma jkun hemm l-ebda kunsens xjentifiku li t-tħaffir fil-baħar fond jista’ jiġi ġestit b’mod li jiżgura ebda telfien tal-bijodiversità tal-baħar u ħsara lill-ekosistemi.

(51)

Il-metodi tal-Impronta Ambjentali jikkostitwixxu bażi rilevanti għall-iżvilupp tar-regoli tal-kalkolu. Dawn jiddependu fuq metodi tal-valutazzjoni xjentifikament sodi li jqisu obbligi simili stabbiliti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u jkopru l-impatti ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima u l-impatti relatati mal-ilma, l-arja, il-ħamrija, ir-riżorsi, l-użu tal-art u t-tossiċità.

(52)

Jenħtieġ li jkun żgurat li l-operaturi responsabbli jivvalutaw il-konformità tal-prodotti jew tal-materjali tagħhom mar-rekwiżiti biex itejbu ċ-ċirkolarità tal-kalamiti permanenti u dwar id-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali tal-materja prima kritika qabel ma jqegħduhom fis-suq u li dawk ir-rekwiżiti jiġu infurzati b’mod effettiv mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Id-dispożizzjonijiet dwar il-konformità u s-sorveljanza tas-suq stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 u r-Regolament (UE) 2023/xxx [OP: please insert reference to ESPR], tfasslu biex jindirizzaw din l-isfida u għalhekk jenħtieġ li japplikaw ukoll għal dawk ir-rekwiżiti. Biex ikun żgurat ukoll l-aqwa użu tal-oqfsa eżistenti, jenħtieġ li jkun żgurat li għall-prodotti soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (UE) 2018/858 jew ir-Regolament (UE) Nru 168/2013, il-konformità tiġi infurzata bis-sistema eżistenti tal-approvazzjoni tat-tip.

(53)

Kif previst fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, il-Kummissjoni jenħtieġ li titlob lil organizzazzjoni Ewropea waħda jew aktar tal-istandardizzazzjoni biex tabbozza standards Ewropej li jappoġġaw l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

(54)

L-Unjoni kkonkludiet Sħubijiet Strateġiċi li jkopru l-materja prima ma’ pajjiżi terzi biex timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni tal-2020 dwar il-Materja Prima Kritika. Biex tiġi ddiversifikata l-provvista, dawn l-isforzi jenħtieġ li jintensifikaw u jwasslu għall-istabbiliment ta’ Proġetti Strateġiċi. Biex jiġi żviluppat u żgurat qafas koerenti għall-konklużjoni tas-sħubijiet futuri u biex tiġi żviluppata diplomazija Ewropea fil-qasam tal-materja prima f’konformità mad-diplomazija fil-oqsma tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni, bħala parti mill-interazzjoni tagħhom fuq il-Bord, jenħtieġ li jiddiskutu , janalizzaw u jiżguraw koordinazzjoni, fost l-oħrajn, dwar jekk is-sħubijiet eżistenti jilħqux l-għanijiet maħsuba, il-prijoritizzazzjoni tal-pajjiżi terzi għal sħubijiet ġodda, il-kontenut ta’ tali sħubijiet, u l-koerenza u s-sinerġiji potenzjali tagħhom bejn il-kooperazzjoni bilaterali tal-Istati Membri mal-pajjiżi terzi rilevanti u d-disponibbiltà ta’ aċċess suffiċjenti għall-finanzjament . L-Unjoni jenħtieġ li tfittex sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku u sostenibbli ma’ tali pajjiżi terzi, inkluż mas-swieq emerġenti u l-ekonomiji li qed jiżviluppaw (EMDE) , b’koerenza mal-istrateġija tagħha dwar il-Portal Globali, approċċ ta’ Tim Ewropa, politika kummerċjali komuni u l-politika ta’ żvilupp u estera tagħha, li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-katina tal-provvista tal-materja prima tagħha u jżidu l-valur tal-produzzjoni f’dawn il-pajjiżi. Jenħtieġ li jsiru wkoll aktar sforzi biex isir investiment f’kooperazzjoni ma’ sħab internazzjonali tal-istess fehma li jipparteċipaw fis-suq intern, pajjiżi kandidati jew pajjiżi terzi tal-istess fehma li la huma koperti minn Sħubija Strateġika u lanqas minn ftehim ta’ kummerċ ħieles. Dawk l-interessi reċiproċi jenħtieġ li jinkludu l-promozzjoni u l-protezzjoni tal-istandards ambjentali, il-protezzjoni soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem f’konformità mal-leġiżlazzjoni internazzjonali u nazzjonali, b’rispett sħiħ tar-regoli ta’ kooperazzjoni multilaterali.

(54a)

Il-prijorità strateġika tal-Unjoni biex tiddiversifika l-provvista tagħha ta’ materja prima kritika jeħtieġ li ssir prijorità tal-azzjoni esterna u d-diplomazija tal-Unjoni fil-qafas tal-approċċ Tim Ewropa u f’konformità mal-politika esterna tagħha dwar l-enerġija u l-klima. Il-politika esterna tal-Unjoni dwar il-materja prima jenħtieġ li timmira li tispjega l-approċċ tal-Unjoni b’rabta mal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, is-sostenibbiltà, iċ-ċirkolarità u s-sostituzzjoni kif ukoll timmira li tikkoopera u, jekk ikun meħtieġ, toħloq fora internazzjonali għal koordinazzjoni u trasparenza aħjar fis-swieq globali tal-materja prima kif ukoll għal pjattaformi għal xiri konġunt.

(55)

Biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ kompiti relatati mal-iżvilupp ta’ Proġetti Strateġiċi u l-finanzjament, il-programmi tal-esplorazzjoni, il-kapaċitajiet tal-monitoraġġ jew l-istokkijiet strateġiċi tagħhom u biex il-Kummissjoni tingħata pariri xierqa, jenħtieġ li jiġi stabbilit Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika. Jenħtieġ li l-Bord ikun magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, filwaqt li jkun jista’ jiżgura l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u ta’ partijiet oħra bħala osservaturi bħall-akkademiċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, istituzzjonijiet tal-Unjoni u aġenziji oħra tal-Unjoni . Biex jiġi żviluppat l-għarfien espert meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ ċerti kompiti, il-Bord jenħtieġ li jistabbilixxi sottogruppi permanenti dwar il-finanzjament, l-esplorazzjoni, il-monitoraġġ u l-istokkijiet strateġiċi kif ukoll is-sostenibbiltà , li jenħtieġ li jaġixxu bħala network billi jiġbru flimkien lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti differenti u, meta meħtieġ, jikkonsultaw lill-industrija, lill-akkademja, lis-soċjetà ċivili u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Jenħtieġ li l-pariri u l-opinjonijiet tal-Bord ma jkunux vinkolanti u n-nuqqas ta’ tali parir jew opinjoni jenħtieġ li ma jipprevjenix lill-Kummissjoni milli twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.

(56)

In-nuqqas ta’ progress favur l-objettivi, inkluż il-parametri referenzjarji tal-kapaċità u tad-diversifikazzjoni, jista’ jindika l-bżonn li jiġu adottati miżuri addizzjonali. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-progress favur dawk l-objettivi.

(57)

Biex il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u  l-impriżi, speċjalment l-SMEs, jinżamm minimu, jenħtieġ li jiġu ssimplifikati l-obbligi differenti tar-rappurtar u l-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa mudell biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tar-rappurtar tagħhom dwar il-proġetti, l-esplorazzjoni u l-monitoraġġ f’dokument uniku ppubblikat b’mod regolari, li jista’ jkun kunfidenzjali jew ristrett.

(58)

Biex tkun żgurata kooperazzjoni ta’ fiduċja u kostruttiva tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, il-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data li jiksbu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-uffiċjali tagħhom, l-impjegati taċ-ċivil u persuni oħra li jaħdmu bis-superviżjoni ta’ dawn l-awtoritajiet, u l-uffiċjali u l-impjegati taċ-ċivil ta’ awtoritajiet oħra tal-Istati Membri jenħtieġ li ma jiżvelaw l-ebda informazzjoni miksuba jew skambjata minnhom skont dan ir-Regolament u tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Dan jenħtieġ li japplika wkoll għall-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika. Id-data jenħtieġ li tiġi ttrattata u maħżuna f’ambjent sigur.

(59)

Meta tkun se tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt it-tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (23). B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ekwa fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(60)

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’: (a) l-ispeċifikazzjoni tal-mudelli li jridu jintużaw għall-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-Proġetti Strateġiċi, ir-rapporti tal-progress relatati mal-Proġetti Strateġiċi, il-programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni, u r-rappurtar tal-Istati Membri relatat mal-esplorazzjoni, il-monitoraġġ, l-istokkijiet strateġiċi u ċ-ċirkolarità; (b) l-ispeċifikazzjoni ta’ liema prodotti, komponenti u flussi tal-iskart jenħtieġ li jitqiesu li għandhom potenzjal kbir ta’ rkupru tal-materja prima kritika; u (c) id-determinazzjoni tal-kriterji u l-applikazzjoni tagħhom għar-rikonoxximent tal-iskemi relatati mas-sostenibbiltà tal-materja prima kritika. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24).

(61)

Biex ikun żgurat li l-obbligi imposti skont dan ir-Regolament jiġu rrispettati, b’mod partikolari rigward il-fatt li jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-kumpaniji li ma jikkonformawx mal-obbligu tagħhom, inkluż dwar it-tħejjija għar-riskju, ir-rappurtar tal-proġetti u l-informazzjoni dwar ir-riċiklabbiltà, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal penali. Għalhekk, fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jeħtieġ jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

(62)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, tal-effettività, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE, u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri oħra possibbli. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-progress għall-kisba tal-objettivi tiegħu, inkluż il-parametri referenzjarji tal-kapaċità u tad-diversifikazzjoni. Ir-rapport, abbażi tal-implimentazzjoni tal-miżuri relatati mat-trasparenza tal-impronta ambjentali tal-materja prima kritika, jenħtieġ li jivvaluta wkoll l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ limiti massimi relatati mal-impronta ambjentali.

(63)

Sal-punt li xi waħda mill-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, id-dispożizzjonijiet dwar dawk il-miżuri huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat.

(64)

Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jitjieb il-funzjonament tas-suq intern billi jiġi stabbilit qafas li jiżgura l-aċċess tal-Unjoni għal provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom, iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jistgħu jintlaħqu biss fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u objettivi

1.   Dan ir-Regolament għandu l-objettiv ġenerali li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jistabbilixxi qafas li jiżgura l-aċċess tal-Unjoni għal provvista kompetittiva fil-livell internazzjonali, sigura , reżiljenti u sostenibbli tal-materja prima kritika tal-Unjoni, inkluż billi jrawwem is-sostenibbiltà, l-effiċjenza u ċ-ċirkolarità tul il-katina tal-valur.

2.   Biex jilħaq l-objettiv ġenerali msemmi fil-paragrafu 1, dan ir-Regolament jimmira li:

(a)

isaħħaħ l-istadji differenti tal-katina tal-valur tal-materja prima strateġika bil-għan li jiżgura li l-kapaċitajiet tal-Unjoni sal-2030 għal kull materja prima strateġika jkunu żdiedu b’mod sinifikanti u biex, b’mod ġenerali, il-kapaċità tal-Unjoni toqrob lejn jew tilħaq il-parametri referenzjarji li ġejjin:

(i)

il-kapaċità tal-estrazzjoni tal-Unjoni tkun tista’ testratta l-minerali jew il-konċentrati meħtieġa biex tipproduċi mill-anqas 10 % tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, sal-punt li r-riżervi tal-Unjoni jippermettu dan;

(ii)

il-kapaċità tal-ipproċessar tal-Unjoni, inkluż għall-istadji intermedji kollha tal-ipproċessar, tkun tista’ tipproduċi mill-anqas 50 % tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika; sa 20 % tal-kapaċità l-ġdida tal-ipproċessar tal-Unjoni tista’ tiġi żviluppata fl-ambitu ta’ sħubijiet strateġiċi fi swieq emerġenti u f’pajjiżi li qed jiżviluppaw;

(iii)

il-kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni, inkluż għall-istadji intermedji kollha tar-riċiklaġġ, tkun tista’ tipproduċi mill-anqas + 10 % tal-volum tal-kapaċità ta’ riċiklaġġ abbażi tal-linja bażi tal-2020-2022 għal kull materja prima strateġika biex, mill-inqas, jinġabar, jiġi sseparat u pproċessat 45 % ta’ kull materja prima strateġika li tinsab fl-iskart tal-Unjoni filwaqt li titqies il-fattibbiltà teknika u ekonomika .

(b)

jiddiversifika l-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-materja prima strateġika biex jiżgura li l-konsum annwali tal-Unjoni sal-2030 ta’ kull materja prima strateġika fi kwalunkwe stadju rilevanti tal-ipproċessar ikun jista’ jistrieħ fuq importazzjonijiet minn diversi pajjiżi terzi, li l-ebda wieħed minnhom ma jipprovdi aktar minn 65 % tal-konsum annwali tal-Unjoni , filwaqt li jrid jingħata prijorità lit-tnaqqis tad-dipendenza fuq sħab mhux affidabbli li ma għandhomx l-istess valuri tal-Unjoni, rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

(c)

itejjeb il-kapaċità tal-Unjoni li timmonitorja u ttaffi r-riskju tal-provvista relatat mal-materja prima kritika kemm fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll twil filwaqt li titqies bis-sħiħ il-kompetittività internazzjonali ;

(d)

jiżgura l-moviment liberu tal-materja prima kritika u tal-prodotti li fihom il-materja prima kritika mqiegħda fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u sostenibbiltà , billi jtejjeb iċ-ċirkolarità , id-durabbiltà, ir-riparabbiltà u  d-disponibbiltà kosteffiċjenti tagħhom fis-suq intern ;

(da)

jippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta’ materja prima ta’ sostituzzjoni billi jrawwem metodi ta’ produzzjoni biex jissostitwixxu l-materja prima u riċerka u żvilupp ta’ materjali innovattivi alternattivi biex titnaqqas l-impronta ambjentali tal-Unjoni;

(db)

jimmitiga ż-żieda fid-domanda tal-Unjoni ta’ materja prima kritika, inkluż billi jżid l-effiċjenza u l-adozzjoni tas-sostituzzjoni tal-materjali tul il-ktajjen tal-valur bil-għan li tiġi kkunsmata inqas materja prima kritika minn dik prevista skont ix-xenarju ta’ referenza bħala riżultat tal-paragrafu 4b;

(dc)

iżid is-sehem tal-materja prima sekondarja fil-konsum tal-Unjoni tal-materja prima strateġika.

3.   Meta, abbażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 42, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Unjoni aktarx ma tilħaqx l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2, din għandha tivvaluta l-fattibbiltà u l-proporzjonalità li tipproponi miżuri jew li teżerċita s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni biex tiżgura li jintlaħqu dawk l-objettivi.

4.   Il-Kummissjoni għandha tqis l-objettivi u l-parametri referenzjarji stabbiliti fil-paragrafu 2 (a)(iii), bħala prijoritajiet relatati tal-Unjon fid-dritt tal-Unjoni rilevanti kollu, inkluż skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4)(a)(i) tar-Regolament XX/XXXX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal: ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli], meta tkun qed tħejji r-rekwiżiti tal-ekodisinn li jtejbu l-aspetti tal-prodott li ġejjin: id-durabbiltà, ir-riużabbiltà, ir-riparabbiltà, l-użu tar-riżorsi jew l-effiċjenza tar-riżorsi, il-possibbiltà ta’ rimanifattura u riċiklaġġ, il-kontenut riċiklat u l-possibbiltà ta’ rkupru tal-materjali.

4a.     Il-ktajjen ta’ valur maħluqa u msaħħa bħala riżultat ta’ dan ir-Regolament kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi għandhom jissaħħu aktar wara l-2030. Il-Kummissjoni għandha tqis dan meta twettaq ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 46.

4b.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att delegat adottat sa [tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] f’konformità mal-Artikolu 36, tipprovdi projezzjonijiet ta’ konsum annwali ta’ materja prima kritika sal-2050 bi stadji importanti intermedjarji u taġġornahom tal-inqas kull erba’ snin. Dawk il-projezzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq eżerċizzju ta’ mmudellar tal-input-output tal-ottimizzazzjoni tal-kost minn isfel għal fuq rikk mil-lat tat-teknoloġija, li jestendi d-data u r-rapporti eżistenti prodotti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni b’kunsiderazzjoni ta’ xenarji differenti, inklużi xenarji ta’ domanda baxxa u għolja kif ukoll xenarju ta’ referenza. Dawn il-projezzjonijiet għandhom jiġu diżaggregati fil-livell ta’ kull Stat Membru jew iktar ’l isfel, u jkopru s-setturi ekonomiċi kollha. Dan għandu jinkludi l-materja prima kritika inkorporata fi prodotti intermedji jew finali mqiegħda fis-suq tal-Unjoni, u jkun konformi mal-objettivi tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima u mal-ambizzjonijiet minquxa fl-[Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti].

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“materja prima” tfisser sustanza fi stat ipproċessat jew mhux ipproċessat użata bħala input għall-manifattura ta’ prodotti intermedji jew finali, minbarra sustanzi użati b’mod predominanti bħala ikel, għalf jew fjuwil tal-kombustjoni;

(2)

“materja prima kritika” tfisser il-materja prima kif definit fl-Artikolu 4;

(3)

“materja prima strateġika” tfisser il-materja prima kif definit fl-Artikolu 3;

(4)

“katina tal-valur tal-materja prima” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi kollha involuti fl-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ ta’ materja prima;

(5)

“esplorazzjoni” tfisser l-attivitajiet kollha mmirati għall-identifikazzjoni u l-istabbiliment tal-proprjetajiet ta’ okkorrenzi minerali;

(6)

“estrazzjoni” tfisser l-estrazzjoni primarja jew sekondarja ta’ minerali u prodotti tal-pjanti mis-sors oriġinali tagħhom bħala prodott ewlieni jew prodott sekondarju , inkluż minn okkorrenza minerali taħt l-art, okkorrenza minerali taħt l-ilma jew mill-ilma , salmura tal-baħar u siġar;

(7)

“kapaċità tal-estrazzjoni tal-Unjoni” tfisser aggregat tal-volumi massimi annwali tal-produzzjoni tal-operazzjonijiet tal-estrazzjoni għall-minerali, il-prodotti mill-pjanti u l-konċentrati b’materja prima strateġika, inkluż l-operazzjonijiet tal-ipproċessar li jkun hemm tipikament fis-sit tal-estrazzjoni jew qribu, fl-Unjoni;

(8)

“riżervi” tfisser l-okkorrenzi minerali kollha li jkunu ekonomikament vijabbli għall-estrazzjoni f’kuntest ta’ suq partikolari ;

(9)

“ipproċessar” tfisser il-proċessi fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi kollha involuti fit-trasformazzjoni ta’ materja prima minn minerali, prodotti mill-pjanti jew skart f’metalli puri, ligi jew forom oħra użabbli ekonomikament;

(10)

“kapaċità tal-ipproċessar tal-Unjoni” tfisser aggregat tal-volumi massimi annwali tal-produzzjoni tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar għall-materja prima strateġika, għajr l-operazzjonijiet li jkun hemm tipikament fis-sit tal-estrazzjoni jew qribu, fl-Unjoni;

(11)

“riċiklaġġ” tfisser operazzjoni tal-irkupru kemm ta’ skart qabel l-użu mill-konsumatur kif ukoll wara l-użu , inklużi l-ġbir, l-għażla, u ż-żarmar, li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi, għall-iskopijiet oriġinali jew għal skopijiet oħra;

(12)

“kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni” tfisser aggregat tal-volum massimu annwali tal-produzzjoni tal-operazzjonijiet tar-riċiklaġġ għall-materja prima strateġika, inkluż l-issortjar u t-trattament minn qabel tal-iskart , inkluż l-iskart elettroniku, u l-ipproċessar tiegħu f’materja prima sekondarja, fl-Unjoni;

(13)

“konsum annwali tal-materja prima strateġika” tfisser aggregat tal-ammont tal-materja prima strateġika kkonsmata mill-impriżi stabbiliti fl-Unjoni f’forma pproċessata, għajr il-materja prima strateġika inkorporata fi prodotti intermedji jew finali mqiegħda fis-suq tal-Unjoni;

(14)

“riskju tal-provvista” tfisser riskju tal-provvista kif ikkalkulat skont l-Anness II;

(15)

“proġett tal-materja prima” tfisser faċilità ppjanata, jew estensjoni jew adattament sinifikanti ppjanat ta’ faċilità eżistenti, li huma attivi fl-estrazzjoni, fl-ipproċessar jew fir-riċiklaġġ tal-materja prima;

(16)

“akkwirent” tfisser impriża li tkun għamlet fi ftehim tax-xiri ma’ promotur tal-proġett;

(17)

“ftehim tax-xiri” tfisser ftehim kuntrattwali bejn impriża u promotur tal-proġett li jkun fih impenn min-naħa tal-impriża li takkwista sehem mill-materja prima prodotta minn proġett speċifiku tal-materja prima tul ċertu perjodu taż-żmien, jew impenn min-naħa tal-promotur tal-proġett li jipprovdi l-għażla lill-impriża biex tagħmel dan;

(18)

“promotur tal-proġett” tfisser impriża jew konsorzju ta’ impriżi li jiżviluppaw proġett tal-materja prima;

(19)

“proċess tal-għoti tal-permessi” tfisser proċess li jkopri l-permessi amministrattivi rilevanti kollha għall-ippjanar, il-bini u t-tħaddim tal-Proġetti Strateġiċi msemmija fl-Artikolu 5, inkluż il-permessi tal-bini, tal-konnessjoni kimika u mal-grilja u l-valutazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ambjentali meta dawn ikunu meħtieġa, u li jinkludi l-applikazzjonijiet u l-proċeduri amministrattivi kollha mir-rikonoxximent tal-validità tal-applikazzjoni san-notifika tad-deċiżjoni komprensiva dwar l-eżitu tal-proċedura mill-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli msemmija fl-Artikolu 8(1);

(20)

“deċiżjoni komprensiva” tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, li ma jinkludux il-qrati jew it-tribunali li jiddeterminaw jekk promotur tal-proġett ikunx awtorizzat jimplimenta proġett tal-materja prima jew le, mingħajr preġudizzju għal xi deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura tal-appell amministrattiv;

(21)

“esplorazzjoni ġenerali” tfisser esplorazzjoni fil-livell nazzjonali jew reġjonali, li ma tinkludix l-esplorazzjoni mmirata;

(22)

“esplorazzjoni mmirata” tfisser l-investigazzjoni dettaljata ta’ okkorrenza minerali individwali;

(23)

“depożiti tal-minerali fil-fond” tfisser okkorrenzi minerali li jinsabu aktar fil-fond fil-qoxra tad-Dinja minn okkorrenzi ta’ minerali sfruttati b’mod konvenzjonali;

(24)

“mappa predittiva” tfisser mappa li tindika żoni li aktarx ikun fihom okkorrenzi minerali ta’ materja prima partikolari;

(25)

“tfixkil fil-provvista” tfisser it-tnaqqis sinifikanti mhux mistenni fid-disponibbiltà ta’ materja prima jew żieda sinifikanti fil-prezz ta’ materja prima lil hinn mill-volatilità tal-prezzijiet tas-suq normali ;

(26)

“katina tal-provvista tal-materja prima” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi kollha tal-katina tal-valur tal-materja prima sal-punt fejn materja prima tintuża bħala input għall-manifattura ta’ prodotti intermedji jew finali;

(27)

“strateġiji tal-mitigazzjoni” tfisser il-politiki żviluppati minn operatur ekonomiku li jillimitaw il-probabbiltà ta’ tfixkil fil-provvista fil-katina tal-provvista tiegħu jew li jtaffu d-danni kkawżati minn dak it-tfixkil fl-attività ekonomika tiegħu;

(28)

“operaturi ewlenin tas-suq” tfisser il-produtturi involuti fl-estrazzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ tal-materja prima kritika, il-kummerċjanti u d-distributuri tal-materja prima kritika, u l-kumpaniji downstream li jikkonsmaw ammonti sinifikanti ta’ materja prima kritika;

(29)

“stokk strateġiku” tfisser kwantità ta’ materja prima partikolari f’xi forma maħżuna minn operatur pubbliku jew privat biex tiġi rilaxxata fil-każ ta’ tfixkil fil-provvista;

(30)

“kumpanija kbira” tfisser kumpanija li fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha tħejjew ir-rapporti finanzjarji annwali kellha medja ta’ aktar minn 500 impjegat u  li kellha fatturat nett dinji ta’ aktar minn EUR 150 miljun;

(31)

“teknoloġiji strateġiċi” tfisser it-teknoloġiji meħtieġa għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali kif ukoll għall-applikazzjonijiet tad-difiża u  ajruspazjali ;

(32)

“bord tad-diretturi” tfisser il-korp amministrattiv jew superviżorju responsabbli għas-superviżjoni tal-meniġment eżekuttiv tal-kumpanija jew, jekk ma jkun hemm l-ebda korp ta’ dan it-tip, il-persuna/i li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti;

(33)

“ġbir” tfisser il-ġbir tal-iskart, inkluż l-issortjar preliminari u l-ħżin preliminari tal-iskart għall-finijiet tat-trasport lejn impjant tat-trattament tal-iskart;

(34)

“trattament” tfisser operazzjonijiet tal-irkupru jew tar-rimi, inkluż l-preparazzjoni qabel l-irkupru jew ir-rimi;

(35)

“irkupru” tfisser operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha jkun skart li jservi skop utli billi jissostitwixxi materjali oħra li kieku kienu jintużaw biex jaqdu funzjoni partikolari, jew skart li jkun qed jiġi ppreparat biex jaqdi dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija aktar ġenerali;

(36)

“skart tal-estrazzjoni” tfisser skart tal-estrazzjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/21/KE;

(37)

“faċilità tal-iskart tal-estrazzjoni” tfisser faċilità tal-iskart skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/21/KE;

(38)

“valutazzjoni ekonomika preliminari” tfisser valutazzjoni kunċettwali fi stadju bikri, tal-vijabbiltà ekonomika potenzjali ta’ proġett tal-materja prima għall-irkupru ta’ materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni;

(39)

“apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika” tfisser apparat mediku mhux invażiv li juża l-kampijiet manjetiċi biex jagħmel immaġni anatomiċi jew xi apparat ieħor li juża l-kampijiet manjetiċi biex jagħmel immaġni ġewwiena tal-oġġett;

(40)

“ġeneratur tal-enerġija eolika” tfisser il-parti ta’ turbina eolika fuq l-art jew lil hinn mill-kosta li tikkonverti l-enerġija mekkanika tar-rotor f’enerġija elettrika;

(41)

“robot industrijali” tfisser manipulatur ikkontrollat b’mod awtomatiku, riprogrammabbli, għal diversi użi, programmabbli bi tliet assi jew aktar, li jista’ jkun fiss jew mobbli biex jintuża f’applikazzjonijiet tal-awtomatizzazzjoni industrijali;

(42)

“vettura bil-mutur” tfisser vettura approvata skont it-tip tal-kategoriji M jew N skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/858;

(43)

“mezz tat-trasport ħafif” tfisser vettura bir-roti li tista’ titħaddem bil-mutur elettriku waħdu jew b’kombinament ta’ potenza tal-mutur u tal-bniedem, inkluż skuters elettriċi, roti elettriċi u vetturi approvati skont it-tip tal-kategorija L skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(44)

“ġeneratur tat-tkessiħ” tfisser il-parti ta’ sistema tat-tkessiħ li tiġġenera differenza fit-temperatura li tippermetti t-tkessiħ tas-sħana estratta mill-ispazju jew mill-proċess, permezz ta’ ċiklu elettriku ta’ kompressjoni tal-fwar;

(45)

“pompa tas-sħana” tfisser il-parti ta’ sistema tat-tisħin li tiġġenera differenza fit-temperatura li tippermetti t-tisħin tal-provvista tas-sħana fl-ispazju jew fil-proċess, permezz ta’ ċiklu elettriku ta’ kompressjoni tal-fwar;

(46)

“mutur elettriku” tfisser apparat li jikkonverti l-potenza elettrika tal-input f’potenza mekkanika tal-output, u b’output nominali ta’ 0,12 kW jew aktar;

(47)

“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ fejn it-tagħbija tiġi ttrattata għalkollox mill-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ mingħajr il-ħtieġa ta’ intervent mill-utent f’xi punt waqt il-programm;

(48)

“tumble dryer” tfisser apparat li fih it-tessuti jitnixxfu bit-tidwir f’tanbur li jdur u tgħaddi l-arja msaħħna minnu;

(49)

“microwave” tfisser apparat maħsub biex jintuża għat-tisħin tal-ikel permezz tal-enerġija elettromanjetika;

(50)

“vacuum cleaner” tfisser apparat li jneħħi l-ħmieġ minn fuq wiċċ li jeħtieġ jitnaddaf bi fluss tal-arja maħluq minn pressjoni baxxa żviluppata ġol-unità;

(51)

“magna tal-ħasil tal-platti” tfisser magna li tnaddaf u tlaħlaħ il-pożati u l-oġġetti ta’ fuq il-mejda;

(52)

“kalamita permanenti” tfisser kalamita li żżomm il-manjetiżmu tagħha wara li titneħħa minn kamp manjetiku estern;

(53)

“mezz ta’ data” tfisser simbolu tal-barcode lineari, simbolu bidimensjonali jew mezz ieħor għall-ġbir awtomatiku tad-data ta’ identifikazzjoni li jista’ jinqara minn apparat;

(54)

“identifikatur uniku tal-prodott” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni tal-prodotti;

(55)

“kisi tal-kalamiti” tfisser saff ta’ materjal li ġeneralment jintuża biex jipproteġi l-kalamiti mill-korrużjoni;

(56)

“tneħħija” tfisser trattament manwali, mekkaniku, kimiku, termali jew metallurġiku bir-riżultat li l-komponenti jew il-materjali fil-mira jkunu identifikabbli bħala fluss ta’ output separat jew parti minn fluss ta’ output;

(57)

“riċiklatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twettaq riċiklaġġ f’faċilità permessa;

(58)

“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni waqt attività kummerċjali, sew bi ħlas u anki mingħajru;

(59)

“tip ta’ materja prima kritika” tfisser materja prima kritika mqiegħda fis-suq li tkun differenzjata skont l-istadju tal-ipproċessar tagħha, il-kompożizzjoni kimika tagħha, l-oriġini ġeografika tagħha jew il-metodi tal-produzzjoni użati;

(60)

“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(61)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 jew 34;

(62)

“Sħubija Strateġika” tfisser impenn bejn l-Unjoni u pajjiż terz biex tiżdied il-kooperazzjoni relatata mal-katina tal-valur tal-materja prima li hi stabbilita bi strument mhux vinkolanti li jistabbilixxi azzjonijiet konkreti ta’ interess reċiproku. Is-Sħubijiet Strateġiċi għandhom jiffaċilitaw l-eżiti ta’ benefiċċju għaż-żewġ sħab inkluż il-kondiviżjoni tal-għarfien.

Kapitolu 2

Materja prima kritika u strateġika

Artikolu 3

Lista tal-materja prima strateġika

1.   Il-materja prima elenkata fit-Taqsima 1 tal-Anness I , inkluża l-materja prima li hija prodott sekondarju ta’ proċessi oħra ta’ estrazzjoni jew riċiklaġġ , għandha titqies bħala materja prima strateġika.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex temenda l-Anness I, it-Taqsima 1 ħalli taġġorna l-lista tal-materja prima strateġika , inkluż billi żżid materja prima ma’ dik il-lista jekk jinstabu riskji ta’ provvista bħala riżultat tal-monitoraġġ u l-ittestjar tal-istress imwettqa skont dan ir-Regolament . Kwalunkwe tali aġġornament ad hoc tal-lista ta’ materja prima strateġika ma għandux ikollu impatt fuq l-aġġornamenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Lista aġġornata tal-materja prima strateġika għandha tinkludi, minn fost il-materja prima vvalutata, il-materja prima li tkun fost dik bl-akbar importanza strateġika, bl-akbar tkabbir previst fid-domanda u disponibbiltà u bl-akbar diffikultà biex iżżid il-produzzjoni u, l-aktar importanti, għandha tappoġġa l-objettiv ġenerali ta’ dan ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2) . L-importanza strateġika, it-tkabbir previst fid-domanda u d-disponibbiltà u d-diffikultà biex iżżid il-produzzjoni għandhom jiġu determinati f’konformità mal-Anness I, it-Taqsima 2.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-lista tal-materja prima strateġika sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u mbagħad kull sentejn . Il-Kummissjoni għandha tipprovdi raġunijiet ċari għal kwalunkwe tali aġġornament. Fuq talba mill-Bord, abbażi tal-monitoraġġ u l-ittestjar tal-istress f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u taġġorna l-lista fi kwalunkwe ħin u dawk ir-rieżamijiet skedati.

3a.     Il-Kummissjoni għandha tuża metodoloġija trasparenti u definita b’mod ċar kif imsemmi fl-Anness I, it-Taqsima 2 għall-valutazzjoni tal-materja prima strateġika li għandha tiġi inkluża fil-lista, inkluż permezz tal-użu ta’ skedi informattivi tekniċi, simili għall-metodoloġija applikata għal-lista tal-materja prima kritika msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 3a

Materja Prima Strateġika Sekondarja

1.     Sa… [6 xhur mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill lista ta’ materja prima strateġika sekondarja, inkluż ruttam ferruż.

2.     Waqt li tiddefinixxi l-lista msemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni speċifika lir-rilevanza ta’ materja prima sekondarja għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali kif ukoll għall-applikazzjonijiet tad-difiża u spazjali, filwaqt li tqis:

(a)

il-kontribut biex jiġi ppreżervat il-konsum addizzjonali tal-materja prima li altrimenti jkun meħtieġ għat-teknoloġiji strateġiċi;

(b)

l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra pprevenuti permezz tal-użu ta’ materja prima sekondarja meta tintuża għall-manifattura ta’ teknoloġiji strateġiċi rilevanti meta mqabbla ma’ materjali oħra; u

(c)

it-tkabbir previst fid-domanda globali għall-materja prima sekondarja.

3.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġorna l-lista tal-materja prima strateġika sekondarja. Lista aġġornata ta’ materja prima strateġika sekondarja għandha tinkludi rwol strateġiku qawwi fid-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika, tkabbir qawwi previst fid-domanda fil-livell globali, diffikultà biex jiżdied il-ġbir u l-irkupru fl-Unjoni, potenzjal kbir ta’ rkupru ta’ materja prima kritika fl-Unjoni.

4.     Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-lista tal-materja prima strateġika sekondarja sa [ĠU: jekk jogħġbok daħħal: sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u mbagħad kull sentejn. [Em. 3]

Artikolu 4

Lista tal-materja prima kritika

1.   Il-materja prima elenkata fl-Anness II, it-Taqsima 1 għandha titqies bħala materja prima kritika.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex temenda l-Anness II, it-Taqsima 1 ħalli taġġorna l-lista tal-materja prima kritika.

Lista aġġornata tal-materja prima kritika għandha tinkludi l-materja prima strateġika elenkata fl-Anness I, it-Taqsima1, u kull materja prima oħra li tilħaq jew taqbeż il-livelli tal-importanza ekonomika u tar-riskju tal-provvista msemmija fil-paragrafu 3. L-importanza ekonomika u r-riskju tal-provvista għandhom jiġu kkalkulati f’konformità mal-Anness II, it-Taqsima 2.  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li żżid indikatur addizzjonali għall-valutazzjoni tal-kritikalità li jirrifletti kemm l-iskarsezza tal-materjali kif ukoll l-intensità tal-enerġija tagħhom fil-produzzjoni.

3.   Il-livelli għandhom ikunu 1 għar-riskju tal-provvista u 2,8 għall-importanza ekonomika.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-lista tal-materja prima kritika sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: sentjen wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u mbagħad kull sentejn . Il-Kummissjoni għandha tipprovdi raġunijiet ċari għal kwalunkwe tali aġġornament.

Kapitolu 3

Insaħħu l-katina tal-valur tal-materja prima tal-Unjoni

TAQSIMA 1

PROĠETTI STRATEĠIĊI

Artikolu 5

Kriterji għar-rikonoxximent tal-Proġetti Strateġiċi

1.   Wara applikazzjoni mill-promotur tal-proġett u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi bħala Proġetti Strateġiċi dawk il-proġetti tal-materja prima li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-proġett jagħti kontribut sinifikanti għas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima strateġika billi jissodisfa wieħed miż-żewġ kriterji li ġejjin :

(i)

jikkontribwixxi, fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-valur, b’mod sinifikanti għall-provvista ta’ kwalunkwe materja prima strateġika stabbilita fl-Anness I, TaqsimaI;

(ii)

jikkontribwixxi għall-provvista ta’ teknoloġiji strateġiċi permezz tas-sostituzzjoni ta’ kwalunkwe materja prima strateġika deskritta fl-Anness I, it-Taqsima I fi ħdan il-ktajjen tal-valur ta’ dawk it-teknoloġiji strateġiċi, filwaqt li jqis miżuri biex tinkiseb impronta ambjentali u materjali ugwali jew aktar baxxa meta mqabbel mal-materjal li jiġi sostitut.

(b)

il-proġett ikun jew ikun se jsir fattibbli teknikament fi żmien raġonevoli u l-volum tal-produzzjoni mistenni tal-proġett jista’ jiġi stmat b’livell suffiċjenti ta’ fiduċja;

(c)

il-proġett jitwettaq b’mod sostenibbli, b’mod partikolari fejn jidħlu l-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-impatti soċjoambjentali u klimatiċi, inkluż iżda mhux limitat għall-ilma, l-arja u l-ħamrija , l-użu ta’ prattiki soċjalment responsabbli inkluż ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem , tal-popli indiġeni u tax-xogħol, il-potenzjal ta’ impjiegi ta’ kwalità u l-involviment sinifikanti mal-komunitajiet lokali u mas-sħab soċjali rilevanti, u l-użu ta’ prattiki kummerċjali trasparenti b’politiki tal-konformità adegwati biex jiġu evitati u minimizzati r-riskji tal-impatti negattivi fuq il-funzjonament xieraq tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż il-korruzzjoni u t-tixħim kif stabbilit fl-Anness III ; [Em. 18]

(d)

għall-proġetti fl-Unjoni, l-istabbiliment, l-operazzjoni jew il-produzzjoni tal-proġett ikollhom benefiċċji transfruntieri lil hinn mill-Istat Membru kkonċernat, inkluż għas-setturi downstream;

(e)

għall-proġetti fil-pajjiżi terzi li huma swieq emerġenti jew pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-proġett ikun jinkludi biss proġett ma’ sħab tal-istess fehma, isir taħt il-qafas ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni tas-sostenibbiltà dwar il-materja prima rikonoxxuta mill-Kummissjoni u jkollu benefiċċju reċiproku għall-Unjoni u għall-pajjiż terz ikkonċernat billi jżid il-valur f’dak il-pajjiż u jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ekonomija tiegħu u l-istabbiliment ta’ industriji downstream rilevanti, inklużi industriji tal-ipproċesssar lokali .

(ea)

L-applikazzjonijiet għall-istatus ta’ Proġett Strateġiku relatati esklużivament mal-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ li jinsabu f’żoni protetti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE  (25) u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (26) ma għandhomx jitqiesu għall-istatus ta’ Proġett Strateġiku mill-Kummissjoni, sakemm ma jkunx iġġustifikat kif xieraq.

2.   L-issodisfar tal-kriterji tar-rikonoxximent stabbiliti fil-paragrafu 1 għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni f’konformità mal-elementi u l-evidenza stabbiliti fl-Anness III.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex temenda l-Anness III u tadatta l-elementi u l-evidenza li jridu jitqiesu waqt il-valutazzjoni tal-issodisfar tal-kriterji tar-rikonoxximent stabbiliti fil-paragrafu 1 għall-progress tekniku u xjentifiku, jew biex jitqiesu bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew fl-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Anness III, il-punt 4, jew l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni addizzjonali tal-Unjoni jew strumenti internazzjonali rilevanti għall-issodisfar tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c). Il-promotur tal-proġett jista’ juri l-konformità mal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c), permezz ta’ ċertifikazzjoni fi skema jew l-impenn li jiġu ssodisfati tali skemi fiż-żmien tal-implimentazzjoni tal-proġett, f’konformità mal-Anness III, il-ħames paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-promoturi tal-proġetti fil-proċess tal-kisba ta’ permess għal Proġett Strateġiku kif ukoll lis-sidien tal-iskema bi kwalunkwe att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 36 fil-bidu tal-perjodu ta’ oġġezzjoni stabbilit fl-Artikolu 36(4). Ladarba l-att delegat jidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-promoturi tal-proġetti u lis-sidien tal-iskemi b’dan ukoll.

3.   Ir-rikonoxximent ta’ proġett bħala Proġett Strateġiku ma għandux jaffettwa r-rekwiżiti applikabbli għall-proġett rilevanti jew għall-promotur tal-proġett skont il-liġi internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali , inklużi liġijiet nazzjonali f’pajjiżi terzi.

3a.     Meta rilevanti, il-Kummissjoni għandha tqis il-fattibbiltà ta’ Proġetti Strateġiċi infrastrutturali komplementari li għandhom il-potenzjal li jiffaċilitaw u jtejbu t-trasport u l-komunikazzjoni relatati mal-proġetti strateġiċi tal-materja prima, kif ukoll tikkontribwixxi b’mod ġenerali għal żvilupp reġjonali u lokali aħjar u aċċettabbiltà soċjali akbar tal-proġett strateġiku tal-materja prima u l-inklużjoni soċjali, filwaqt li tqis ukoll il-kwistjonijiet ambjentali.

Artikolu 6

Applikazzjoni u rikonoxximent

1.   L-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ proġett tal-materja prima bħala Proġett Strateġiku jistgħu jiġu sottomessi mill-promotur tal-proġett lill-Kummissjoni fi kwalunkwe ħin . L-applikazzjoni għandu jkun fiha:

(a)

evidenza rilevanti u fattwali relatata mal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1);

(b)

klassifikazzjoni tal-proġett skont il-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi, appoġġata b’evidenza xierqa;

(c)

skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-proġett, inkluż ħarsa ġenerali lejn il-permessi meħtieġa għall-proġett u l-istatus tal-proċess tal-għoti tal-permessi korrispondenti;

(d)

pjan b’miżuri li jiżguraw l-involviment sinifikattiv u l-parteċipazzjoni attiva tal-komunitajiet affettwati , meta xieraq, l-istabbiliment ta’ kanali tal-komunikazzjoni rikorrenti mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, inkluż is-sħab soċjali u l-komunitajiet lokali , l-implimentazzjoni ta’ kampanji tal-għarfien u tal-informazzjoni, u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi tal-mitigazzjoni u tal-kumpens, u li jiżguraw li r-risistemazzjoni involontarja tintuża esklużivament bħala għażla tal-aħħar istanza;

(e)

informazzjoni dwar il-kontroll tal-impriżi involuti fil-proġett, definita skont l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004;

(f)

pjan kummerċjali li jevalwa l-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett;

(g)

stima tal-potenzjal tal-proġett li joħloq impjiegi ta’ kwalità mqassma skont il-ġeneru, u stima dettaljata tal-ħtiġijiet tal-proġett mil-lat ta’ ħaddiema kwalifikati u analiżi tad-diskrepanza fil-ħiliet, u pjan ta’ ħidma pluriennali biex jiġi implimentat sforz ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid sabiex jiġu indirizzati tali diskrepanzi, jekk ikun hemm, u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneru;

(ga)

għal proġetti li jinvolvu l-estrazzjoni, pjan biex jittejjeb l-istat ambjentali tas-siti wara t-tmiem tal-isfruttament, bil-għan li jiġi rrestawrat l-istat ambjentali preċedenti filwaqt li titqies il-fattibbiltà teknika u ekonomika, kif ukoll miżuri biex jitrawwem it-taħriġ u l-impjieg mill-ġdid tal-ħaddiema;

(gb)

jekk il-proġett jinvolvi risistemazzjoni, pjan li jagħti dettalji dwar kif id-detenturi tad-drittijiet ta’ pussess leġittimi se jiġu identifikati u kkunsidrati fil-proċess ta’ valutazzjoni, u kif il-proċessi ta’ kumpens għal telf ta’ assi huma ġusti u f’waqthom;

(gc)

għal proġetti li jinvolvu l-estrazzjoni f’żoni protetti skont id-Direttiva 92/43/KEE jew 2000/60/KE, deskrizzjoni li turi r-rabta tanġibbli bejn il-proġett u l-interess pubbliku;

(gd)

għal proġetti li jinvolvu l-estrazzjoni, se jinħoloq pjan li jkun fih miżuri biex tiġi żgurata parti mill-valur miżjud fir-reġjun usa’ tal-proġett ta’ estrazzjoni;

(ge)

għal proġetti f’pajjiżi terzi, evidenza pprovduta mill-promotur tal-proġett li mill-inqas 40 % tas-sjieda tiegħu hija bbażata fl-Unjoni jew fil-pajjiż sieħeb.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell uniku għall-promoturi tal-proġetti biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-mudell jista’ jindika kif għandha tiġi espressa l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-mudell jista’ jindika kif għandha tiġi espressa l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2). Il-mudell uniku għandu jipprovdi biss informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni. L-ambitu tal-informazzjoni meħtieġa biex jimtela l-mudell uniku għandu jkun raġonevoli.

3.    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kompletezza tal-applikazzjoni fi żmien 14-il jum mill-wasla tagħha u għandha tinforma lill-promotur tal-proġett jekk hijiex kompluta, u dwar l-iskeda tal-valutazzjoni tagħha. Meta l-Kummissjoni jidhrilha li l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni ma tkunx kompluta, din għandha tagħti l-opportunità lill-applikant li jissottometti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex l-applikazzjoni timtela fil-ħin.

4.    Meta l-Kummissjoni tkun infurmat lill-promotur tal-proġett li l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni hija kompluta f’konformità mal-paragrafu 3, hija għandha tibgħat id-dokumenti kollha tal-applikazzjoni lill-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika msemmi fl-Artikolu 34 (“il-Bord”). Fi żmien 30 jum minn meta jirċievi d-dokumenti tal-applikazzjoni, il-Bord għandu, abbażi ta’ proċess ġust u trasparenti, jiddiskuti u joħroġ opinjoni dwar il-kompletezza tal-applikazzjoni u jekk il-proġett propost jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1).

4a.     Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-Istat Membru li t-territorju tiegħu ikun ikkonċernat minn proġett propost.

4b.     Il-Kummissjoni, meta tivvaluta l-applikazzjoni, għandha tqis kwalunkwe rekord ippruvat fid-drittijiet tal-bniedem jew fil-ksur ambjentali li jkun seħħ fil-ħames snin qabel l-applikazzjoni, u kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni meħuda.

5.    Kwalunkwe Stat Membru li t-territorju tiegħu jkun kkonċernat minn proġett propost jista’ jopponi l-għoti tal-istatus strateġiku propost tal-proġett. Il-Bord jista’ jistieden lill-Istat Membru kkonċernat biex jippreżenta r-raġunijiet sostanzjati għall-oġġezzjoni tiegħu sabiex il-Bord jiddiskutihom .

Għall-Proġetti Strateġiċi fil-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha taqsam l-applikazzjoni riċevuta mal-pajjiż terz li t-territorju tiegħu jkun kkonċernat mill-proġett propost. Il-Kummissjoni ma għandhiex tapprova l-applikazzjoni qabel ma tirċievi l-approvazzjoni espliċita tal-pajjiż terz rilevanti, f’konformità mal-liġi internazzjonali applikabbli u l-liġi nazzjonali ta’ dak il-pajjiż terz .

5a.     Għall-Proġetti Strateġiċi f’pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni nnegozjat Ftehim ta’ Sħubija Strateġika, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż sabiex tiggarantixxi implimentazzjoni rapida tal-proġett.

6.   Il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Bord imsemmija fil-paragrafu 4, tadotta d-deċiżjoni tagħha dwar ir-rikonoxximent tal-proġett bħala Proġett Strateġiku fi żmien 60 jum minn meta tirrikonoxxi l-kompletezza tal-applikazzjoni f’konformità mal-paragrafu 3 u għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun motivata, inkluż, meta applikabbli, meta tkun differenti mill-opinjoni tal-Bord. Il-Kummissjoni għandha taqsam ir-raġunijiet tagħha mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat, mal-Bord u mal-Parlament Ewropew, u mal-promotur tal-proġett.

7.   Il-Kummissjoni tista’ tagħti prijorità lill-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta’ proġetti attivi dwar stadji speċifiċi tal-katina tal-valur biex:

(a)

tiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-Proġetti Strateġiċi għall-materja prima strateġika kollha u fl-istadji kollha tal-katina tal-valur;

(b)

tiżgura li jinkiseb progress favur il-parametri referenzjarji kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(2), il-punti (a) u (b);

(ba)

tiżgura li, f’konformità mal-parametri referenzjarji u mar-rappreżentanza bbilanċjata fil-punt (a), għandha tingħata prijorità lil proġetti fil-qasam tal-irkupru tal-materjal, tal-iskart tal-estrazzjoni u tar-riċiklaġġ integrat kif ukoll applikazzjonijiet sottomessi mill-SMEs.

Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-ipproċessar tal-applikazzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, dment li l-Kummissjoni tkun ikkonformat mal-iskedi ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 6 għall-applikazzjonijiet kollha.

8.   Meta il-Kummissjoni tagħraf li xi Proġett Strateġiku ma għadux jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1) jew meta r-rikonoxximent tiegħu kien ibbażat fuq applikazzjoni b’informazzjoni frawdolenti , din tista’, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Bord u tal-promotur responsabbli tal-proġett, tħassar id-deċiżjoni li tagħti lill-proġett l-istatus ta’ Proġett Strateġiku. Qabel ma tadotta deċiżjoni biex tħassar dak l-istatus, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-promotur tal-proġett ir-raġunijiet għad-deċiżjoni ta’ tħassir, il-promotur tal-proġett għandu jingħata l-opportunità li jwieġeb għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Kummissjoni għandha tqis it-tweġiba tal-promotur tal-proġett.

Kwalunkwe Proġett Strateġiku li ma jibqax jitqies bħala Proġett Strateġiku biss bħala riżultat ta’ aġġornament tal-lista ta’ materja prima strateġika msemmija fl-Artikolu 3 xorta għandu jitqies bħala Proġett Strateġiku għal sentejn wara d-deċiżjoni ta’ revoka msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

9.   Proġetti li ma jibqgħux rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi għandhom jitilfu d-drittijiet kollha marbuta ma’ dak l-istatus skont dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Implimentazzjoni tal-Proġetti Strateġiċi

1.   Il-Proġetti Strateġiċi għandhom jitqiesu li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista tal-materja prima strateġika fl-Unjoni , f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament .

2.   Fir-rigward tal-impatti ambjentali indirizzati fl-Artikoli 6(4) u 16(1)(c) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2009/147/KE, il-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni għandhom jitqiesu li huma ta’ interess pubbliku jew li jservu s-saħħa u s-sikurezza pubblika, u jistgħu jitqiesu li għandhom interess pubbliku prevalenti jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dawk id-Direttivi.

3.   L-Istat Membru , flimkien mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, li t-territorju tiegħu jkun ikkonċernat minn Proġett Strateġiku għandu jieħu l-miżuri biex jgħin għall-implimentazzjoni fil-ħin u effettiva tiegħu.

4.   Minn żmien għal żmien, il-Bord għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Proġetti Strateġiċi u, meta meħtieġ, il-miżuri li jistgħu jieħdu l-promotur tal-proġett jew l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jkun ikkonċernat minn Proġett Strateġiku biex jiffaċilita aktar l-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni b’suċċess ta’ dawk il-Proġetti Strateġiċi.

5.   Il-promotur tal-proġett għandu, kull sentejn wara d-data tar-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku, jissottometti rapport lill-Kummissjoni li jkun fih informazzjoni tal-anqas dwar:

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-proġett, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess tal-għoti tal-permessi;

(b)

meta rilevanti, ir-raġunijiet għad-dewmien meta mqabbel mal-iskeda taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 6(1), il-punt (c) u pjan biex jingħeleb dan id-dewmien;

(c)

il-progress fil-finanzjament tal-proġett, inkluż informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju pubbliku.

Il-Kummissjoni għandha tissottometti kopja tar-rapport lill-Bord, biex tiffaċilita d-diskussjoni msemmija fil-paragrafu 4.

6.   Il-Bord jista’ jitlob informazzjoni oħra fi kwalunkwe mument mingħand il-promoturi tal-proġett li tkun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Proġett Strateġiku.

7.   Il-promotur tal-proġett għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar:

(a)

bidliet li jikkostitwixxu ostakli għall-issodisfar tal-proġett tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1);

(b)

bidliet fil-kontroll tal-impriżi involuti fil-proġett fuq bażi dejjiema, meta mqabbla mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), il-punt (e) .

8.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell għall-promoturi tal-proġetti biex jippreżentaw ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 5. Il-mudell jista’ jindika kif għandha tiġi espressa l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jipprevedu mudell uniku li jkopri l-informazzjoni kollha meħtieġa għar-rapport. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa biex jimtela l-mudell uniku għandu jkun raġonevoli.

9.   Il-promotur tal-proġett għandu jistabbilixxi u jaġġorna regolarment is-sit web tal-kumpanija jew sit web apposta dwar il-proġett b’informazzjoni rilevanti għall-popolazzjoni lokali u biex titrawwem l-aċċettazzjoni tal-pubbliku dwar il-ProġettStrateġiku, inkluż informazzjoni dwar l-impatti u l-benefiċċji ambjentali u soċjali u ekonomiċi assoċjati mal-ProġettStrateġiku. Is-sit web għandu jkun aċċessibbli b’mod liberu għall-pubbliku u għandu jkun disponibbli b’lingwai/ li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-popolazzjonilokali.

TAQSIMA 2

PROĊESS TAL-GĦOTI TAL-PERMESSI

Artikolu 8

Punt Uniku ta’ Servizz

1.   Sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità nazzjonali kompetenti waħda li għandha tkun responsabbli biex tiffaċilita, tikkoordina u tissimplifika l-proċess tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-materja prima kritika u tipprovdi informazzjoni dwar l-elementi msemmija fl-Artikolu 17. Mingħajr ma taffettwa l-ħeffa tal-proċedimenti, l-awtorità kompetenti maħtura tista’ titlob l-opinjoni u l-involviment ta’ awtoritajiet kompetenti oħra.

2.   L-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun il-punt uniku tal-kuntatt għall-promotur tal-proġett fil-proċess tal-għoti tal-permessi li jwassal għal deċiżjoni komprensiva dwar proġett tal-materja prima kritika partikolari u għandha tikkoordina s-sottomissjoni tad-dokumenti u tal-informazzjoni rilevanti kollha. Din għandha tiżgura li l-kwistjonijiet kollha rigward il-proċessi tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-materja prima kritika jiġu ttrattati fil-ħin.

Uffiċjal tal-każ għandu jiġi assenjat mill-punti uniċi tal-kuntatt għal proġetti tal-materja prima kritika li jkunu ngħataw l-istatus ta’ Proġett Strateġiku. L-uffiċjal tal-każ għandu jipprovdi punt ta’ kuntatt faċli u jassisti lill-promotur tal-proġett biex jifhem kwalunkwe kwistjoni amministrattiva. L-uffiċjal tal-każ jista’ jkun ukoll parti minn awtorità oħra fir-rigward tal-istrutturi nazzjonali differenti tal-punt uniku tal-kuntatt.

3.   Ir-responsabbiltajiet tal-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 jew il-kompiti relatati magħha jistgħu jiġu ddelegati lil, jew jitwettqu minn, awtorità oħra, għal kull proġett tal-materja prima kritika, dment li:

(a)

l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 tinnotifika lill-promotur tal-proġett dwar dik id-delega;

(b)

awtorità waħda tkun responsabbli għal kull proġett tal-materja prima kritika;

(c)

awtorità waħda tikkoordina s-sottomissjoni tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti;

(ca)

l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 tiżgura li ma jirriżulta l-ebda dewmien mid-delega tal-kompiti.

4.   Il-promoturi tal-proġetti għandhom jitħallew jissottomettu d-dokumenti kollha rilevanti għall-proċess tal-għoti tal-permessi b’format elettroniku.

5.   L-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tqis kull studju validu mwettaq u l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet maħruġa għall-proġett partikolari tal-materja prima kritika qabel ma l-proġett jidħol fil-proċess tal-għoti tal-permessi f’konformità ma’ dan l-Artikolu, u ma għandhiex teżiġi studji u permessi jew awtorizzazzjonijiet duplikati, sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni.

6.   L-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura li l-applikanti jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni dwar il-proċess tal-għoti tal-permessi u l-ħruġ tal-permessi għall-proġetti tal-materja prima kritika, u dwar proċeduri sempliċi għas-soluzzjoni tat-tilwim inkluż, meta applikabbli, dwar mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 jew kwalunkwe awtorità li jiġu ddelegati kompiti lilha skont il-paragrafu 3 ikollha għadd biżżejjed ta’ persunal kwalifikat u riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi biżżejjed meħtieġa, inkluż għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, biex tkun tista’ taqdi dmirha skont dan ir-Regolament.

Meta l-Istati Membri ma jkollhomx ir-riżorsi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu f’termini ta’ riżorsi tekniċi, il-Kummissjoni għandha tassistihom b’riżorsi li jgħinu lill-Istat Membru jissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

8.   Il-Bord għandu:

(a)

minn żmien għal żmien, jiddiskuti l-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima u jaqsam l-aqwa prattiki biex titħaffef il-proċedura tal-permessi għall-proġetti tal-materja prima kritika u biex titjieb il-parteċipazzjoni pubblika u l-konsultazzjoni tagħhom;

(b)

meta rilevanti, jipproponi linji gwida lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima li jridu jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Status prijoritarju tal-Proġetti Strateġiċi

1.   Biex ikun żgurat ipproċessar amministrattiv effiċjenti tal-proċessi tal-għoti tal-permessi relatati mal-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet kollha kkonċernati inklużi l-awtoritajiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(1) u (3) għandhom jiżguraw li dawk il-proċessi , inkluż il-kuntatt bejn il-promotur tal-proġett u kwalunkwe awtorità qabel ma tiġi sottomessa uffiċjalment u mimlija l-applikazzjoni, jiġu ttrattati bl-aktar mod spedit possibbli skont il-liġijiet tal-Unjoni u nazzjonali.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi previsti fil-liġi tal-Unjoni, il-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni għandhom jingħataw l-istatus tal-akbar importanza nazzjonali possibbli, meta tali status ikun jeżisti fil-liġi nazzjonali, u jiġu ttrattati skont dan fil-proċessi tal-għoti tal-permessi , inklużi permessi għall-bini, għas-sustanzi kimiċi u għall-konnessjoni mal-grilja u valutazzjonijiet ambjentali u awtorizzazzjonijiet fejn dawn ikunu meħtieġa, u li jinkludu l-applikazzjonijiet u l-proċeduri amministrattivi kollha .

3.   Il-proċeduri kollha għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-litigazzjoni, l-appelli u r-rimedji ġudizzjarji relatati mal-proċess tal-għoti tal-permessi u l-ħruġ tal-permessi għall-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni quddiem xi qorti, tribunal, bord nazzjonali, inkluż il-medjazzjoni jew l-arbitraġġ, meta jkunu jeżistu fil-liġi nazzjonali, għandhom jiġu ttrattati bħala urġenti, jekk u sa fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi tali proċeduri ta’ urġenza u diment li jiġu rispettati b’mod strett id-drittijiet normalment applikabbli tad-difiża tal-individwi u tal-komunitajiet lokali. Il-promoturi tal-proġetti tal-Proġetti Strateġiċi għandhom jipparteċipaw f’tali proċedura ta’ urġenza, meta applikabbli.

Artikolu 10

Tul tal-proċess tal-għoti tal-permessi

1.   Għall-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni, il-proċess tal-għoti tal-permessi ma għandux jaqbeż:

(a)

l-24 xahar għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu l-estrazzjoni ħlief għal Proġetti Strateġiċi relatati esklużivament mal-iskart tal-estrazzjoni, li għalihom il-proċess tal-għoti tal-permessi ma għandux jaqbeż it-18-il xahar;

(b)

it-12-il xahar għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu biss l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ.

2.   Għall-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni li jkunu daħlu fil-proċess tal-għoti tal-permessi qabel ma ngħataw l-istatus ta’ Proġett Strateġiku u għal espansjonijiet ta’ Proġetti Strateġiċi li diġà ngħataw permess , it-tul tal-passi li jifdal tal-proċess tal-għoti tal-permessi wara li l-proġett ikun jingħata status strateġiku ma għandu, b’deroga mill-paragrafu 1, jaqbeż:

(a)

il-21 xahar għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu l-estrazzjoni , ħlief għal Proġetti Strateġiċi relatati esklużivament mal-iskart tal-estrazzjoni, li għalihom il-proċess tal-għoti tal-permessi ma għandux jaqbeż il-15-il xahar;

(b)

id-9 xhur għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu biss l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ.

3.   F’każijiet eċċezzjonali, meta n-natura, il-kumplessità, il-post jew id-daqs tal-proġett propost jeżiġu dan, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) tista’ testendi l-limiti taż-żmien imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a) u 2, il-punt (a), b’massimu ta’ 3 xhur u l-limiti taż-żmien imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b) u 2, il-punt (b), sa massimu ta’ xahar, qabel l-iskadenza tagħhom u abbażi ta’ każ b’każ. F’dak il-każ, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tinforma bil-miktub lill-promotur tal-proġett bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data meta tkun mistennija d-deċiżjoni komprensiva.

4.   Għall-Proġetti Strateġiċi, li ma jinvolvux l-estrazzjoni , in-nuqqas ta’ deċiżjoni komprensiva mill-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament fil-limiti taż-żmien applikabbli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jwassal biex l-applikazzjoni rilevanti għall-għoti tal-permessi titqies bħala approvata, għajr meta l-proġett speċifiku jkun jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE jew id-Direttivi 2000/60/KE, 2008/98/KE, 2009/147/KE, 2010/75/UE, 2011/92/UE jew 2012/18/UE . B’deroga mill-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2011/92/UE, id-determinazzjoni ta’ jekk tali valutazzjoni tal-impatt ambjentali tkunx meħtieġa u l-valutazzjonijiet rilevanti għandha tiġi deċiża u tiġi kkomunikata lill-promotur tal-proġett fi żmien 30 jum . [Em. 4]

5.   Sa mhux aktar tard minn xahar wara li tirċievi applikazzjoni għall-għoti tal-permessi relatata ma’ Proġett Strateġiku, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tivvalida l-applikazzjoni jew, jekk il-promotur tal-proġett ma kienx bagħat l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni, titlob lill-promotur tal-proġett jissottometti applikazzjoni kompluta fi żmien 30 jum minn din it-talba , li tagħti dettalji ta’ liema informazzjoni hija nieqsa .

Id-data tar-rikonoxximent tal-validità tal-applikazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tkun il-bidu tal-proċess tal-għoti tal-permessi.

6.   Sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data tar-rikonoxximent tal-validità tal-applikazzjoni għall-għoti tal-permessi, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tfassal, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u ma’ awtoritajiet oħra kkonċernati, skeda dettaljata għall-proċess tal-għoti tal-permessi. L-iskeda għandha tiġi ppubblikata mill-promotur tal-proġett fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 7 (9).

7.   Il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni u internazzjonali, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri amministrattivi ta’ appell u r-rimedji ġudizzjarji quddiem qorti jew tribunal.

Il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għal xi waħda mill-proċeduri tal-għoti tal-permessi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal xi limitu taż-żmien iqsar stabbilit mill-Istati Membri.

Artikolu 11

Valutazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet ambjentali

1.   Meta tkun trid issir valutazzjoni tal-impatt ambjentali għal Proġett Strateġiku f’konformità mal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2011/92/UE, il-promotur tal-proġett rilevanti għandu , mhux aktar tard minn 30 jum wara n-notifika tar-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku, jitlob l-opinjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) dwar l-ambitu u l-livell tad-dettall tal-informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 5(1) ta’ dik id-Direttiva.

L-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tiżgura li l-opinjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tinħareġ malajr kemm jista’ jkun u fi żmien li ma jaqbiżx l-20 jum mid-data tas-sottomissjoni tat-talba tal-promotur tal-proġett. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandu jkollha l-għan li tissimplifika l-proċess u tiggwida l-promotur tal-proġett tul il-proċess.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida komuni għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont dan il-paragrafu.

2.   Fil-każ tal-Proġetti Strateġiċi li l-obbligu għalihom li jwettqu valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2008/98/KE, 2009/147/KE, 2010/75/UE, 2011/92/UE jew 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tiżgura li tiġi applikata proċedura koordinata jew konġunta li tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni , irrispettivament mil-liema proċedura jagħżel il-promotur tal-proġett .

Skont il-proċedura koordinata msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tikkoordina u tissimplifika d-diversi valutazzjonijiet individwali tal-impatt ambjentali ta’ proġett partikolari meħtieġa mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Skont il-proċedura konġunta msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tipprevedi valutazzjoni unika tal-impatt ambjentali ta’ proġett partikolari meħtieġa mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

3.   L-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tiżgura li l-awtoritajiet ikkonċernati joħorġu l-konklużjoni motivata msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (g)(iv) tad-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali ta’ Proġett Strateġiku fi żmien 80 jum minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha meħtieġa miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dik id-Direttiva u jlestu l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dik id-Direttiva.

3a.     F’każijiet eċċezzjonali, meta n-natura, il-kumplessità, il-post jew id-daqs tal-proġett propost ikunu jirrikjedu dan, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) tista’ testendi l-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu b’massimu ta’ 30 jum, qabel l-iskadenza tiegħu u fuq bażi ta’ każ b’każ. F’dak il-każ, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tinforma bil-miktub lill-promotur tal-proġett bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data meta tkun mistennija l-konklużjoni motivata.

4.   Il-limitu taż-żmien għall-konsultazzjoni tal-pubbliku kkonċernat dwar ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/92/UE ma għandux itul iżjed minn 80 jum u ma għandux ikun iqsar minn 40 jum fil-każ tal-Proġetti Strateġiċi.

4a.     Għall-Proġetti Strateġiċi, fin-nuqqas ta’ konklużjoni motivata mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) fi ħdan il-limiti ta’ żmien applikabbli msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-promotur tal-proġett għandu jkun jista’ jressaq ilment quddiem il-qorti rilevanti, li jwassal għal multi jew inibizzjoni interim.

5.   Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-proċess tal-għoti tal-permessi għall-Proġetti Strateġiċi li jkunu daħlu fil-proċess tal-għoti tal-permessi qabel ma ngħataw l-istatus ta’ Proġett Strateġiku.

Il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-proċess tal-għoti tal-permessi għall-Proġetti Strateġiċi li jkunu daħlu fil-proċess tal-għoti tal-permessi qabel ma ngħataw l-istatus ta’ Proġett Strateġiku biss sal-punt li l-passi indirizzati f’dawk il-paragrafi jkunu għadhom ma tlestewx.

Artikolu 12

Ippjanar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għat-tħejjija tal-pjanijiet, inkluż it-tqassim f’żoni, il-pjanijiet spazjali u l-pjanijiet tal-użu tal-art, jinkludu f’dawn il-pjanijiet, meta xieraq, dispożizzjonijiet għall-iżvilupp tal-proġetti tal-materja prima kritika f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ xulxin . Għandha tingħata prijorità lill-uċuħ artifiċjali u mibnija, lis-siti industrijali, lis-siti abbandunati , lill-minjieri attivi jew mitluqin u fejn ikun xieraq, lid-depożiti minerali vverifikati minn stħarriġ ġeoloġiku ta’ Stat Membru .

2.   Meta pjanijiet li jinkludu dispożizzjonijiet għall-iżvilupp tal-proġetti tal-materja prima kritika jkunu soġġetti għal valutazzjoni skont id-Direttiva 2001/42/KE u skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, dawk il-valutazzjonijiet għandhom jiġu kkombinati. Meta applikabbli , din il-valutazzjoni kkombinata għandha tindirizza wkoll l-impatt fuq il-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati u tivverifika jekk il-pjan jikkawżax deterjorament tal-istatus jew tal-potenzjal imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE jew potenzjalment ifixkel li korp tal-ilma jikseb status tajjeb jew potenzjal tajjeb. Meta l-Istati Membri rilevanti jkunu meħtieġa jivvalutaw l-impatti tal-attivitajiet eżistenti u futuri fuq l-ambjent tal-baħar, inkluż l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/89/UE, dawn l-impatti għandhom jiġu koperti wkoll mill-valutazzjoni kkombinata filwaqt li jinżamm l-istess standard ta’ kwalità . Meta jkun hemm ħtieġa ta’ valutazzjoni skont dan l-Artikolu tad-Direttiva 2000/60/KE jew l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/89/UE skont dan l-Artikolu, din għandha ssir b’tali mod li ma twassalx biex jittawlu l-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 10(1) u 10(2) u l-Artikolu 11(3) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Applikabbiltà tal-Konvenzjonijiet tal-UNECE

1.   Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont ▌ il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998, u skont il-Konvenzjoni tal-NUKEE dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest transkonfinali, iffirmata f’Espoo fil-25 ta’ Frar 1991.

2.   Id-deċiżjonijiet kollha adottati skont din it-Taqsima għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku b’mod li jinftiehem faċilment u d-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw proġett wieħed għandhom ikunu disponibbli fuq l-istess sit web .

TAQSIMA 3

KUNDIZZJONIJIET ABILITANTI

Artikolu 14

Aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati għandhom iwettqu attivitajiet biex iħaffu u  jiffaċilitaw l-investimenti privati fi Proġetti Strateġiċi Biex tiġi żgurata provvista konsistenti fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-Artikolu 107 u l-Artikolu 108 tat-TFUE, iqisu li jipprovdu u jikkoordinaw appoġġ lill-Proġetti Strateġiċi li jsibu diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament , kif ukoll għal negozji ġodda attivi fi stadji speċifiċi tal-katina tal-valur sabiex jappoġġaw l-iżvilupp u jippromwovu ekosistema innovattiva u l-aktar spettru wiesa’ ta’ teknoloġiji f’dan il-qasam . Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iżommu lura minn attivitajiet li jeskludu l-investimenti privati.

2.    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri , inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandhom, fejn ikun xieraq, jipprovdu appoġġ amministrattiv lill-Proġetti Strateġiċi biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni malajr u effettiva tagħhom, inkluż billi jipprovdu:

(a)

assistenza biex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi amministrattivi u tar-rappurtar applikabbli;

(b)

assistenza lill-promoturi tal-proġetti biex ikomplu jżidu l-parteċipazzjoni f’waqtha pubblika fil-proġett u l-konsultazzjoni tiegħu , inkluż billi jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki kondiviżi mill-Bord fejn meħtieġ;

(ba)

aġġornamenti dwar dewmien amministrattiv prevedibbli u ad hoc lill-promoturi tal-proġetti fir-rigward tal-proċess tal-għoti tal-permessi u r-raġunament sottostanti filwaqt li jiżguraw komunikazzjoni regolari, f’waqtha u ċara;

(bb)

il-programmi ta’ finanzjament ta’ avvjament speċifiċi għall-materja prima li jirriżultaw mill-Akkademji tal-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti msemmija f’[OP: jekk jogħġbok daħħal hawnhekk ir-referenza għall-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti].

2a.     Il-Kummissjoni tista’ tindirizza opinjoni lill-Istati Membri dwar l-allinjament tal-implimentazzjoni nazzjonali mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 15

Koordinazzjoni tal-finanzjament

1.   Is-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 35(6), il-punt (a) għandu, meta jintalab minn promotur tal-proġett ta’ Proġett Strateġiku, jiddiskuti u jagħti pariri dwar kif il-finanzjament tal-proġett tiegħu jista’ jitlesta u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar riżorsi u strumenti ta’ finanzjament futuri , filwaqt li jitqies il-finanzjament diġà miksub u billi tal-anqas jitqiesu l-elementi li ġejjin:

(a)

is-sorsi privati addizzjonali ta’ finanzjament kif ukoll appoġġ permezz ta’ riżorsi mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, inkluż il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, b’enfasi partikolari fuq l-Inizjattiva Global Gateway għal proġetti Strateġiċi barra mill-Unjoni ;

(b)

l-istrumenti u l-programmi eżistenti tal-Istati Membri, inkluż minn aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni, banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali;

(c)

il-finanzjament u l-programmi tal-finanzjament rilevanti tal-Unjoni.

1a.     Sa …[18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull sena wara dan, il-Kummissjoni, megħjuna mis-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 35(6), il-punt (a), għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jiddeskrivi l-ostakli għall-aċċess għall-finanzjament, u r-rakkomandazzjonijiet biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament għal Proġetti Strateġiċi inkluż il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

Artikolu 16

Iffaċilitar tal-ftehimiet tax-xiri

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema biex tiffaċilita l-konklużjoni ta’ ftehimiet tax-xiri relatati mal-Proġetti Strateġiċi, f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni.

2.   Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tippermetti lill-akkwirenti potenzjali jagħmlu offerti li jindikaw:

(a)

il-volum u l-kwalità tal-materja prima strateġika li jkun beħsiebhom jixtru;

(b)

il-prezz jew il-firxa tal-prezzijiet maħsuba;

(c)

it-terminu maħsub tal-ftehim tax-xiri.

3.   Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tippermetti lill-promoturi tal-proġetti ta’ Proġetti Strateġiċi jagħmlu offerti li jindikaw:

(a)

il-volum u l-kwalità tal-materja prima strateġika li dwarha jkun beħsiebhom jikkonkludu ftehimiet tax-xiri;

(b)

il-prezz jew il-firxa tal-prezzijiet maħsuba li bihom ikunu lesti li jbigħu;

(c)

it-terminu maħsub tal-ftehim tax-xiri.

4.   Abbażi tal-offerti u l-offerti riċevuti skont il-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ lill-promoturi tal-proġetti ta’ Proġetti Strateġiċi mal-akkwirenti rilevanti għall-proġett tagħhom.

4a.     Is-sistema għandha tkun aċċessibbli għall-promoturi tal-proġetti anke jekk Proġett Strateġiku jkun għadu ma laħaqx livell avvanzat fl-applikazzjoni għal permess mill-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija l-Artikolu 8(1).

Artikolu 17

Aċċessibbiltà online tal-informazzjoni amministrattiva

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni online li ġejja dwar il-proċessi amministrattivi rilevanti għall-proġetti tal-materja prima kritika, u b’mod ċentralizzat u faċilment aċċessibbli:

(a)

il-proċess tal-għoti tal-permessi u l-proċessi amministrattivi relatati meħtieġa għall-kisba tal-permess ;

(b)

is-servizzi tal-finanzjament u tal-investiment;

(c)

il-possibbiltajiet tal-finanzjament fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;

(d)

is-servizzi ta’ appoġġ kummerċjali, inkluż iżda mhux limitati għad-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva, il-liġijiet tat-taxxa lokali, il-liġi tax-xogħol.

1a.     Il-Kummissjoni għandha, b’mod ċentralizzat u faċilment aċċessibbli, tipprovdi informazzjoni dwar il-proċessi amministrattivi rilevanti għall-kisba tal-istatus ta’ Proġetti Strateġiċi online.

TAQSIMA 4

ESPLORAZZJONI

Artikolu 18

Programmi ta’ azzjoni nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jfassal programm nazzjonali tal-esplorazzjoni ġenerali maħsub għall-materja prima kritika. Kull Stat Membru għandu jfassal l-ewwel programm bħal dan sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-programmi nazzjonali għandhom jiġu rieżaminati u  jiġu aġġornati diġitalment b’data inkorporata minn kampanji oħra ta’ esplorazzjoni għal pubblikazzjoni kull tliet snin .

2.   Il-programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu miżuri biex tiżdied l-informazzjoni disponibbli dwar l-okkorrenzi ta’ materja prima kritika tal-Unjoni, inkluż id-depożiti tal-minerali fil-fond. Dawn għandhom jinkludu, kif ikun xieraq, il-miżuri li ġejjin:

(a)

immappjar tal-minerali fuq skala xierqa , inkluż il-potenzjal ta’ żwiel eżistenti ;

(b)

kampanji ġeokimiċi, inkluż biex jiġu stabbiliti l-kompożizzjonijiet kimiċi tal-ħamrija, tas-sedimenti, tal-blat;

(c)

stħarriġ ġeoxjentifiku, bħal stħarriġ ġeofiżiku;

(d)

ipproċessar tad-data miġbura bl-esplorazzjoni ġenerali, inkluż bl-iżvilupp ta’ mapep predittivi;

(e)

ipproċessar mill-ġdid tad-data eżistenti tal-istħarriġ ġeoxjentifiku biex jiġu verifikati okkorrenzi minerali mhux identifikati li fihom il-materja prima kritika u metalli trasportaturi li jista’ jkun fihom materja prima kritika .

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-abbozzi tal-programmi nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni fir-rigward tal-ambitu u l-format tal-programmi tal-esplorazzjoni tagħhom, biex tiżgura approċċ tal-Unjoni ssimplifikat. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tgħin lill-Istati Membri jistabbilixxu u jimplimentaw il-programmi tal-esplorazzjoni nazzjonali permezz ta’ riżorsi tekniċi, diġitali u teknoloġiċi.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-programmi nazzjonali finalizzati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni mbagħad għandha tibgħat dawk il-programmi lill-Bord sabiex ikunu jistgħu jiġu diskussi fis-sottogrupp imsemmi fl-Artikolu 35(6), il-punt (e).

4.   L-Istati Membri għandhom, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jipprovdu informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-programmi nazzjonali tagħhom.

5.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni aġġornata dwar l-okkorrenzi minerali tagħhom li jkun fihom il-materja prima kritika miġbura bil-miżuri stabbiliti fil-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu meta jintalbu mill-akkademja, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-aġenziji tal-Unjoni jew dawk nazzjonali, reġjonali u lokali, istituti ġeoloġiċi nazzjonali jew stħarriġ . Din l-informazzjoni għandha, meta applikabbli, tinkludi l-klassifikazzjoni tal-okkorrenzi identifikati bil-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell biex l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ssir disponibbli. Il-mudell jista’ jindika kif għandha tiġi espressa l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2).

6.   Filwaqt li jqis il-kooperazzjoni eżistenti dwar l-esplorazzjoni ġenerali, is-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 35(6), il-punt (b) għandu jiddiskuti l-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u l-implimentazzjoni tagħhom, inkluż tal-anqas:

(a)

il-potenzjal ta’ kooperazzjoni, inkluż dwar l-esplorazzjoni ta’ okkorrenzi minerali transfruntieri u formazzjonijiet ġeoloġiċi komuni;

(b)

l-aqwa prattiki relatati mal-miżuri elenkati fil-paragrafu 2;

(c)

l-integrazzjoni tar-riżultati tal-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 fl-infrastruttura tad-data spazjali msemmija fid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (27) u biex din l-infrastruttura tad-data spazjali tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kollha biex tiżdied il-kondiviżjoni tad-data .

6a.     L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-maturità teknoloġika tat-teknoloġiji ta’ esplorazzjoni għal depożiti profondi u kumplessi ta’ materja prima kritika tal-anqas billi jinkludu azzjonijiet ta’ appoġġ għal dak il-għan fil-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jiġi mminimizzat l-impatt ambjentali ta’ dawk it-teknoloġiji.

Kapitolu 4

Monitoraġġ u mitigazzjoni tar-riskju

Artikolu 19

Monitoraġġ u ttestjar tal-istress

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja r-riskju tal-provvista relatat mal-materjaprima kritika. Dak il-monitoraġġ għandu jkopri tal-anqas l-evoluzzjoni tal-parametri li ġejjin:

(a)

il-flussi kummerċjali;

(b)

id-domanda u l-provvista;

(c)

il-konċentrazzjoni tal-provvista;

(d)

il-produzzjoni u l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-Unjoni u dinjija fi stadji differenti tal-katina tal-valur;

(da)

il-volatilitàtal-prezzijiet;

(db)

ir-restrizzjonijiet fl-għoti tal-permessi;

(dc)

il-kapaċitajiet ta’ riċiklaġġ tal-Unjoni u dawk globali tal-materja prima strateġika;

(dd)

l-iżviluppi ġeopolitiċi, il-kriżijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-isfidi marbuta mas-sigurtà li qed tiffaċċja l-Unjoni.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fis-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 35(6), il-punt (c), għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 billi:

(a)

jikkondividu kull informazzjoni li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar l-evoluzzjoni tal-parametri elenkati fil-paragrafu 1, inkluż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20;

(b)

jiġbru, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u l-awtoritajiet parteċipanti l-oħra, informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-parametri elenkati fil-paragrafu 1, inkluż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-kompetizzjoni u l-antitrust ;

(c)

jipprovdu analiżi tar-riskji tal-provvista tal-materja primakritika fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-parametri elenkati fil-paragrafu1.

3.   Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fis-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 35(6), il-punt (c), għandha tiżgura li jitwettaq test tal-istress għall-katina tal-provvista ta’ kull materja prima kritika mill-anqas kull sentejn jew jekk jiġu identifikati riskji tal-provvista b’riżultat tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 . Għal dak il-għan, is-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 35(6), il-punt (c), għandu jikkoordina u jaqsam l-implimentazzjoni tat-testijiet tal-istress tal-materja prima kritika differenti mill-awtoritajietparteċipanti differenti.

It-testijiet tal-istress imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonsistu f’valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għat-tfixkil fil-provvista tal-katina tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima kritika rilevanti billi jiġi stmat l-impatt ta’ xenarji differenti li jistgħu jikkawżaw tali tfixkil u l-effetti potenzjali tiegħu, filwaqt li jitqiesu mill-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

il-post fejn tiġi estratta, ipproċessata jew irriċiklata l-materja prima kkonċernata;

(b)

il-kapaċitajiet tal-operaturi ekonomiċi tul il-katina tal-valur kif ukoll l-istruttura tas-suq;

(c)

il-fatturi li jistgħu jaffettwaw il-provvista, inkluż iżda mhux limitati għas-sitwazzjoni ġeopolitika, it-tilwim kummerċjali inkluż atti ta’ koerċizzjoni ekonomika, il-loġistika, il-provvista tal-enerġija, il-forza tax-xogħol jew id-diżastri naturali;

(d)

id-disponibbiltà u l-kapaċità ta’ diversifikazzjoni rapida ta’ sorsi tal-provvista, tal-materjali sostituti jew tal-mitigazzjoni tad-domanda permezz ta żidiet fl-effiċjenza ;

(e)

l-utenti tal-materja prima rilevanti tul il-katina tal-valur u s-sehem tagħhom mid-domanda, b’attenzjoni speċjali għall-manifattura ta’ teknoloġiji rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u l-applikazzjonijiet tad-difiża u  ajruspazjali .

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli fuq talba motivata mill-akkademja, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mill-aġenziji tal-Unjoni jew mill-istituti jew mill-istħarriġ ġeoloġiċi tal-Istati Membri, informazzjoni li jkun fiha:

(a)

l-informazzjoni disponibbli dwar l-evoluzzjoni tal-parametri msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

kalkolu tar-riskju tal-provvista tal-materja prima kritika fid-dawl tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a);

(c)

ir-riżultati tat-testijiet tal-istress imsemmija fil-paragrafu 3;

(d)

Meta xieraq, suġġeriment għal strateġiji xierqa tal-mitigazzjoni biex jonqos ir-riskju tal-provvista.

Jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jassumi li d-disponibbiltà tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għal kwalunkwe wieħed mill-atturi msemmija f’dak is-subparagrafu 1 twassal għal żvantaġġi ġeopolitiċi, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta li tagħmel disponibbli l-informazzjoni lil kwalunkwe wieħed minn dawk l-atturi fuq bażi ta’ każ b’każ.

5.   Meta, abbażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni jidhrilha li jkun hemm indikazzjoni ċara tar-riskju ta’ tfixkil fil-provvista, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri, lill-Bord , lill-Parlament Ewropew u lill-korpi ta’ governanza tal-Unjoni dwar mekkaniżmi ta’ viġilanza għall-kriżijiet jew ta’ ġestjoni tal-kriżijiet li l-ambitu tagħhom ikun ikopri l-materja prima kritika jew strateġika rilevanti.

5a.     Il-kumpaniji l-kbar li jimmanifatturaw teknoloġiji strateġiċi li jużaw materja prima strateġika għandhom jieħdu miżuri xierqa ta’ ġestjoni tar-riskju u ta’ mitigazzjoni fir-rigward tal-ktajjen tal-provvista tagħhom ta’ materja prima kritika u għandhom jaqsmuhom mal-bord tad-diretturi tagħhom fuq bażi regolari kif ukoll ad hoc jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 20

Obbligi ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ

1.   L-Istati Membri għandhom, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar kull proġett ġdid jew eżistenti tal-materja prima fit-territorju tagħhom li jkun rilevanti fir-rigward tal-Artikolu 19(1)(d), inkluż klassifikazzjoni ta’ proġetti ġodda skont il-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi.

L-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jikseb dik l-informazzjoni esklużivament mid-data sottomessa fl-applikazzjoni għall-għoti tal-permessi. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 44.

2.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-kumpaniji l-kbar li joperaw tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika stabbilita fit-territorju tagħhom u għandhom:

(a)

jimmonitorjaw l-attivitajiet tagħhom bi stħarriġiet regolari u proporzjonati biex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa għall-kompiti tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 19; Kumpaniji kbar identifikati skont dan il-paragrafu għandhom ikunu meħtieġa biss li jissottomettu informazzjoni li jiġbru bħala parti minn eżerċizzji ta’ monitoraġġ jew testijiet tal-istress diġà eżistenti, sa fejn tali informazzjoni tkun diġà disponibbli. Il-kumpaniji l-kbar ma għandhomx ikunu meħtieġa jissottomettu kwalunkwe data li tinkludi r-riskju tan-negozju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 44.

(b)

bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ dawk l-istħarriġiet;

(c)

jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar avvenimenti maġġuri li jistgħu jfixklu l-operazzjonijiet regolari tal-attivitajiet tal-kumpaniji kbar identifikati .

3.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-data miġbura skont il-paragrafi 2(a) u (b) ta’ dan l-Artikolu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u lill-Eurostat għall-finijiet tal-kompilazzjoni tal-istatistika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtorità nazzjonali responsabbli għat-trażmissjoni tad-data lill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u lill-Eurostat.

3a.     L-Istati Membri għandhom, wara li jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti tul il-katina tal-valur kritika tal-materja prima, jiżviluppaw mudell uniku li għandu jimtela minn kumpaniji kbar biex iwieġbu għall-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a). Il-mudell uniku jista’ jindika kif għandha tiġi fformulata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a). L-ambitu tal-informazzjoni meħtieġa biex jimtela l-mudell uniku għandu jkun raġonevoli.

Artikolu 21

Rappurtar dwar l-istokkijiet strateġiċi

1.   L-Istati Membri għandhom, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jippreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-istat tal-istokkijiet strateġiċi tagħhom tal-materja prima strateġika.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri l-istokkijiet miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi kollha, il-kumpaniji pubbliċi jew l-operaturi ekonomiċi inkarigati minn Stat Membru biex jibnu jew jimmaniġġjaw stokkijiet strateġiċi f’ismu u għandha mill-anqas tinkludi deskrizzjoni ta’:

(a)

il-livell tal-istokkijiet disponibbli ta’ kull materja prima strateġika, imkejjel bħala tunnellati u bħala persentaġġ tal-konsum nazzjonali annwali tal-materjali rilevanti, kif ukoll il-forma kimika u l-purità tal-materjali maħżuna;

(b)

l-evoluzzjoni tal-livell tal-istokkijiet disponibbli ta’ kull materja prima strateġika tul il-5 snin preċedenti;

(c)

kull regola jew proċedura applikabbli għar-rilaxx, l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istokkijiet strateġiċi.

3.   Ir-rapport jista’ jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-istokkijiet strateġiċi tal-materja prima kritika u ta’ materja prima oħra.

Artikolu 22

Monitoraġġ tal-istokkijiet strateġiċi

1.   Sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: sentjen wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 21(1), taqsam mal-Bord u l-Parlament Ewropew :

(a)

informazzjoni dwar il-livell ġenerali tal-istokkijiet għall-Unjoni ta’ kull materja prima strateġika;

(b)

informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà transfruntiera potenzjali tal-istokkijiet strateġiċi, fid-dawl tar-regoli jew tal-proċeduri għar-rilaxx, l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tagħhom.

2.    Is-sottogrupp permanenti tal-Bord imsemmi fl-Artikolu 35(6), il-punt (d) għandu jiddetermina livell sikur tal-istokkijiet għall-Unjoni ta’ materja prima strateġika . Il-livell sikur għandu:

(a)

jiġi espress bħala l-ammont meħtieġ biex ikopri ammont tal-jiem ta’ importazzjonijiet netti medji ta’ kuljum f’każ ta’ tfixkil fil-provvista, ikkalkulat abbażi tal-ammont ta’ importazzjonijiet tul is-sena kalendarja preċedenti;

▌

(c)

ikun proporzjonat għar-riskju tal-provvista u għall-importanza ekonomika assoċjati mal-materja prima strateġika rilevanti.

3.   Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis il-fehmiet tal-Bord, għandha, fejn xieraq, toħroġ opinjonijiet indirizzati lill-Istati Membri:

(a)

biex iżidu l-livell tal-istokkijiet strateġiċi, filwaqt li jqisu l-paragun imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), id-distribuzzjoni relattiva tal-istokkijiet eżistenti fost l-Istati Membri u l-konsum tal-materja prima strateġika mill-operaturi ekonomiċi fit-territorji rispettivi tal-Istati Membri;

(b)

biex jemendaw jew jikkoordinaw ir-regoli jew il-proċeduri għar-rilaxx, l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istokkijiet strateġiċi biex tittejjeb l-aċċessibbiltà transfruntiera potenzjali, b’mod partikolari meta meħtieġ għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji strateġiċi.

4.   Fit-tħejjija tal-opinjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni u l-Bord għandhom jagħtu piż partikolari lill-ħtieġa li jinżammu inċentivi għall-operaturi privati, li jiddependu fuq il-materja prima strateġika bħala inputs, biex jikkostitwixxu l-istokkijiet proprji tagħhom jew biex jieħdu miżuri oħra li jimmaniġġjaw l-esponiment tagħhom għar-riskji tal-provvista.

5.   L-Istati Membri għandhom, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jipprovdu informazzjoni dwar jekk u kif ikunu implimentaw jew ikun beħsiebhom jimplimentaw l-opinjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

6.   Qabel il-parteċipazzjoni ta’ mill-anqas żewġ Stati Membri f’fora internazzjonali jew multilaterali fl-oqsma tal-istokkijiet strateġiċi tal-materja prima strateġika, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni minn qabel bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni jew b’laqgħa apposta tal-Bord.

7.   Id-data miġbura dwar l-istokkijiet disponibbli għall-Unjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni lill-korpi ta’ governanza tal-Unjoni responsabbli għall-mekkaniżmi ta’ viġilanza għall-kriżijiet jew ta’ ġestjoni tal-kriżijiet li jkopru l-materja prima strateġika rilevanti.

▌

Artikolu 24

Xiri konġunt

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera sistema li taggrega d-domanda tal-impriżi interessati li jikkonsmaw materja prima strateġika stabbilita fl-Unjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-istokkijiet strateġiċi u tfittex offerti mingħand il-fornituri biex tissodisfa dik id-domanda aggregata. Din għandha tkopri l-materja prima strateġika mhux ipproċessata u anki ipproċessata.

2.   Għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħżel għal liema materja prima strateġika u f’liema stadju tal-ipproċessar, tista’ tintuża s-sistema, filwaqt li jitqies ir-riskju relattiv tal-provvista tal-materja prima strateġika differenti u l-possibbiltajiet li jinbnew stokkijiet strateġiċi relatati ma’ dik il-materja abbażi tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 21 u 22.

▌

Il-Kummissjoni tista’ wkoll tistabbilixxi ammonti minimi tal-materja mingħajr preġudizzju għall-ħila tal-SMEs mitluba għall-parteċipazzjoni fis-sistema, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet aggregati tal-SMEs, l-għadd mistenni ta’ parteċipanti interessati u l-ħtieġa li jkun żgurat ammont maniġġabbli ta’ parteċipanti.

3.   Il-parteċipazzjoni fis-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun miftuħa u trasparenti għall-impriżi interessati kollha stabbiliti fl-Unjoni u għall-awtoritajiet tal-Istati Membri. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri jew ta’ xi entità nazzjonali soġġetta għad-Direttivi dwar l-akkwisti 2014/24/UE jew 2014/25/UE għandha tkun possibbli biss meta dik il-parteċipazzjoni tkun kompatibbli ma’ dawn id-Direttivi.

4.   L-impriżi tal-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jipparteċipaw fis-sistema msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinnegozjaw b’mod trasparenti u b’mod konġunt ix-xiri, inkluż il-prezzijiet jew termini u kundizzjonijiet oħra tal-ftehim tax-xiri jew jużaw xiri konġunt biex jiksbu kundizzjonijiet aħjar mal-fornituri tagħhom jew biex jipprevjenu l-iskarsezzi. L-impriżi parteċipanti tal-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, inkluż mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

5.   L-entitajiet għandhom jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni bħala fornitur, fl-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt jew bħala fornitur tas-servizzi jekk ikunu:

(a)

fil-mira ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 215 tat-TFUE;

(b)

sidien jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-mira ta’ tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew li jaġixxu f’isimhom jew bid-direzzjoni tagħhom.

6.   B’deroga mill-Artikolu 176 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Kummissjoni tista’ tikkuntratta s-servizzi meħtieġa ta’ entità stabbilita fl-Unjoni bi proċedura tal-akkwist skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, li taġixxi bħala fornitur tas-servizzi biex tistabbilixxi u tħaddem is-sistema skont il-paragrafu 1. Il-fornitur tas-servizzi magħżul ma għandu jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess.

7.   Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kompiti fil-kuntratt tas-servizz li għandu jagħti l-fornitur tas-servizzi, inkluż l-allokazzjoni tad-domanda, l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess għall-provvista, ir-reġistrazzjoni u l-verifika tal-parteċipanti kollha, il-pubblikazzjoni u r-rappurtar tal-attivitajiet u kull kompitu ieħor meħtieġ biex tiġi stabbilita u titħaddem is-sistema. Il-kuntratt tas-servizz għandu jittratta wkoll l-aspetti prattiċi tal-operat tal-fornitur tas-servizzi, inkluż l-użu tal-għodda tal-IT, il-miżuri tas-sigurtà, il-munita/i, ir-reġim tal-pagament, u l-obbligazzjonijiet.

8.   Il-kuntratt tas-servizz mal-fornitur tas-servizzi għandu jirriżerva d-dritt għall-Kummissjoni li timmonitorjah u tawditjah. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess sħiħ għall-informazzjoni miżmuma mill-fornitur tas-servizzi fir-rigward tal-kuntratt. Is-servers u l-informazzjoni kollha għandhom ikunu fiżikament lokalizzati u maħżuna fit-territorju tal-Unjoni.

9.   Il-kuntratt tas-servizz mal-fornitur tas-servizzi magħżul għandu jiddetermina s-sjieda tal-informazzjoni miksuba mill-fornitur tas-servizzi, u għandu jipprevedi t-trasferiment possibbli ta’ dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni malli jintemm jew jiskadi l-kuntratt tas-servizz.

Kapitolu 5

Sostenibbiltà

TAQSIMA 1

ĊIRKOLARITÀ

Artikolu 25

Miżuri nazzjonali dwar iċ-ċirkolarità

1.   Kull Stat Membru għandu sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] biex jadotta u jimplimenta programmi nazzjonali , li jistgħu jinkludu azzjonijiet u kollaborazzjonijiet transfruntiera fiż-Żona Ekonomika Ewropea , li jkun fihom miżuri xierqa mfassla biex:

(-a)

jimmitigaw iż-żieda fid-domanda ta’ materja prima kritika biex jinkiseb il-parametru referenzjarju stabbilit fl-Artikolu 1(2), il-punt (db);

(a)

iżidu l-ġbir , is-separazzjoni u l-ipproċessar tal-iskart , tar-ruttam u ta’ prodotti fi tmiem il-ħajja tagħhom b’potenzjal għoli ta’ rkupru ta’ materja prima kritika , kif ukoll il-potenzjal tal-użu mill-ġdid u tat-tiswija f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE , u jiżguraw l-introduzzjoni tagħha fis-sistema xierqa tar-riċiklaġġ, biex jiġu massimizzati l-ħajja tal-prodotti u d-disponibbiltà u l-kwalità tal-materjal riċiklabbli bħala input għall-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-materja prima kritika f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari dwar l-ambjent u s-saħħa pubblika ;

(b)

iżidu l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, it-tiswija, ir-rinnovazzjoni, il-manifattura mill-ġdid u l-adattament għal skop differenti tal-prodotti u tal-komponenti b’potenzjal għoli ta’ rkupru tal-materja prima kritika;

(c)

iżidu l-użu tal-materja prima kritikasekondarja li tista’ tintuża minflok jew flimkien ma’ materja prima kritika primarja, inkluża materja li toriġina minn ruttam tal-metall u prodotti fi tmiem il-ħajja, u jippromwovu r-rinnovazzjoni ta’ prodotti inkluż, meta xieraq, billi jitqies il-kontenut riċiklat fil-kriterji tal-għoti relatati mal-akkwist pubbliku jew jiġu kkunsidrati inċentivi finanzjarji għall-użu ta’ tali materja ;

(ca)

iżidu l-użu effiċjenti tal-materja prima kritika fil-katina tal-valur kollha;

(d)

iżidu l-maturità teknoloġika tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ tal-materja prima kritika u jippromwovu l-effiċjenza tal-materjali u s-sostituzzjoni tal-materja prima kritika fl-applikazzjonijiet filwaqt li jqisu l-prestazzjoni u l-funzjonalità , tal-anqas billi jiġu inklużi azzjonijiet ta’ appoġġ għal dak il-għan fil-programmi nazzjonali tar-riċerka u tal-innovazzjoni;

(e)

jiżguraw li l-forza tax-xogħol tagħhom tkun mgħammra bil-ħiliet meħtieġa biex tappoġġa ċ-ċirkolarità tal-katina tal-valur tal-materja prima kritika billi jitrawmu l-ħiliet, miżuri tat-titjib tal-ħiliet u t-tiġdid tal-ħiliet ;

(ea)

iżidu l-possibbiltajiet li tiġi rkuprata l-materja prima kritika mill-prodotti permezz ta’ bidliet fid-disinn ta’ dawk il-prodotti jew tiżdied ir-riċiklabbiltà tagħhom, tal-anqas billi jinkludu azzjonijiet ta’ appoġġ għal dak il-għan fl-ambitu ta’ programmi nazzjonali ta’ riċerka u innovazzjoni;

(eb)

jippromwovu fil-programmi nazzjonali tagħhom il-konsolidazzjoni tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u programmi ta’ trasferiment tat-teknoloġija biex jippromwovu r-riċiklaġġ responsabbli tal-minerali kritiċi fil-pajjiżi tal-produzzjoni;

(ec)

jappoġġaw l-adozzjoni ta’ standards ta’ kwalità għal proċessi ta’ riċiklaġġ ta’ flussi ta’ skart li fihom materja prima kritika, bħall-iskart elettroniku, biex jiġi żgurat l-irkupru ottimali tal-materjali.

Il-programmi nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu aġġornati regolarment, filwaqt li jiġi vvalutat b’mod partikolari jekk il-miżuri meħuda f’konformità mal-paragrafu 1 humiex xierqa.

L-Istati Membri għandhom jikkondividu l-informazzjoni rilevanti u l-aħjar prattiki relatati ma’ tali miżuri mal-Bord Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika stabbilit skont l-Artikolu 34. Meta jkun fattibbli, il-miżuri relatati maż-żieda fil-maturità teknoloġika tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ, l-effiċjenza tal-materjali u s-sostituzzjoni tal-materja prima kritika huma mħeġġa li jittieħdu f’kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra.

2.   Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru b’mod partikolari l-prodotti u l-iskart li mhumiex soġġetti għal xi rekwiżit speċifiku dwar il-ġbir, it-trattament, ir-riċiklaġġ jew l-użu mill-ġdid skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għal prodotti u skart oħrajn, il-miżuri għandhom jiġu implimentati b’koerenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.

Fir-rigward tal-paragrafu 1, punti (a) u (b), il-programmi msemmija f’dak il-paragrafu jistgħu jinkludu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE u fejn debitament ġustifikat , l-introduzzjoni ta’ strumenti ekonomiċi, bħal skontijiet, għotjiet monetarji jew sistemi tar-rifużjoni tad-depożiti, biex iħeġġu l-użu mill-ġdid tal-prodotti b’potenzjal għoli ta’ rkupru tal-materja prima kritika u l-ġbir tal-iskart minn tali prodotti.

3.   Kull Stat Membru għandu sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 30 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] biex jadotta u jimplimenta miżuri biex jippromwovi l-irkupru tal-materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni, b’mod partikolari mill-faċilitajiet tal-iskart magħluqa identifikati fil-bażi tad-data maħluqa f’konformità mal-Artikolu 26 bħala li fihom materja prima kritika li potenzjalment tista’ tiġi rkuprata ekonomikament.

4.   Il-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitfasslu b’tali mod li jevitaw l-ostakli għall-kummerċ internazzjonali u fl-Unjoni u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni f’konformità mat-TFUE.

5.   Meta jirrappurtaw id-data lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku riċiklat, skont l-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2012/19/UE dwar l-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw separatament, u jirrappurtaw , stima sostanzjata tal-materja prima kritika mqiegħda fis-suq fit-tagħmir elettriku u elettroniku , il-kwantitajiet tal-komponenti li fihom ammonti rilevanti tal-materja prima kritika u li tneħħew minn dak l-iskart tat-tagħmir u l-kwantitajiet tal-materja prima kritika rkuprata mill-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-format u d-dettalji ta’ tali rappurtar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3). L-ewwel perjodu tar-rapportar għandu jkopri l-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

5a.     Abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-Direttiva 2012/19/UE biex tivvaluta l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ miri għall-ġbir u l-irkupru ta’ materja prima kritika mill-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku.

6.   L-Istati Membri għandhom, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jipprovdu informazzjoni dwar l-adozzjoni tal-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u dwar il-progress fl-implimentazzjoni u l-effetti tal-miżuri meħuda skont il-paragrafi 1 sa 3, kif ukoll il-kontribut tagħhom biex jintlaħqu l-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 1 .

7.    Sa … [sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika lista ta’ prodotti, komponenti u flussi tal-iskart li jridu tal-anqas jitqiesu bħala li għandhom potenzjal rilevanti ta’ rkupru tal-materja prima kritika skont it-tifsira tal-paragrafu 1(a) u (b).

Fit-tfassil ta’ din il-lista, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a)

l-ammont totali tal-materja prima kritika li potenzjalment tista’ tiġi rkuprata minn dawk il-prodotti, komponenti u flussi tal-iskart:

(b)

il-punt sa fejn dawk il-prodotti, komponenti u flussi tal-iskart huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(c)

il-lakuni regolatorji;

(d)

l-isfidi partikolari li jaffettwaw il-ġbir u t-trattament tal-iskart tagħhom;

(e)

is-sistemi eżistenti tal-ġbir u tat-trattament tal-iskart li japplikaw għalihom.

▌

7a.     Il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, tiżviluppa kodiċijiet tal-iskart dedikati għall-batteriji tal-joni tal-litju u l-flussi ta’ skart intermedju (“skart elettroniku”).

Artikolu 26

Irkupru tal-materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni

1.   L-operaturi obbligati jissottomettu pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/21/KE għandhom jipprovdu studju preliminari lill-awtorità kompetenti, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/21/KE, ta’ valutazzjoni ambjentali u ekonomika dwar l-irkupru potenzjali tal-materja prima kritika minn:

(a)

l-iskart tal-estrazzjoni maħżun fil-faċilità; kif ukoll

(aa)

l-iskart tal-estrazzjoni mormi mill-operatur mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2006/21/KE; u

(b)

l-iskart tal-estrazzjoni li jkun qed jiġi ġġenerat jew, meta jitqies aktar effettiv, mill-volum estratt qabel ma jsir skart.

1a.     L-operaturi huma eżentati mill-obbligu skont il-paragrafu 1, jekk juru lill-awtoritajiet kompetenti li l-iskart tal-estrazzjoni ma fihx materja prima kritika li tista’ tiġi rkuprata teknikament.

2.   L-istudju msemmi fil-paragrafu 1 għandu tal-anqas jinkludi stima tal-kwantitajiet u tal-konċentrazzjonijiet tal-materja prima kritika li tinsab fl-iskart tal-estrazzjoni u fil-volum estratt u valutazzjoni tal-irkupru tekniku u ekonomiku tagħhom , kif ukoll il-konsegwenzi ambjentali tal-irkupru tagħhom . L-operaturi għandhom jispeċifikaw il-metodi użati għall-istima tal-kwantitajiet u tal-konċentrazzjonijiet.

3.   L-operaturi tal-faċilitajiet eżistenti tal-iskart għandhom jissottomettu l-istudju msemmi fil-paragrafu 1 lill-awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/21/KE sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: sentjen wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. L-operaturi tal-faċilitajiet ġodda tal-iskart għandhom jissottomettu dan l-istudju lill-awtorità kompetenti meta jissottomettu l-pjanijiet tagħhom tal-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/21/KE.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bażi tad-data tal-faċilitajiet tal-iskart magħluqa kollha, inkluż il-faċilitajiet tal-iskart abbandunati, li hemm fit-territorju tagħhom. Din il-bażi tad-data għandu jkun fiha informazzjoni dwar:

(a)

il-post, il-firxa taż-żona u l-volum tal-iskart tal-faċilità tal-iskart;

(b)

l-operatur jew l-operatur preċedenti tal-faċilità tal-iskart u, meta applikabbli, is-suċċessur legali tagħhom;

(c)

il-kwantitajiet u l-konċentrazzjonijiet approssimattivi tal-materja prima kollha li tinsab fl-iskart tal-estrazzjoni u, meta disponibbli, fid-depożitu minerali oriġinali, f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu;

(d)

kull informazzjoni oħra meqjusa rilevanti mill-Istat Membru biex tippermetti l-irkupru tal-materja prima kritika minn faċilità tal-iskart.

5.   Il-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi stabbilita sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u l-informazzjoni kollha timtela sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: sentjen wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Din għandha tkun disponibbli b’format aċċessibbli għall-pubbliku u diġitali u għandha tiġi aġġornata tal-anqas kull sentejn biex tkun tinkludi informazzjoni addizzjonali disponibbli u l-faċilitajiet li jkun għadhom kif ingħalqu jew kif ġew identifikati.

6.   Biex jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c) , l-Istati Membri għandhom iwettqu tal-anqas l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

għall-faċilitajiet tal-iskart magħluqin kollha, l-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw b’mod komprensiv il-fajls tal-permessi disponibbli sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament];

(b)

għal dawk il-faċilitajiet tal-iskart fejn l-informazzjoni disponibbli ma teskludix a priori l-preżenza ta’ kwantitajiet potenzjalment rekuperabbli ekonomikament ta’ materja prima kritika, l-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll, sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], kampjunar ġeokimiku rappreżentattiv;

(c)

għal dawk il-faċilitajiet tal-iskart fejn l-attivitajiet deskritti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu jkunu indikaw kwantitajiet potenzjalment rekuperabbli ekonomikament ta’ materja prima kritika, l-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll, sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 30 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], analiżi aktar dettaljata li tinvolvi core-logging jew tekniki ekwivalenti, meta dan ikun favur l-ambjent f’konformità mar-rekwiżiti ambjentali applikabbli fil-livell tal-Unjoni u mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/21/KE meta rilevanti.

7.   L-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 6 għandhom isiru fil-limiti tas-sistemi legali nazzjonali relatati mad-drittijiet tal-proprjetà, is-sjieda tal-art, ir-riżorsi minerali u l-iskart, u kull dispożizzjoni rilevanti oħra. Meta tali fatturi jxekklu l-attivitajiet, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ifittxu l-kooperazzjoni tal-operatur jew tas-sid tal-faċilità tal-iskart. Ir-riżultati tal-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 6 għandhom ikunu aċċessibbli bħala parti mill-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 4 . Meta possibbli, l-Istati Membri għandhom jinkludu klassifikazzjoni f’dik il-bażi tad-data tal-faċilitajiet magħluqa tal-iskart tal-estrazzjoni skont il-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi.

Artikolu 27

Riċiklabbiltà tal-kalamiti permanenti

1.   Minn [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, ġeneraturi tal-enerġija eolika, robots industrijali, vetturi bil-mutur, mezzi tat-trasport ħfief, ġeneraturi tat-tkessiħ, pompi tas-sħana, muturi elettriċi, inkluż meta dawn ikunu integrati fi prodotti oħra, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatiċi, tumble dryers, microwaves, vacuum cleaners jew magni tal-ħasil tal-platti għandha tiżgura li dawk il-prodotti jkollhom tikketta li tidher, tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx li tindika:

(a)

jekk dawk il-prodotti jinkorporawx kalamita permanenti waħda jew aktar jew le;

(b)

jekk il-prodott jinkorporax kalamita permanenti waħda jew aktar, jekk dawk il-kalamiti jappartjenux għal xi wieħed mit-tipi li ġejjin:

(i)

Neodimju-Ħadid-Boron;

(ii)

Samarju-Kobalt;

(iii)

Aluminju-Nikil-Kobalt;

(iv)

Ferrite.

(ba)

jekk il-prodott jinkorporax kalamita permanenti waħda jew aktar tat-tipi msemmija fil-punt (b), kemm minn kull tip ta’ kalamita jkunu inkorporati fil-prodott.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format għat-tikkettar imsemmi fil-paragrafu 1 sa [sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).

3.   Minn [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li jinkorporaw kalamita permanenti waħda jew aktar tat-tipi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b)(i) sa (iii), għandha tiżgura li fuq il-prodott jew fil-prodott ikun hemm trasportatur tad-data. It-trasportatur tad-data, fl-ebda ċirkostanza, ma għandu jkun fih jew jagħti aċċess għal informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

4.   It-trasportatur tad-data msemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun marbut ma’ identifikatur uniku tal-prodott li jipprovdi aċċess immirat għal dan li ġej:

(a)

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli u, meta disponibbli, il-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

(b)

informazzjoni dwar il-piż, il-post u l-kompożizzjoni kimika tal-kalamiti permanenti individwali kollha inklużi fil-prodott, u dwar il-preżenza u t-tip ta’ kisi tal-kalamiti, kolol u kull addittiv użat;

(c)

informazzjoni li tippermetti l-aċċess u t-tneħħija tal-kalamiti permanenti kollha inkorporati fil-prodott, li tal-anqas tinkludi s-sekwenza tal-passi tat-tneħħija, l-għodod jew it-teknoloġiji kollha meħtieġa għall-aċċess u t-tneħħija tal-kalamita permanenti, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE.

5.   Għall-prodotti meta l-kalamiti permanenti inkorporati jkunu jinsabu esklussivament f’mutur elettriku wieħed jew aktar inkorporati fil-prodott, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4(b), tista’ tinbidel b’informazzjoni dwar il-post ta’ dawk il-muturi elettriċi, u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4(c), tista’ tinbidel b’informazzjoni dwar l-aċċess u t-tneħħija tal-muturi elettriċi, li tal-anqas tinkludi s-sekwenza tal-passi tat-tneħħija, l-għodod jew it-teknoloġiji kollha meħtieġa għall-aċċess u t-tneħħija tal-muturi elettriċi.

6.   Għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 3 li għalihom hu meħtieġ passaport tal-prodott kif definit fir-Regolament XX/XX [ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli] jew XX/XXXX [ir-Regolament dwar il-batteriji u l-iskart tal-batteriji] skont att leġiżlattiv ieħor tal-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi inkluża f’dak il-passaport tal-prodott. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun kompluta, aġġornata u eżatta u għandha tibqa’ disponibbli għal perjodu mill-anqas sa 10 snin wara t-tul tal-ħajja tipiku tal-prodott, inkluż wara insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tirreferi għall-mudell tal-prodott jew, meta l-informazzjoni tkun differenti bejn unitajiet tal-istess mudell, għal lott jew unità partikolari. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun aċċessibbli għar-rinnovaturi, għas-sewwejja, għar-riċiklaturi, għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għall-awtoritajiet doganali.

8.   L-Artikolu 9(1)(c) u (d) u l-Artikoli 10 u 13 tar-Regolament (UE) …/… [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli], u d-definizzjonijiet korrispondenti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament.

Qabel ma jqiegħdu fis-suq prodott imsemmi fil-paragrafu 3, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi għandhom jiżguraw li l-identifikatur uniku tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 4 jittella’ fir-reġistru msemmi fl-[Artikolu 12(1)] tar-Regolament (UE) …/… [Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli].

Għall-finijiet tal-ewwel u t-tieni subparagrafu, ir-referenzi għal “l-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 10(b) u “l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 10(f), u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2023/xxx [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR] għandhom jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

9.   Meta r-rekwiżiti tal-informazzjoni relatati mar-riċiklaġġ tal-kalamiti permanenti jiġu stabbiliti f’atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament XX/XXXX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal: ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli] jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni ta’ xi wieħed mill-prodotti elenkati fil-paragrafu 1, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw minflok id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu

10.   Il-prodotti ddisinjati primarjament għal applikazzjonijiet tad-difiża jew ajruspazjali għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu

L-informazzjoni speċifika msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 tista’ titħalla barra jekk tinkludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

11.   Għall-apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, il-vetturi bil-mutur u l-mezzi tat-trasport ħfief li huma vetturi approvati skont it-tip tal-kategorija L, ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw minn [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

12.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex temenda l-Anness VI biex tipprovdi jew taġġorna lista tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (28) u deskrizzjonijiet tal-prodott li jikkorrispondu għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 biex tiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet doganali fir-rigward ta’ dawk il-prodotti u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 28.

Artikolu 28

Kontenut riċiklat tal-kalamiti permanenti

1.   Minn [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] jew sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2, skont liema minnhom jiġi l-aħħar, kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti msemmija fl-Artikolu 27(1) li jinkorporaw kalamita permanenti waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 27(1), il-punt (b)(i) sa (iii) u li għalihom il-piż totali ta’ dawn il-kalamiti permanenti kollha jaqbeż iż-0,2 kg, għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu s-sehem ta’ neodimju, disprożju, praseodimju, terbju, boron, samarju, nikil u kobalt irkuprati mill-iskart ta’ wara l-konsum li jkun preżenti fil-kalamiti permanenti inkorporati fil-prodott.

2.   Sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 36 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem ta’ neodimju, disprożju, praseodimju, terbju, boron, samarju, nikil u kobalt irkuprati mill-iskart tal-manifattura jew mill-iskart ta’ wara l-konsum li jkun preżenti fil-kalamiti permanenti inkorporati fil-prodotti msemmija fil-paragrafu 1.

Ir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika għandhom jispeċifikaw il-proċedura applikabbli tal-valutazzjoni tal-konformità minn fost il-moduli stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, bl-adattamenti meħtieġa fid-dawl tal-prodotti kkonċernati. Meta tispeċifika l-proċedura applikabbli tal-valutazzjoni tal-konformità, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

(a)

jekk il-modulu kkonċernat hux xieraq għat-tip ta’ prodott u proporzjonat għall-interess pubbliku segwit;

(b)

id-disponibbiltà ta’ partijiet terzi kompetenti u indipendenti li jistgħu jwettqu kompiti potenzjali tal-valutazzjoni tal-konformità ta’ partijiet terzi;

(c)

meta l-involviment tal-partijiet terzi jkun obbligatorju, il-ħtieġa tal-manifattur li jkollu għażla bejn il-moduli tal-assigurazzjoni tal-kwalità u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

3.    Mhux aktar tard mill- 31 ta’ Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jissupplementaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi ishma minimi għan-neodimju, id-disprożju, il-praseodimju, it-terbju, il-boron, is-samarju, in-nikil u l-kobalt irkuprati mill-iskart ta’ wara l-konsum li jridu jkunu preżenti fil-kalamita permanenti inkorporata fil-prodotti msemmija fil-paragrafu 1. F’każijiet debitament ġustifikati, jistgħu jiġu applikati ishma minimi differenti għal prodotti differenti jew ċerti prodotti jistgħu jiġu esklużi minn dan l-obbligu.

L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprevedu perjodi tranżizzjonali adattati skont id-diffikultà ta’ adattament tal-prodotti koperti mill-miżura, biex tkun żgurata l-konformità.

Is-sehem minimu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni minn qabel tal-impatti, filwaqt li jitqiesu:

(a)

id-disponibbiltà eżistenti u mbassra tan-neodimju, tad-disprożju, tal-praseodimju, tat-terbju, tal-boron, tas-samarju, tan-nikil u tal-kobalt irkuprati mill-iskart ta’ wara l-konsum;

(b)

l-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1 u d-distribuzzjoni relattiva tas-sehem tal-kontenut riċiklat fil-kalamiti permanenti inkorporati fil-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 imqiegħda fis-suq;

(c)

il-progress tekniku u xjentifiku, inkluż bidliet konsiderevoli fit-teknoloġiji tal-kalamiti permanenti li jħallu impatt fuq it-tip ta’ materja rkuprata;

(d)

il-kontribut effettiv u potenzjali ta’ sehem minimu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni;

(e)

l-impatti possibbli fuq il-funzjonament tal-prodotti li fihom il-kalamiti permanenti;

(f)

il-ħtieġa li jiġu evitati impatti negattivi sproporzjonati fuq l-affordabbiltà tal-kalamiti permanenti u tal-prodotti li fihom il-kalamiti permanenti.

4.   Meta r-rekwiżiti relatati mal-kontenut riċiklat tal-kalamiti permanenti jiġu stabbiliti f’atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament XX/XX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal: ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli] jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni għal xi wieħed mill-prodotti elenkati fil-paragrafu 1, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw minflok id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

5.   Mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-paragrafu 1, meta joffru l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għall-bejgħ, inkluż fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, jew juruhom waqt attività kummerċjali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-klijenti tagħhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma jintrabtu b’kuntratt tal-bejgħ.

Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li aktarx iqarrqu jew iħawdu lill-klijenti fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-prodotti ddisinjati primarjament għall-applikazzjonijiet tad-difiża jew ajruspazjali għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

6.   Għall-apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, il-vetturi bil-mutur u l-mezzi tat-trasport ħfief li huma vetturi approvati skont it-tip tal-kategorija L, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 6 għandhom japplikaw wara 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2.

TAQSIMA 2

ĊERTIFIKAZZJONI U IMPRONTA AMBJENTALI

Artikolu 29

Skemi rikonoxxuti

1.   Il-gvernijiet , l-assoċjazzjonijiet tal-industrija jew ir-raggruppamenti ta’ organizzazzjonijietinteressati li żviluppaw u jissorveljaw l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni relatati mas-sostenibbiltà tal-materja prima kritika (“sidien tal-iskemi”) jistgħu japplikaw biex l-iskemi tagħhom jiġu rikonoxxuti mill-Kummissjoni. Id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent ta’ skema għandha tiġi ppubblikata mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-applikazzjoni mressqa minn sid l-iskema.

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fihom kull evidenza rilevanti relatata mal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sa … [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament] biex tispeċifika l-informazzjoni minima li għandu jkun fihom l-applikazzjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jipprevedu mudell uniku biex ikopri l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni. Il-mudell uniku għandu jipprovdi biss informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni. L-ambitu tal-informazzjoni meħtieġa biex jimtela l-mudell uniku għandu jkun raġonevoli.

2.   Meta, abbażi tal-evidenza pprovduta skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tiddetermina li skema taċ-ċertifikazzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness IV, din għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti rikonoxximent lil dik l-iskema. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).

3.   Il-Kummissjoni għandha mill-inqas kull sentejn tivverifika li l-iskemi rikonoxxuti jkun għadhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV.

4.   Is-sidien tal-iskemi rikonoxxuti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kull bidla jew aġġornament rilevanti li jsiru fl-iskemi rikonoxxuti. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-bidliet jew l-aġġornamenti jaffettwawx il-bażi għar-rikonoxximent u tieħu azzjoni xierqa , jekk ikun meħtieġ .

5.   Jekk ikun hemm evidenza ta’ każijiet ripetuti jew sinifikanti meta l-operaturi ekonomiċi li jimplimentaw skema rikonoxxuta jkunu naqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dik l-iskema, il-Kummissjoni għandha teżamina, b’konsultazzjoni mas-sid tal-iskema rikonoxxuta, jekk dawk il-każijiet jindikawx defiċjenzi fl-iskema li jaffettwaw il-bażi għar-rikonoxximent u tieħu azzjoni xierqa , jekk ikun meħtieġ .

6.   Meta l-Kummissjoni tidentifika defiċjenzi fi skema rikonoxxuta li jaffettwaw il-bażi għar-rikonoxximent, din tista’ tagħti perjodu ta’ żmien xieraq lis-sid tal-iskema biex jieħu azzjoni ta’ rimedju , fi żmien massimu ta’ 12-il xahar . Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, jekk in-nuqqas jippersisti, il-Kummissjoni ma għandhiex tibqa’ tirrikonoxxi l-iskema.

7.   Meta s-sid tal-iskema jonqos jew jirrifjuta li jieħu l-azzjoni ta’ rimedju meħtieġa, u meta il-Kummissjoni tkun sabet li d-defiċjenzi msemmija fil-paragrafu 6 ifissru li l-iskema ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tirtira r-rikonoxximent tal-iskema. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).

8.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru tal-iskemi rikonoxxuti u żżommu aġġornat. Dak ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu. Dak is-sit web għandu jippermetti wkoll li jinġabar feedback mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar l-implimentazzjoni ta’ skemi rikonoxxuti. Tali feedback għandu jintbagħat lis-sidien tal-iskema rispettivi għall-kunsiderazzjoni.

Artikolu 30

Dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali

1.    Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli tal-kalkolu u tal-verifika tal-impronta ambjentali tal-materja prima kritika differenti, f’konformità mal-Anness V u filwaqt li tqis metodi tal-valutazzjoni xjentifikament sodi u standards internazzjonali rilevanti. Ir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika għandhom jidentifikaw liema hi l-aktar kategorija tal-impatt importanti jew f’każijiet debitament ġustifikati, diversi kategoriji tal-impatt . Id-dikjarazzjoni tal-impronta għandha tkopri dik jew dawk il-kategoriji tal-impatt kif ukoll l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra .

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli tal-kalkolu u tal-verifika għal materja prima kritika speċifika jekk, wara li tkun ikkunsidrat id-diversi kategoriji rilevanti tal-impatt ambjentali u emissjonijiet ta’ gassijiet serra , tkun ikkonkludiet li l-materja prima kritika inkwistjoni għandha impronta ambjentali rilevanti u li għalhekk obbligu li tiġi dikjarata l-impronta ambjentali ta’ dik il-materja fir-rigward tal-kategorija jew il-kategoriji tal-aktar impatt importanti, meta jitqiegħed fis-suq, hu meħtieġ u proporzjonat biex jgħin fl-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni billi jiffaċilita l-provvista tal-materja prima kritika b’inqas impronta ambjentali u jnaqqas l-impatti klimatiċi u ambjentali ta’ azzjonijiet oħra f’dan ir-Regolament .

3.   Meta tikkunsidra jekk l-obbligu previst fil-paragrafu 2 hux meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a)

jekk u kif l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni humiex diġà qed jintlaħqu , kif ukoll effettivament kif qed jintlaħqu, b’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-materja prima kritika inkwistjoni;

(b)

l-eżistenza u l-adozzjoni ta’ standards u linji gwida internazzjonali rilevanti, jew il-prospetti ta’ qbil dwar tali standards fil-livell internazzjonali, kif ukoll prattiki sostenibbli fis-suq, inkluż l-iskemi volontarji rikonoxxuti skont l-Artikolu 29;

(c)

l-effettività tas-sħubijiet strateġiċi, tal-proġetti strateġiċi, tal-ftehimiet kummerċjali u ta’ strumenti internazzjonali oħra u tal-kuntatt mwettaq mill-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

(ca)

il-kostijiet ekonomiċi assoċjati u l-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi.

4.   Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni minn qabel tal-impatti biex tiddeċiedi jekk tadottax att delegat skont il-paragrafu 1. Tali valutazzjoni għandha:

(a)

tkun ibbażata fost l-oħrajn fuq konsultazzjoni ma’:

(i)

il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, bħall-industrija inkluża l-industrija downstream, l-SMEs, u, meta rilevanti, l-industrija tal-artiġjanat, is-sħab soċjali, in-negozjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, l-organizzazzjonijiet li jippromwovu s-saħħa tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent ▌, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-akkademja ;

(ii)

pajjiżi terzi li l-kummerċ tagħhom mal-Unjoni jista’ jiġi affettwat b’mod sinifikanti minn dan l-obbligu;

(iii)

il-Bord;

(iiia)

l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Aġenzija Ewropea għas-sustanzi Kimiċi;

(b)

tiżgura li kull miżura bħal din ma tkunx imħejjija, adottata jew applikata bil-ħsieb jew bl-effett li jinħolqu ostakli mhux meħtieġa għall-kummerċ internazzjonali, u li ma tkunx aktar restrittiva għall-kummerċ milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, wara li tqis il-kapaċità tal-fornituri tal-pajjiżi terzi li jikkonformaw ma’ tali dikjarazzjoni b’tali mod li l-flussi kummerċjali aggregati u l-kostijiet tal-materja prima kritika ma jiġux affettwati b’mod sproporzjonat;

(ba)

tivvaluta jekk obbligi simili skont id-dritt tal-Unjoni pproduċewx l-effetti intenzjonati u kkontribwewx b’mod sinifikanti biex jintlaħqu l-miri ambjentali tal-Unjoni;

(c)

tivvaluta jekk il-miżura tgħinx biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni mingħajr ma tħalli impatt sproporzjonat fuq il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tikseb il-materja prima kritika inkwistjoni.

5.   Kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq materja prima kritika li għaliha l-Kummissjoni tkun adottat regoli tal-kalkolu u tal-verifika skont il-paragrafu 1 għandha tagħmel disponibbli dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali.

Ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika għal kull tip ta’ materja prima kritika individwali mqiegħda fis-suq u għandu ▌ japplika għall-materja prima kritika inkluża fil-prodotti intermedji jew finali fejn il-materja prima kritika tikkostitwixxi sehem mhux negliġibbli tal-impronta ambjentali totali tal-prodott .

6.   Id-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali msemmija fil-paragrafu 5 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli u ▌ l-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

(b)

informazzjoni dwar it-tip ta’ materja prima kritika li għaliha tapplika d-dikjarazzjoni;

(c)

informazzjoni dwar il-pajjiż u r-reġjun minn fejn tkun ġiet estratta, ipproċessata, raffinata u riċiklata l-materja prima kritika, kif applikabbli;

(d)

l-impronta ambjentali tal-materja prima kritika, ikkalkulata f’konformità mar-regoli tal-verifika u tal-kalkolu applikabbli adottati skont il-paragrafu 1;

(e)

il-klassi tal-prestazzjoni tal-impronta ambjentali li l-materja prima kritika tikkorrispondi għaliha, stabbilita f’konformità mal-att delegat applikabbli adottat skont il-paragrafu 7;

(f)

web link li jagħti aċċess għal verżjoni pubblika tal-istudju li jappoġġa r-riżultati tad-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi klassijiet tal-prestazzjoni tal-impronta ambjentali fi żmien sentejn għall-materja prima kritika li għaliha jkunu ġew adottati regoli tal-kalkolu u tal-verifika skont il-paragrafu 1, f’konformità mal-Anness V.

7a.     Meta l-prodotti intermedji jew finali li jkun fihom materja prima kritika jkunu koperti mir-rekwiżiti tal-impronta ambjentali tal-Unjoni f’leġiżlazzjoni oħra, l-impronta ambjentali u tal-karbonju ta’ kull materja prima kritika għandha, fejn possibbli, tiġi inkorporata fil-kalkolu tal-impronta ambjentali tal-prodott kollu.

7b.     Sal-31 ta’ Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li janalizza l-għażliet biex l-aċċess għas-suq Ewropew jiġi llimitat biss għal materja prima li tappartjeni għall-klassijiet ta’ prestazzjoni tal-impronta ambjentali bl-aħjar prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 għall-prodotti kollha jew għal ċerti prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha takkumpanja dak ir-rapport bi proposti leġiżlattivi.

8.   Id-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali għandha tkun disponibbli fuq sit web b’aċċess liberu fejn l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’mod li jinftiehem faċilment .

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format tad-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali msemmija fil-paragrafu 5. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).

9.   Meta joffru materja prima kritika għall-bejgħ, inkluż fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, jew juruha waqt attività kummerċjali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq materja prima kritika għandhom jiżguraw li l-klijenti tagħhom ikollhom aċċess għad-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali qabel ma jintrabtu b’kuntratt tal-bejgħ.

Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq il-materja prima kritika ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li aktarx iqarrqu jew iħawdu lill-klijenti fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fid-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali.

TAQSIMA 3

MOVIMENT LIBERU, KONFORMITÀ U SORVELJANZA TAS-SUQ

Artikolu 31

Moviment liberu

1.   L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet relatati mal-informazzjoni tar-riċiklaġġ jew tal-kontenut riċiklat tal-kalamiti permanenti jew għal raġunijiet relatati mal-informazzjoni dwar l-impronta ambjentali tal-materja prima kritika koperta minn dan ir-Regolament, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tal-prodotti li fihom il-kalamiti permanenti jew il-materja prima kritika konformi ma’ dan ir-Regolament.

2.   Waqt il-fieri kummerċjali, il-wirjiet, id-dimostrazzjonijiet jew l-avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri tal-prodotti li fihom il-kalamiti permanenti jew il-materja prima kritika li mhix konformi ma’ dan ir-Regolament, diment li jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b’mod ċar li tali prodotti jew materja ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u li ma jistgħux jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq qabel ma jsiru konformi.

Artikolu 32

Konformità u sorveljanza tas-suq

1.   Qabel ma jqiegħdu fis-suq prodott kopert mill-Artikoli 27 jew 28, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura applikabbli tal-valutazzjoni tal-konformità u li tkun tfasslet id-dokumentazzjoni teknika meħtieġa. Meta l-konformità ta’ prodott mar-rekwiżiti applikabbli tkun intweriet bil-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għandhom jiżguraw li tkun tfasslet id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u li tkun twaħħlet il-marka CE.

2.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità għall-prodotti koperti mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27 għandha tkun il-proċedura stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/XXX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR], sakemm dawk il-prodotti ma jkunux koperti wkoll mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28, f’liema każ il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità għandha tkun il-proċedura stabbilita fir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika adottati skont l-Artikolu 28(2)

3.   Il-Kapitolu IX u l-Artikoli 37, 38 u 39 tar-Regolament (UE) 2023/XX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR], u d-definizzjonijiet korrispondenti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, għandhom japplikaw fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli għall-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28.

4.   Fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

Il-Kapitolu XII tar-Regolament (UE) 2023/XX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR], u d-definizzjonijiet korrispondenti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, għandhom japplikaw fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli għall-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 jew 30.

(b)

L-Istati Membri għandhom, minbarra r-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2023/xxx [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR], iqisu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 u 30 fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament;

(c)

L-Artikoli 60 u 61(1) tar-Regolament (UE) 2023/xxx [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR] għandhom japplikaw ukoll għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 u 30;

(d)

il-Kummissjoni għandha, minbarra r-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2023/XX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR], tinkludi informazzjoni relatata mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 u 30 fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 61(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament;

(e)

fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2023/XX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR], il-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“ADCO”) imsemmi f’dak l-Artikolu u l-Kummissjoni għandhom iqisu wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 u 30.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4, il-partijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2023/XX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR] għandhom jiġu applikati kif ġej:

(a)

ir-referenzi għal “ir-rekwiżiti tal-ekodisinn speċifikati fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 37(1), “ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 63(1) u “ir-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 63(5) tar-Regolament (UE) 2023/XX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR] għandhom jinqraw bħala referenzi għal “ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28 ta’ dan ir-Regolament”;

(b)

ir-referenzi għall-“prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 37(3) u 63(1) tar-Regolament (UE) 2023/XX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR] għandhom jinqraw bħala referenza għal “prodott jew materja koperti mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28 ta’ dan ir-Regolament”;

(c)

ir-referenzi għall-“kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità previsti skont l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 41 u “kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-atti delegati rilevanti adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 45(10) tar-Regolament (UE) 2023/XX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR] għandhom jinqraw bħala referenza għall-“kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità previsti skont ir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika adottati skont l-Artikolu 28(2) ta’ dan ir-Regolament”;

(d)

ir-referenzi għall-“proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità previsti skont l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2023/XX [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-ESPR] għandhom jinqraw bħala referenza għall-“proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità previsti skont ir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika adottati skont l-Artikolu 28(2) ta’ dan ir-Regolament”.

6.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal prodotti koperti mill-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (UE) 2018/858 u r-Regolament (UE) Nru 168/2013.

Kapitolu 6

Sħubijiet Strateġiċi

Kapitolu 33

Sħubijiet Strateġiċi

1.   Il-Bord għandu sa … [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u wara dan kull sentejn, joħroġ rapport li jkopri:

(-a)

lista aġġornata ta’ Sħubijiet Strateġiċi eżistenti u negozjati li għaddejjin għal Sħubijiet Strateġiċi kif ukoll Proġetti Strateġiċi f’pajjiżi terzi;

(a)

il-punt sa fejn is-Sħubijiet Strateġiċi konklużi mill-Unjoni jgħinu għal:

(i)

it-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni minn perspettiva ta’ żmien qasir u twil, filwaqt li jitqiesu l-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 1(2) ;

▌

(iii)

it-titjib tal-kooperazzjoni tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika bejn l-Unjoni inklużi l-pajjiżi u t-territorji barranin imsemmija fl-Anness II tat-TFUE, u l-pajjiżi sħab kif ukoll l-indipendenza tal-Unjoni minn pajjiżi terzi mhux sħab, u b’enfasi partikolari fuq il-kooperazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma ;

(iiia)

l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi sħab, b’mod partikolari għall-pajjiżi emerġenti u li qed jiżviluppaw, filwaqt li f’dawk il-pajjiżi jiġi promoss ukoll l-użu ta’ prattiki ta’ ekonomija ambjentalment sostenibbli u ċirkolari u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem;

(b)

il-koerenza u s-sinerġiji potenzjali bejn il-kooperazzjoni bilaterali tal-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi rilevanti u l-azzjonijiet imwettqa mill-Unjoni fil-kuntest ta’ Sħubijiet Strateġiċi , inkluż is-segwitu mill-Unjoni u n-negozjar ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ma’ pajjiżi terzi ;

(ba)

proġetti tal-materja prima kritika previsti jew maħluqa ma’ pajjiżi terzi jew fihom li la huma koperti minn sħubijiet strateġiċi u lanqas minn ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, iżda segwiti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-pjattaforma stabbilita fil-paragrafu 3b;

(c)

l-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi li għandhom jingħataw prijorità għall-konklużjoni tas-Sħubijiet Strateġiċi, filwaqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

(i)

il-kontribut potenzjali għas-sigurtà tal-provvista kif ukoll ir-reżiljenza tagħha , filwaqt li jitqiesu r-riżervi potenzjali, il-kapaċitajiet tal-estrazzjoni, tal-ipproċessar u tar-riċiklaġġ ta’ pajjiż terz relatati mal-materja prima kritika;

(ii)

jekk kooperazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiż terz tistax ittejjeb il-ħila ta’ pajjiż terz biex jiżgura l-monitoraġġ , il-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-impatti ambjentali avversi permezz tal-qafas regolatorju tiegħu u l-implimentazzjoni tiegħu , l-użu ta’ prattiki soċjalment responsabbli inkluż ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol , inklużi politiki biex jiġi miġġieled ix-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal, u l-involviment sinifikanti mal-komunitajiet lokali , inkluż il-popli indiġeni , l-użu ta’ prattiki kummerċjali trasparenti u responsabbli u l-prevenzjoni tal-impatti negattivi fuq il-funzjonament tajjeb tal-amministrazzjoni pubblika u l-istat tad-dritt; u b’liema modi l-Unjoni tista’ tikkontribwixxi permezz tal-politiki ta’ sħubija tagħha, pereżempju b’taħriġ vokazzjonali u appoġġ tekniku, biex issaħħaħ l-oqfsa regolatorji tal-pajjiżi terzi;

(iii)

jekk hemmx ftehimiet ta’ kooperazzjoni eżistenti jew potenzjali bejn pajjiż terz u l-Unjoni u, għas-swieq emerġenti u  l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-potenzjal ta’ varar ta’ proġetti tal-investiment tal-Global Gateway.

(iv)

għas-swieq emerġenti u  għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jekk u kif sħubija tista’ tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-valur fil-pajjiż kif ukoll biex jiżdied il-valur lokali , inklużi attivitajiet downstream, u tkun ta’ ġid reċiproku għall-pajjiż sieħeb u għall-Unjoni.

(iva)

għas-swieq emerġenti u għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kemm jintużaw għodod eżistenti tal-Unjoni għall-finanzi, il-finanzjament u t-tneħħija tar-riskji, b’mod partikolari taħt Gateway Globali, u sa liema punt jeżistu ostakli għall-użu ta’ tali għodod fil-kuntest ta’ Proġetti Strateġiċi.

2.    Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom , fil-kuntest tal-paragrafu 1 u sa fejn jirrigwarda s-swieq emerġenti u  l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jiżguraw il-kooperazzjoni u l-koerenza ma’ fora rilevanti oħra tal-koordinazzjoni, inkluż dawk stabbiliti bħala parti mill-istrateġija Global Gateway.

3.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jikkoordinaw mal-Kummissjoni biex jiżguraw il-koerenza bejn il-kooperazzjoni bilaterali tagħhom ma’ pajjiżi terzirilevanti u s-Sħubijiet Strateġiċi mhux vinkolanti tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi, li l-ambitu tagħhom jinkludi tal-anqas il-katina tal-valur tal-materja prima kritika kif ukoll biex jiżguraw il-konsolidazzjoni tal-programmi tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u tat-trasferiment tat-teknoloġija biex jippromwovu r-riċiklaġġ responsabbli tal-materja prima kritika fil-pajjiżi produtturi ;

(b)

jappoġġaw lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri tal-kooperazzjoni konkreti stabbiliti fi Sħubijiet Strateġiċi.

(ba)

jikkoordinaw l-attivitajiet tal-banek tal-iżvilupp tagħhom, tal-aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni u ta’ istituzzjonijiet pubbliċi oħra taħt is-superviżjoni tagħhom biex jappoġġaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament ta’ Proġetti Strateġiċi mwettqa f’pajjiżi terzi f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ xulxin.

3a.     Il-Bord għandu joħroġ kull rapport ġdid lill-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew.

3b.     Sa … [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma li tlaqqa’ flimkien rappreżentanti tal-kumpaniji tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika bil-għan li tappoġġa l-esplorazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1, li magħhom l-Unjoni għad ma għandhiex sħubijiet strateġiċi jew ftehimiet ta’ kummerċ ħieles. Il-pjattaforma għandha tippermetti lill-Kummissjoni tiffaċilita u tappoġġa relazzjonijiet strateġiċi u bejn il-promoturi tal-proġetti u l-gvernijiet nazzjonali rispettivi.

3c.     Il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards Ewropej jew strumenti ta’ standardizzazzjoni Ewropea biex jappoġġaw l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

3d.     Is-sħubijiet strateġiċi konklużi mill-Unjoni mal-pajjiżi terzi għandu jkun fihom miżuri li jikkontribwixxu:

(i)

it-titjib tar-reżiljenza, id-diversifikazzjoni u s-sostenibbiltà tal-provvista tal-Unjoni ta’ materja prima strateġika f’konformità mal-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 1(2);

(ii)

it-titjib tal-kooperazzjoni u r-responsabbiltà kondiviża tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab biex jintlaħqu l-objettivi ta’ sħubija miftiehma;

(iii)

l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fil-pajjiżi sħab, b’mod partikolari għas-swieq emerġenti u għall-ekonomiji li qed jiżviluppaw;

(iv)

għas-swieq emerġenti u għall-ekonomiji li qed jiżviluppaw, iż-żieda fil-valur lokali billi jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ pproċessar u riċiklaġġ flimkien ma’ kapaċitajiet ta’ estrazzjoni żviluppati ġodda kif ukoll miżuri biex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti tal-għarfien u tal-ħiliet;

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew malli tibda diskussjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ sħubija strateġika ġdida.

Ladarba jiġu konklużi n-negozjati dwar sħubija strateġika, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament dwar dan ukoll.

Kapitolu 7

Governanza

Artikolu 34

Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika

1.   Jiġi stabbilit il-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika (il-“Bord”) .

2.   Il-Bord għandu jwettaq il-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 35

Kompożizzjoni u funzjonament tal-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika

1.   Il-Bord għandu jkun magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandu jippresjedi fuqu.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant ta’ livell għoli fil-Bord. Meta rilevanti fir-rigward tal-funzjoni u l-għarfien espert, Stat Membru jista’ jaħtar rappreżentanti differenti fir-rigward tal-kompiti differenti tal-Bord. Kull membru tal-Bord għandu jkollu sostitut.

Il-Bord għandu jistieden rappreżentanti tal-Parlament Ewropew biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, inkluż tas-sottogruppi permanenti jew temporanji msemmija fil-paragrafu 6.

2a.     L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom kull waħda u wieħed minnhom jaħtru rappreżentant ta’ livell għoli bħala osservatur fil-Bord.

2b.     Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant mill-punt uniku ta’ kuntatt tiegħu bħala osservatur għall-Bord.

3.   Il-Bord għandu, wara proposta tal-Kummissjoni, jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

4.   Il-Bord għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari biex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu speċifikati f’dan ir-Regolament b’mod effettiv. Meta meħtieġ, il-Bord għandu jiltaqa’ wara talba motivata tal-Kummissjoni.

Il-Bord għandu jiltaqa’ tal-anqas:

(a)

kull 3 xhur għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-Proġetti Strateġiċi skont il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1;

(b)

kull 6 xhur għall-iżvilupp tal-monitoraġġ skont il-Kapitolu 4;

(ba)

kull sitt xhur għall-valutazzjoni ta’ Proġetti Strateġiċi sabiex jiġi diskuss il-progress mar-rappreżentanti rispettivi tal-industrija:

(c)

darba fis-sena biex jiġi diskuss il-progress tal-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-esplorazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 4, inkluż fid-dawl ta’ aġġornamenti tal-listi tal-materja prima kritika jew strateġika.

5.   Il-Kummissjoni għandha tikkoordina x-xogħol tal-Bord b’segretarjat eżekuttiv li jissodisfa dmirijiet li jistabbilixxu l-aġenda u jipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku.

6.   Il-Bord jista’ jistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji biex jittrattaw kwistjonijiet u kompiti speċifiċi.

Il-Bord għandu tal-anqas jistabbilixxi s-sottogruppi permanenti li ġejjin:

(a)

sottogrupp biex jiddiskuti u jikkoordina l-finanzjament għall-Proġetti Strateġiċi skont l-Artikolu 15; rappreżentanti ta’ banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej għall-iżvilupp, il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra inkluż il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u, kif ikun xieraq, istituzzjonijiet finanzjarji privati għandhom jiġu mistiedna bħala osservaturi;

(aa)

sottogrupp biex jiddiskuti l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont l-Artikoli 8, 10 u 11, inkluż għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar il-parteċipazzjoni pubblika u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inkluż minn reġjuni tal-estrazzjoni rilevanti oħra, sabiex jiġu żgurati l-formati strutturati u prevedibbli tal-proċessi tal-għoti tal-permessi, li għalihom ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jiġu mistiedna bħala osservaturi;

(b)

sottogrupp li jlaqqa’ flimkien lil istituti jew stħarriġiet ġeoloġiċi nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ tali istitut jew stħarriġ, l-awtorità nazzjonali rilevanti responsabbli mill-esplorazzjoni ġenerali, biex jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni msemmija fl-Artikolu 18;

(c)

sottogrupp li jlaqqa’ flimkien lil aġenziji nazzjonali tal-provvista u tal-informazzjoni li jkopru l-materja prima kritika jew, fin-nuqqas ta’ tali aġenzija, l-awtorità nazzjonali rilevanti responsabbli għal dik il-kwistjoni, biex jikkontribwixxi għall-kompiti tal-monitoraġġ kif stabbilit fl-Artikolu 19;

(d)

sottogrupp li jlaqqa’ flimkien lill-aġenzija nazzjonali tal-emerġenzi u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-istokkijiet strateġiċi jew, fin-nuqqas ta’ tali aġenzija u awtorità, l-awtorità nazzjonali rilevanti responsabbli għal dik il-kwistjoni, biex jikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-istokkijiet strateġiċi kif stabbilit fl-Artikolu 22; dan is-sottogrupp jista’ b’mod partikolari jistieden lil sħab minn pajjiżi terzi tal-istess fehma biex jiskambjaw l-aħjar prattiki relatati ma’ stokkijiet strateġiċi ;

(da)

sottogrupp li jlaqqa’ flimkien alleanzi industrijali u partijiet ikkonċernati tal-industrija rilevanti oħra li jkopru l-katina tal-valur tal-materja prima kritika kollha, bil-għan li jikkontribwixxi għall-proċess ta’ kwalunkwe talba possibbli biex tiġi emendata l-lista ta’ materja prima strateġika jew kritika stabbilita fl-Artikoli 3(3) u 4(4) kif ukoll għall-evalwazzjoni tal-Proġetti Strateġiċi u s-Sħubija Strateġika f’konformità mal-Artikolu 33, li se tagħmel enfasi wkoll fuq ir-rappreżentanti tal-SMEs madwar l-Istati Membri biex jiġi diskuss l-involviment tal-SMEs fil-ktajjen tal-valur tal-materja prima u possibbiltajiet biex jittejjeb l-involviment tal-SMEs;

(db)

sottogrupp biex jiddiskuti u jikkoordina l-ħidma dwar is-Sħubijiet Strateġiċi skont l-Artikolu 33, filwaqt li jiżgura l-kooperazzjoni ma’ fora ta’ koordinazzjoni rilevanti oħra, inklużi dawk stabbiliti bħala parti mill-istrateġija ta’ Global Gateway, u rappreżentnati tal-kumpanija tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika; ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-akkademja għandhom, fejn xieraq, jiġu mistiedna bħala osservaturi għal-laqgħat ta’ dan is-sottogrupp;

6a.     Il-Bord għandu jżomm lill-Parlament Ewropew infurmat dwar il-laqgħat li jmiss tiegħu, inkluż dwar sottogruppi permanenti jew temporanji, u l-aġendi korrispondenti.

7.     Meta l-Parlament Ewropew ma jattendix tali laqgħat, il-Bord għandu jżomm lill-Parlament Ewropew infurmat regolarment dwar id-diskussjonijiet imwettqa f’dawk il-laqgħat.

Meta xieraq, il-membri tal-Bord għandhom , jistiednu lil espert i, li jirrappreżentaw l-industrija, is-soċjetà ċivili, l-akkademja, it-trade unions , partijiet terzi oħra jew rappreżentanti tal-pajjiżi terzi, kif ukoll rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jattendu l-laqgħat tas-sottogruppi permanenti jew temporanji msemmija fil-paragrafu 6 bħala osservaturi jew biex jipprovdu kontributi bil-miktub. Għandu jingħata piż partikolari lir-rappreżentanti tal-SMEs, li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-laqgħat u d-diskussjonijiet kollha li jikkonċernaw lilhom jew l-involviment tagħhom fil-katina tal-valur tal-materja prima, kemm fil-livell tal-Bord kif ukoll fil-livell tas-sottogrupp.

Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Bord għandu, meta xieraq, jiżgura l-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-istrutturi rilevanti tar-rispons għall-kriżijiet u tat-tħejjija għall-kriżijiet stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni.

8.   Il-Bord għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura t-trattament u l-ipproċessar sikur tal-informazzjoni kunfidenzjali u sensittiva kummerċjalment f’konformità mal-Artikolu 44 .

9.   Il-Bord għandu jagħmel l-aqwa sforzi biex jilħaq kunsens.

Kapitolu 8

Setgħat delegati u proċedura ta’ kumitat

Artikolu 36

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 27(12), fl-Artikolu 28(2) u fl-Artikolu 30(1) u (5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tmien snin minn [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ tmien snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi taż-żmien identiċi, għajr meta l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikunu oġġezzjonaw għal tali estensjoni sa tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 27(12), fl-Artikolu 28(2) u fl-Artikolu 30(1) u (5) tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. Il-konsultazzjoni mal-esperti tal-Istati Membri għandha ssir wara l-konsultazzjoni skont l-Artikolu 14.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(2) u (4a), l-Artikolu 27(12), l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 30(1) u (5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u anki l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 37

Proċedura ta’ kumitat

1.

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-implimentazzjoni ta’ [OP: please insert reference to this act]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.

Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Kapitolu 9

Emendi

Artikolu 38

Emenda għar-Regolament (UE) 2018/1724

Ir-Regolament (UE) 2018/1724 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Anness I, fl-ewwel kolonna, tiżdied ringiela ġdida “S. Proġetti tal-materja prima kritika”;

(2)

fl-Anness I, fit-tieni kolonna, fir-ringiela “S. Proġetti tal-materja prima kritika”, jiżdied il-punt li ġej:

“1.

informazzjoni dwar il-proċess tal-għoti tal-permessi.”

“2.

informazzjoni dwar servizzi tal-finanzjament u tal-investiment”

“3.

informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ finanzjament fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri”

“4.

informazzjoni dwar servizzi ta’ appoġġ kummerċjali, inkluż iżda mhux limitati għad-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva, il-liġijiet tat-taxxa lokali, il-liġi tax-xogħol”

(3)

fl-Anness II, fl-ewwel kolonna, tiżdied ringiela ġdida “Proġetti tal-materja prima kritika”.

(4)

fl-Anness II, fit-tieni kolonna, fir-ringiela “Proġetti tal-materja prima kritika”, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“Proċedura relatata mal-permessi amministrattivi rilevanti kollha għall-ippjanar, il-bini u l-operat tal-proġetti tal-manifattura tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, inkluż il-permessi tal-bini, il-permessi tal-konnessjoni kimika u mal-grilja u l-valutazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ambjentali meta meħtieġa, u li tinkludi l-applikazzjonijiet u l-proċeduri amministrattivi kollha”;

(5)

fl-Anness II, fit-tielet kolonna, fir-ringiela “Proġetti tal-materja prima kritika”, jiżdied l-punt li ġej:

“L-eżiti kollha relatati mal-proċeduri varji, mir-rikonoxximent tal-validità tal-applikazzjoni san-notifika tad-deċiżjoni komprensiva dwar l-eżitu tal-proċedura mill-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli”;

(6)

fl-Anness III, jiżdied il-punt li ġej:

“(9)

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ [ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għal din il-proposta]”.

Artikolu 39

Emenda għar-Regolament (UE) 2019/1020

Ir-Regolament (UE) 2019/1020 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4(5), it-test “(UE) 2016/425(35) u (UE) 2016/426(36)” huwa sostitwit b’dan li ġej: “(UE) 2016/425 (*), (UE) 2016/426 (**) u [(UE) […] [is-sena tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament]/…(***)];

(2)

fl-Anness I, jiżdied il-punt li ġej: “X [OP please insert the next consecutive number] ir-Regolament (UE)…/… li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 [ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-dettalji tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], sa fejn jikkonċerna r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 jew 30 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 40

Emenda għar-Regolament (UE) 2018/858

L-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/858 huwa emendat kif ġej:

Fil-Parti I, fit-tabella, tiżdied l-entrata li ġejja:

[OP Please insert the next consecutive number under heading G]

Rekwiżiti taċ-ċirkolarità tal-kalamiti permanenti

Ir-Regolament (UE) XX/XX [OP please insert: OJ publication details of this Regulation]

X

X

X

X

X

X

 

 

 

 

X

X

Artikolu 41

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 168/2013

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 huwa emendat kif ġej:

Fil-Parti I, fit-tabella, tiżdied l-entrata li ġejja:

[OP Please insert the next consecutive number under heading C1]

Rekwiżiti taċ-ċirkolarità tal-kalamiti permanenti

Ir-Regolament (UE) XX/XX [OP please insert: OJ publication details of this Regulation]

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Kapitolu 10

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 42

Monitoraġġ tal-progress

1.   Il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis il-parir tal-Bord, timmonitorja l-progress għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1(2) u tippubblika rapport, mill-anqas kull 3 snin, li jagħti dettalji dwar il-progress tal-Unjoni biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

L-ewwel rapport għandu jitfassal sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi informazzjoni kwantitattiva dwar il-firxa tal-progress tal-Unjoni favur il-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 1(2) (a) u (b).

2a.     Il-kompiti ta’ monitoraġġ previsti f’dan l-Artikolu ma għandhom joħolqu l-ebda obbligu għall-impriżi jew operaturi ekonomiċi oħra fil-katina tal-valur tal-materja prima biex jissottomettu kwalunkwe informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet fil-Bord jew lil kwalunkwe awtorità oħra. Kwalunkwe informazzjoni li tiġi pprovduta minn impriżi skont dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta fuq bażi purament volontarja u għandha f’kull ħin tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 44.

2b.     Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex tipprevjeni kwalunkwe inkonsistenza ta’ dritt tal-Unjoni ieħor u dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tippubblika, fi żmien [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], rapport dwar il-konsistenza bejn dan ir-Regolament ma’ dritt tal-Unjoni ieħor.

Artikolu 43

Rappurtar tal-Istati Membri

1.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(4), fl-Artikolu 20(1) u (2), fl-Artikolu 21(1), fl-Artikolu 22(5) u fl-Artikolu 25(6). L-ewwel rapport għandu jitfassal sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell għar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1. Il-mudell jista’ jindika kif għandha tiġi espressa l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2).

3.   L-informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 44.

3a.     Il-kompiti ta’ monitoraġġ previsti f’dan l-Artikolu ma għandhom joħolqu l-ebda obbligu għall-impriżi jew operaturi ekonomiċi oħra fil-katina tal-valur tal-materja prima biex jissottomettu kwalunkwe informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet fil-Bord jew lil kwalunkwe awtorità oħra. Kwalunkwe informazzjoni li tiġi pprovduta minn impriżi skont dan l-Artikolu għandha tiġi pprovduta fuq bażi purament volontarja u għandha f’kull ħin tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 44.

Artikolu 44

Trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali

1.   L-informazzjoni miksuba waqt l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandha tiġi protetta mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u professjonali u tal-informazzjoni sensittiva, kunfidenzjali u klassifikata oħra miksuba u ġġenerata waqt l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri li jridu jittieħdu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali rispettiva.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kklassifikata pprovduta jew skambjata skont dan ir-Regolament ma tiġix degradata jew deklassifikata mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur.

4.   Jekk Stat Membru jivvaluta li l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni aggregata fil-kuntest tal-Artikolu 21 tista’ xorta waħda tikkomprometti l-interess tas-sigurtà nazzjonali tiegħu, dan jista’ joġġezzjona għall-preżentazzjoni tal-Kummissjoni b’avviż ġustifikat.

5.   Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, l-uffiċjali, l-impjegati u persuni oħra tagħhom li jaħdmu bis-superviżjoni ta’ dawn l-awtoritajiet għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba waqt it-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet tagħhom. Dan l-obbligu japplika wkoll għar-rappreżentanti kollha tal-Istati Membri, l-osservaturi, l-esperti u l-parteċipanti l-oħra kollha li jattendu l-laqgħat tal-Bord skont l-Artikolu 35.

Artikolu 45

Penali

Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien ukoll dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 46

Evalwazzjoni

1.   Sa [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal: 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi li jsegwi u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu għandu tal-anqas jivvaluta l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ limiti massimi għall-impronta ambjentali tal-materja prima kritika li għaliha jkunu ġew adottati regoli tal-kalkolu u tal-verifika kif ukoll il-ħtieġa li jissaħħu aktar il-ktajjen kritiċi tal-provvista tal-materja prima wara l-2030 .

Artikolu 47

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

Materja prima strateġika

TAQSIMA 1

LISTA TAL-MATERJA PRIMA STRATEĠIKA

Din il-materja prima għandha titqies strateġika:

(-a)

Aluminju [Em. 5]

(a)

Il-bismut

(b)

Il-boron – grad tal-metallurġija

(c)

Il-kobalt

(d)

Ir-ram

(e)

Il-gallju

(f)

Il-ġermanju

(g)

Il-litju – grad ta’ batterija

(h)

Il-metall tal-manjeżju

(i)

Il-manganiż – grad ta’ batterija

(j)

Il-Grafit Naturali – grad ta’ batterija

(k)

In-nikil – grad ta’ batterija

(l)

Il-Metalli tal-Grupp tal-Platinu

(m)

L-Elementi tal-Materjali tal-Art Rari għall-kalamiti (Nd, Pr, Tb, Dy, Gd, Sm, u Ce)

(n)

Il-metall tas-siliċju

(o)

Il-metall tat-titanju

(p)

It-tungstenu

TAQSIMA 2

METODOLOĠIJA GĦALL-GĦAŻLA TAL-MATERJA PRIMA STRATEĠIKA

1.

L-importanza strateġika għandha tiġi ddeterminata abbażi tar-rilevanza tal-materja prima għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u għall-applikazzjonijiet tad-difiża u tal-ispazju, filwaqt li jitqiesu:

(a)

l-ammont ta’ teknoloġiji strateġiċi li jużaw dik il-materja prima bħala input;

(b)

l-ammont ta’ materja prima meħtieġa għall-manifattura tat-teknoloġiji strateġiċi rilevanti;

(c)

id-domanda dinjija mistennija għat-teknoloġiji strateġiċi rilevanti.

2.

It-tkabbir previst fid-domanda (DF/C) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Image 1

fejn:

DF hi previżjoni tad-domanda għal xi materja prima fis-sena ta’ referenza;

GS hi l-produzzjoni annwali dinjija ta’ xi materja prima fil-perjodu ta’ referenza.

3.

Id-diffikultà biex tiżdied il-produzzjoni għandha tiġi ddeterminata billi jitqiesu mill-inqas:

(a)

l-iskala tal-produzzjoni attwali (PS) ta’ xi materja prima fil-perjodu ta’ referenza, ikkalkolata kif ġej:

Image 2

fejn:

log10 hi logaritmu komuni;

GS hi l-produzzjoni annwali dinjija ta’ xi materja prima fil-perjodu ta’ referenza;

(b)

il-proporzjon tal-produzzjoni tar-riżervi R/P ta’ xi materja prima, ikkalkolat kif ġej:

Image 3

fejn:

R hi r-riżervi magħrufa ta’ riżorsi ġeoloġiċi li jistgħu jiġu estratti ekonomikament ta’ materja prima;

GS hi l-produzzjoni annwali dinjija ta’ xi materja prima fil-perjodu ta’ referenza.

ANNESS II

Materja prima kritika

TAQSIMA 1

LISTA TAL-MATERJA PRIMA KRITIKA

Din il-materja prima għandha titqies kritika:

(a)

L-antimonju

(b)

Arseniku

(c)

Il-boksajt

(d)

Il-barit

(e)

Il-berillju

(f)

Il-bismut

(g)

Il-boron

(h)

Il-kobalt

(i)

Il-Faħam tal-Kokk

(j)

Ir-ram

(k)

Il-feldspar

(l)

Il-fluworit

(m)

Il-gallju

(n)

Il-ġermanju

(o)

L-afnju

(p)

L-elju

(q)

L-Elementi tal-Materjali tal-Art Rari Tqal

(r)

L-Elementi tal-Materjali tal-Art Rari Ħfief

(s)

Il-litju

(t)

Il-manjeżju

(u)

Il-manganiż

(v)

Il-Grafit Naturali

(w)

In-nikil – grad ta’ batterija

(x)

In-nijobju

(y)

Il-blat fosfatiku

(z)

Il-fosforu

(aa)

Il-Metalli tal-Grupp tal-Platinu

(bb)

L-iskandju

(cc)

Il-metall tas-siliċju

(dd)

L-istronzju

(ee)

It-tantalju

(ff)

Il-metall tat-titanju

(gg)

It-tungstenu

(hh)

Il-vanadju

TAQSIMA 2

KALKOLU TAL-IMPORTANZA EKONOMIKA U TAR-RISKJU TAL-PROVVISTA

1.

L-importanza ekonomika (EI) ta’ xi materja prima hi kkalkolata kif ġej:

Image 4

fejn:

As hi s-sehem tal-użu aħħari tal-materja prima f’settur tan-NACE (livell ta’ 2 ċifri);

Qs hi l-valur miżjud tas-settur rilevanti fin-NACE (livell ta’ 2 ċifri);

SIEI hi l-indiċi tas-sostituzzjoni relatat mal-importanza ekonomika.

2.

L-indiċi tas-sostituzzjoni ta’ materja prima relatat mal-importanza ekonomika (SIEI) hu kkalkolat kif ġej:

Image 5

fejn:

i tirrappreżenta materjal sostitut individwali;

a tirrappreżenta applikazzjoni individwali tal-materja prima;

SCP hu l-parametru tal-prestazzjoni tal-kost ta’ sostitut;

Share hu s-sehem tal-materja prima f’applikazzjoni tal-użu aħħari;

Subshare hu s-subsehem ta’ kull sostitut f’kull applikazzjoni.

3.

Ir-riskju tal-provvista (SR) ta’ xi materja prima hu kkalkolat kif ġej:

Image 6

fejn:

GS hi l-produzzjoni annwali dinjija ta’ xi materja prima fil-perjodu ta’ referenza;

Kisba tal-UE hi l-kisba proprja tal-provvista fl-UE, jiġifieri l-produzzjoni domestika tal-UE flimkien ma’ pajjiżi oħra li jimportaw lejn l-UE;

HHI hu l-Indiċi Herfindahl-Hirschman (użat bħala indikatur għall-konċentrazzjoni tal-pajjiż);

WGI hu l-Indiċi tal-Governanza Dinjija skalat (użat bħala indikatur għall-governanza tal-pajjiżi);

t hu l-parametru kummerċjali li jaġġusta d-WGI, li għandu jiġi ddeterminat b’mod li jitqiesu t-taxxi potenzjali fuq l-esportazzjoni (possibbilment imnaqqsa bi ftehim kummerċjali fis-seħħ), il-kwoti fiżiċi fuq l-esportazzjoni jew il-projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni imposti minn pajjiż.

IR hi d-dipendenza fuq l-importazzjoni;

EoLRIR hi r-rata tal-input tar-riċiklaġġ fi tmiem il-ħajja, jiġifieri l-proporzjon tal-inputs tal-materja sekondarja (riċiklati minn ruttam antik) għall-inputs kollha ta’ materja prima (primarja u sekondarja);

SISR hu l-indiċi tas-sostituzzjoni relatat mar-riskju tal-provvista.

4.

Id-dipendenza fuq l-importazzjoni ta’ materja prima hi kkalkolata kif ġej:

Image 7

5.

L-Indiċi Herfindahl-Hirschman (HHIWGI) ta’ xi materja prima hu kkalkolat kif ġej:

Image 8

fejn:

Sc hi s-sehem tal-pajjiż c fil-provvista dinjija (jew fil-kisba tal-UE) tal-materja prima;

WGIc hu l-Indiċi tal-Governanza Dinjija skalat tal-pajjiż c;

tc hu l-parametru kummerċjali ta’ pajjiż li jaġġusta d-WGI, li għandu jiġi ddeterminat filwaqt li jitqiesu t-taxxi potenzjali fuq l-esportazzjoni (possibbilment imnaqqsa bi ftehim kummerċjali fis-seħħ), il-kwoti fiżiċi fuq l-esportazzjoni jew il-projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni imposti minn pajjiż.

6.

L-indiċi tas-sostituzzjoni ta’ xi materja prima relatat mar-riskju tal-provvista (SISR) hu kkalkolat kif ġej:

Image 9

fejn:

i tirrappreżenta materjal sostitut individwali;

a tirrappreżenta applikazzjoni individwali tal-materjal kandidat;

SP hi l-produzzjoni tas-sostitut, li tirrifletti l-produzzjoni dinjija tas-sostitut u tal-materjal;

SCr hi l-kritikalità tas-sostitut, filwaqt li jitqies jekk is-sostitut hux minnu nnifsu materja prima kritika;

SCo hi l-koproduzzjoni tas-sostitut, filwaqt li jitqies jekk is-sostitut hux prodott primarju jew estratt mill-minjieri bħala koprodott jew prodott sekondarju;

Share hu s-sehem tal-materjali kandidati f’applikazzjoni tal-użu aħħari;

Subshare hu s-subsehem ta’ kull sostitut f’kull applikazzjoni.

7.

Meta l-bidliet strutturali jew statistiċi jaffettwaw il-kejl tal-importanza ekonomika u tar-riskju tal-provvista orizzontalment għall-materjali kollha vvalutati, il-valuri korrispondenti għandhom jiġu kkoreġuti biex tpaċu tali bidliet.

Il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq medja tal-aħħar 5 snin li għalihom hemm data. Għandhom jitqiesu l-prijorità, il-kwalità u d-disponibbiltà tad-data.

ANNESS III

Valutazzjoni tal-kriterji tar-rikonoxximent għall-Proġetti Strateġiċi

1.

Jekk proġett fl-Unjoni jissodisfax il-kriterju msemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (a) għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu:

(a)

jekk il-proġett jikkontribwix għall-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 1(2), il-punt (a)  jew għas-sostituzzjoni ta’ materja prima strateġika fil-ktajjen tal-valur tat-teknoloġiji strateġiċi filwaqt li jittieħdu miżuri biex tinkiseb impronta ambjentali simili jew aktar baxxa mill-materja li tiġi sostitwita ;

(b)

fil-każ li l-proġett jikkontribwixxi għall-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 1(2), punt (a), jekk il-proġett jikkontribwix għaż-żamma jew it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Unjoni bħala sehem tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, filwaqt li titqies iż-żieda mistennija fil-konsum tal-Unjoni;

(ba)

jekk il-proġett jirrappreżentax ostaklu għall-ilħuq tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-2050.

Il-kontribut ta’ proġett għall-parametru referenzjarju tal-kapaċità rilevanti għandu jiġi vvalutat filwaqt li jitqies il-pjan tan-negozju tal-proġett u l-informazzjoni teknika ta’ appoġġ inkluża fl-applikazzjoni u ż-żmien stmat għas-suq tal-proġett.

2.

Jekk proġett f’pajjiż terz jissodisfax il-kriterju msemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (a) għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu:

(a)

jekk il-proġett jikkontribwix għall-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 1(2), il-punt (b) jew jikkontribwix għaż-żamma tar-reżiljenza tal-provvista tal-Unjoni ta’ materja prima strateġika jew għall-provvista tal-Unjoni ta’ teknoloġiji strateġiċi permezz tas-sostituzzjoni ta’ materja prima strateġika fil-ktajjen tal-valur tat-teknoloġiji statiċi ;

(b)

jekk il-qafas legali applikabbli jew kundizzjonijiet oħra jipprovdux assigurazzjoni li l-kummerċ u l-investiment relatati mal-proġett mhux se jitfixklu, filwaqt li b’mod partikolari jitqies jekk l-Unjoni kkonkludietx Sħubija Strateġika kif imsemmi fl-Artikolu 33 jew ftehim kummerċjali b’kapitlu dwar il-materja prima mal-pajjiż terz rilevanti, u jkun konsistenti mal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni;

(c)

il-punt sa fejn hemm kumpaniji li għandhom jew li huma lesti jikkonkludu ftehimiet tax-xiri mal-promotur tal-proġett biex jużaw jew jipproċessaw il-materja prima strateġika magħmula mill-proġetti rilevanti fl-Unjoni;

(d)

jekk il-proġett hux konformi mal-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-politika barranija tal-Unjoni.

Il-kontribut ta’ proġett għall-parametri referenzjarji msemmija fil-punt (a) għandu jiġi vvalutat filwaqt li jitqies il-pjan tan-negozju tal-proġett u l-informazzjoni teknika ta’ appoġġ inkluża fl-applikazzjoni, il-ħin stmat għas-suq tal-proġett kif ukoll is-sehem tal-output tal-proġett li hu kopert minn ftehimiet eżistenti jew potenzjali tax-xiri kif imsemmi fil-punt (c). L-evidenza relatata mal-punt (c) tista’ tinkludi ftehimiet kuntrattwali, ittri ta’ intenzjoni jew memoranda ta’ qbil.

3.

Jekk proġett jissodisfax il-kriterju msemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (b) għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu:

(a)

il-kwalità tal-istudji tal-fattibbiltà mwettqa dwar il-potenzjal tal-iżvilupp tal-proġett;

(b)

jekk it-teknoloġija maħsuba biex tintuża ġietx murija fl-ambjent rilevanti.

L-istudji tal-fattibbiltà msemmija fil-punt (a) għandhom jitfasslu biex:

(a)

jivvalutaw jekk proġett propost hux probabbli li jirnexxi jew le billi jiġu analizzati kunsiderazzjonijiet teknoloġiċi u ambjentali;

(b)

jidentifikaw kwistjonijiet u problemi tekniċi potenzjali li jistgħu jinqalgħu waqt it-twettiq tal-proġett.

Jaf ikun hemm bżonn isiru studji oħra biex tiġi konfermata l-fattibbiltà tal-proġett.

4.

Jekk proġett jissodisfax il-kriterju msemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (c), għandu jiġi vvalutat billi titqies , fejn applikabbli, il-konformità tal-proġett mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mal-istrumenti internazzjonali li ġejjin:

(a)

[ĠU: jekk jogħġbok daħħal: referenza għad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta għas-Sostenibbiltà Korporattiva], sa fejn tapplika għall-promotur tal-proġett;

(b)

[ĠU: jekk jogħġbok daħħal: referenza għad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta għas-Sostenibbiltà Korporattiva], sa fejn tapplika għall-promotur tal-proġett;

(c)

Id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali;

(d)

Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju, b’mod partikolari l-linji gwida relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

(e)

Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta’ Riskju Għoli;

(f)

Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Involviment Sinifikanti tal-Partijiet Ikkonċernati fis-Settur tal-Estrazzjoni;

(g)

Il-Prinċipji tal-OECD dwar il-Governanza Korporattiva;

(h)

Il-Linji gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali;

(i)

Il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

(ia)

il-prinċipju ta’ Kunsens Liberu, Minn Qabel u Infurmat (FPIC) kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-2007 . [Em. 11]

Il-promoturi tal-proġetti jistgħu wkoll jikkonfermaw il-konformità mal-kriterju msemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (c) billi:

(a)

jipprovdu evidenza li l-proġett ikkonċernat hu ċċertifikat individwalment bħala parti minn skema rikonoxxuta msemmija fl-Artikolu 29; jew

(b)

jimpenjaw li jiksbu ċertifikazzjoni għall-proġett ikkonċernat bħala parti minn skema rikonoxxuta msemmija fl-Artikolu 29 u jipprovdu evidenza biżżejjed li meta jiġi implimentat il-proġett ikkonċernat ikun jista’ jissodisfa l-kriterji għal din iċ-ċertifikazzjoni.

(ba)

għal proġetti fl-Unjoni, l-impenn li meta jiġi implimentat, il-proġett ikkonċernat se jikkonforma mad-dritt rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

5.

Jekk proġett fl-Unjoni jissodisfax il-kriterju msemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (d), għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu:

(a)

jekk il-kumpaniji minn Stati Membri differenti jipparteċipawx fil-proġett;

(b)

jekk il-persuni li potenzjalment jixtru jkunux jinsabu wkoll f’aktar minn Stat Membru wieħed;

(c)

l-effetti fuq id-disponibbiltà ta’ materja prima strateġika għall-utenti downstream f’aktar minn Stat Membru wieħed.

6.

Jekk proġett f’pajjiż terz jissodisfax il-kriterju msemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (e), għandu jiġi vvalutat billi jitqies il-punt sa fejn il-proġett jikkontribwixxi, fil-pajjiż terz rilevanti biex:

(a)

jissaħħaħ aktar minn stadju wieħed tal-katina tal-valur tal-materja prima f’dak il-pajjiż jew fir-reġjun usa’ tiegħu;

(b)

jitrawwem l-investiment privat fil-katina tal-valur tal-materja prima domestika;

(c)

jinkisbu benefiċċji ekonomiċi jew soċjali usa’, inkluż il-ħolqien tal-impjiegi.

ANNESS IV

Kriterji għall-iskemi taċ-ċertifikazzjoni

Skema taċ-ċertifikazzjoni rikonoxxuta għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

tkun miftuħa b’termini trasparenti, ġusti u nondiskriminatorji għall-operaturi ekonomiċi kollha li lesti u kapaċi jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-iskema u tkun ta’ governanza ta’ bosta partijiet ikkonċernati ;

(b)

ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni jridu jkunu koerenti fid-dritt kollu tal-UE u għandhom jinkludu ▌:

(i)

rekwiżiti li jiżguraw prattiki ambjentalment sostenibbli qabel, waqt u wara l-għeluq tal-operazzjoni , inkluż rekwiżiti li jiżguraw il-ġestjoni ambjentali u l-mitigazzjoni tal-impatti fil-kategoriji tar-riskju ambjentali li ġejjin:

(i)

l-arja, inkluż it-tniġġis tal-arja bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;

(ii)

l-ilma, inkluż qiegħ il-baħar u l-ambjent tal-baħar, u t-tniġġis tal-ilma, l-użu tal-ilma, il-kwantitajiet tal-ilma (għargħar jew nixfiet) u l-aċċess għall-ilma;

(iii)

il-ħamrija, inkluż it-tniġġis tal-ħamrija, l-erożjoni tal-ħamrija, l-użu tal-art u d-degradazzjoni tal-art;

(iv)

il-bijodiversità, inkluż il-ħsara lill-ħabitats, il-fawna selvaġġa, il-flora u l-ekosistemi, inkluż is-servizzi tal-ekosistema;

(v)

is-sustanzi perikolużi;

(vi)

l-istorbju u l-vibrazzjonijiet;

(vii)

is-sikurezza tal-pjanti;

(viii)

l-użu tal-enerġija;

(ix)

l-iskart u r-residwi;

(ii)

rekwiżiti li jiżguraw prattiki soċjalment responsabbli, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol inkluża l-ħajja komunitarja tal-popli indiġeni ;

(iii)

rekwiżiti li jiżguraw l-integrità u t-trasparenza tan-negozju, inkluż rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-ġestjoni t-tajba tal-materji finanzjarji, ambjentali u soċjali u politiki kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim f’konformità mal-Linji gwida tal-OECD elenkati fl-Anness III, il-punt 4;

(c)

il-verifika u l-monitoraġġ tal-konformità jkun oġġettivi, abbażi ta’ standards, rekwiżiti u proċeduri internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali, u mwettqa b’mod indipendenti mill-operatur ekonomiku rilevanti;

(d)

din tinkludi rekwiżiti u proċeduri biżżejjed li jiżguraw il-kompetenza u l-indipendenza tal-verifikaturi responsabbli.

(da)

din tinkludi rekwiżiti biex jiġi żgurat rapport tal-awditjar stabbilit fil-livell tas-sit.

ANNESS V

Impronta ambjentali

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“data dwar l-attivitajiet” tfisser l-informazzjoni assoċjata mal-proċessi waqt l-immudellar tal-Inventarji taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCI). Ir-riżultati aggregati tal-LCI tal-ktajjen tal-proċess li jirrappreżentaw l-attivitajiet ta’ proċess jiġu multiplikati bid-data tal-attivitajiet korrispondenti u mbagħad jiġu kkombinati biex toħroġ l-impronta ambjentali assoċjata ma’ dak il-proċess;

(b)

“lista tal-materjali” tfisser lista tal-materja prima, is-subassemblaġġi, l-assemblaġġi intermedji, is-subkomponenti, il-partijiet u l-kwantitajiet ta’ kull wieħed meħtieġa għall-manifattura tal-prodott fl-ambitu tal-istudju;

(c)

“data speċifika għall-kumpanija” tirreferi għad-data mkejla jew miġbura direttament minn faċilità waħda jew aktar (data speċifika għas-sit) li tkun rappreżentattiva għall-attivitajiet tal-kumpanija. Din hija sinonimu għal “data primarja”;

(d)

“metodu tal-valutazzjoni tal-impatt” tfisser il-protokoll għal tisrif kwantitattiv tad-data tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja f’kontribut għall-impatt ambjentali ta’ tħassib;

(e)

“Kategorija tal-impatt” tfisser klassi ta’ użu tar-riżorsi jew l-impatt ambjentali li d-data tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja tkun relatata magħhom;

(f)

“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u interkonnessi ta’ sistema tal-prodotti, mill-kisba jew il-ħolqien tal-materja prima minn riżorsi naturali sar-rimi finali (ISO 14040:2006);

(g)

“inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI)” tfisser is-sett ikkombinat ta’ skambji ta’ flussi elementari, ta’ skart u ta’ prodotti f’sett tad-data tal-LCI;

(h)

“sett tad-data tal-inventarju taċ-ċiklu tal-ħajja (LCI)” tfisser dokument jew fajl b’informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott speċifikat jew referenza oħra (eż., sit, proċess), li jkopri metadata deskrittiva u inventarju kwantitattiv taċ-ċiklu tal-ħajja. Sett tad-data tal-LCI jista’ jkun sett tad-data ta’ proċess tal-unità, sett tad-data parzjalment aggregat jew aggregat;

(i)

“data sekondarja” tfisser data li ma tkunx minn proċess speċifiku fil-katina tal-provvista tal-kumpanija li twettaq studju dwar l-impronta tal-karbonju. Din tirreferi għad-data li ma tinġabarx, ma titkejjilx jew ma tiġix stmata direttament mill-kumpanija, iżda li tinkiseb minn bażi tad-data tal-LCI ta’ parti terza jew minn sorsi oħra. Id-data sekondarja tinkludi d-data medja tal-industrija (eż., mid-data ppubblikata dwar il-produzzjoni, mill-istatistika tal-gvern, u mill-assoċjazzjonijiet tal-industrija), l-istudji tal-letteratura, l-istudji tal-inġinerija u l-privattivi, u tista’ tkun ibbażata wkoll fuq data finanzjarja, u tinkludi data indikatur, u data ġenerika oħra. Id-data primarja li tgħaddi minn stadju ta’ aggregazzjoni orizzontali titqies bħala data sekondarja;

(j)

“limitu tas-sistema” tfisser l-aspetti inklużi jew esklużi mill-istudju dwar iċ-ċiklu tal-ħajja.

Barra minn hekk, ir-regoli għall-kalkolu għall-impronta ambjentali ta’ materja prima kritika għandhom jinkludu kull definizzjoni oħra meħtieġa għall-interpretazzjoni tagħhom.

2.   Kamp ta’ applikazzjoni

Dan l-Anness jipprovdi l-elementi essenzjali dwar kif tiġi kkalkolata l-impronta ambjentali ta’ materja prima kritika.

Ir-regoli għall-kalkolu tal-impronta ambjentali ta’ materja prima kritika speċifika għandhom jibnu fuq l-elementi essenzjali inklużi f’dan l-Anness, filwaqt li jitqiesu metodi tal-valutazzjoni xjentifikament tajba u standards internazzjonali rilevanti fil-qasam tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-kalkolu tal-impronta ambjentali ta’ materja prima kritika għandu jkun ibbażat fuq il-lista tal-materjali, tal-enerġija, tal-metodi tal-produzzjoni, u tal-materjali awżiljarji użati fil-faċilitajiet involuti fil-produzzjoni tal-materja prima kritika.

Meta tistabbilixxi regoli għall-kalkolu tal-impronta ambjentali ta’ materja prima kritika speċifika, il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tiżgura konsistenza mar-regoli għall-kalkolu tal-impronta ambjentali ta’ prodotti intermedji u finali li jużaw il-materja prima kritika rilevanti.

3.   Unità dikjarata

L-unità dikjarata għandha tkun 1kg tat-tip rilevanti ta’ materja prima kritika.

Ir-regoli għall-kalkolu tal-impronta ambjentali ta’ materja prima kritika speċifika jistgħu jispeċifikaw unità ddikjarata ogħla jew aktar baxxa, espressa f’kg, fejn meħtieġ biex jitqiesu n-natura jew l-użu tal-materja prima kritika rilevanti.

Id-data kwantitattiva kollha dwar l-input u l-output miġbura mill-manifattur biex jikkwantifika l-impronta tal-karbonju għandha tiġi kkalkulata fir-rigward ta’ din l-unità dikjarata.

4.   Limitu tas-sistema

L-estrazzjoni, il-konċentrazzjoni u r-raffinar huma t-tliet stadji taċ-ċiklu tal-ħajja li għandhom jiġu inklużi fil-limitu tas-sistema tal-materja prima kritika primarja bil-proċessi li ġejjin (meta rilevanti għall-materja prima speċifika):

(a)

Proċessi upstream inkluża l-estrazzjoni ta’ minerali għall-produzzjoni, il-produzzjoni u l-provvista ta’ materja prima ( inkluż il-ġarr) tas-sustanzi kimiċi, l-awżiljarji, il-produzzjoni u l-provvista ( inkluż il-ġarr) tal-fjuwils, il-produzzjoni u l-provvista tal-elettriku, u l-ġarr tal-materjali fil-vetturi li mhumiex proprjetà jew operati mill-organizzazzjoni ;

(b)

Il-ġarr tal-minerali, tal-konċentrati u tal-materja prima f’vetturi li huma proprjetà tal-organizzazzjoni jew operati minnha;

(c)

Il-ħżin tal-minerali, tal-konċentrati u tal-materja prima;

(d)

It-tkissir u t-tindif tal-minerali;

(e)

Il-produzzjoni tal-konċentrat tal-materja prima;

(f)

L-estrazzjoni tal-metall (b’mezzi kimiċi, fiżiċi jew bijoloġiċi);

(g)

It-trattament minn qabel tal-materjal sekondarju;

(h)

Il-konverżjoni tal-metall;

(i)

It-tindif tal-gagazza;

(j)

Ir-raffinar tal-metall;

(k)

L-elettroliżi tal-metall;

(l)

L-ikkastjar jew l-imballaġġ tal-metall;

(m)

Il-materjal użat u t-trattament tal-gagazza;

(n)

Il-proċessi awżiljarji relatati kollha bħat-trattament tal-ilma mormi (fuq il-post, inkluż għat-trattament tal-ilmijiet tal-ipproċessar, it-tkessiħ dirett, l-ilma u l-ilma tax-xeba’), is-sistemi tat-tnaqqis tal-gass (inkluż tal-gassijiet primarji u sekondarji, il-bojlers (inkluż it-trattament minn qabel tal-ilma tal-alimentazzjoni), il-loġistika interna.

Fil-limitu tas-sistema tal-materja prima kritika sekondarja (li tiddefinixxi l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja tar-riċiklaġġ), għandhom jiġu inklużi l-proċessi li ġejjin (meta rilevanti għall-materja prima riċiklata speċifika):

(a)

Il-proċessi upstream, inkluż il-ħolqien ta’ materja prima tal-alimentazzjoni (materjali tar-ruttam u konċentrati tar-ram verġni, il-produzzjoni u l-provvista (il-ġarr) tas-sustanzi kimiċi, l-awżiljarji, il-produzzjoni u l-provvista (il-ġarr) tal-fjuwils, il-produzzjoni u l-provvista tal-elettriku, u l-ġarr tal-materjali f’vetturi li mhumiex proprjetà tal-organizzazzjoni;

(b)

Il-ġarr tal-konċentrati u tar-ruttam f’vetturi li huma proprjetà tal-organizzazzjoni jew operati minnha;

(c)

Il-ħżin tar-ruttam, tal-konċentrati u tal-materja prima;

(d)

It-trattament minn qabel tal-materjal sekondarju;

(e)

It-trattament minn qabel tal-materjal sekondarju;

(f)

Il-konverżjoni tal-metall;

(g)

Ir-raffinar tal-metall;

(h)

L-elettroliżi tal-metall;

(i)

L-ikkastjar jew l-imballaġġ tal-metall;

(j)

It-trattament tal-materjal użat;

(k)

Il-proċessi awżiljarji relatati kollha bħat-trattament tal-ilma mormi (fuq il-post, inkluż għat-trattament tal-ilmijiet tal-ipproċessar, it-tkessiħ dirett, l-ilma u l-ilma tax-xeba’), is-sistemi tat-tnaqqis tal-gass (inkluż tal-gassijiet primarji u sekondarji, il-bojlers (inkluż it-trattament minn qabel tal-ilma tal-alimentazzjoni), u l-loġistika interna.

Il-fażi tal-użu jew il-fażi ta’ tmiem il-ħajja għandhom jiġu esklużi mill-kalkoli tal-impronta ambjentali għax ma għandhomx l-influwenza diretta tal-operatur ekonomiku responsabbli. Proċessi oħra jistgħu jiġu esklużi meta l-kontribut tagħhom għall-impronta ambjentali ta’ materja prima kritika speċifika jkun insinifikanti.

5.   Kategoriji tal-impatt

Ir-regoli għall-kalkolu għandhom jispeċifikaw il-kategorija jew il-kategoriji tal-impatt li jeħtieġ tiġi inkluża fil-kalkolu tal-impronta ambjentali kif ukoll l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra . L-għażla għandha tkun ibbażata fuq l-analiżi hotspot imwettqa skont metodoloġiji xjentifikament tajba żviluppati fil-livell internazzjonali u filwaqt li jitqiesu:

(a)

l-importanza relattiva ta’ impatti differenti, inkluż l-importanza relattiva tagħhom għal ▌ impatti klimatiċi u ambjentali;

(b)

il-ħtiġijiet tal-kumpaniji downstream li jixtiequ jikkomunikaw dwar l-impronta ambjentali tal-materja prima kritika li jużaw.

6.   Użu ta’ settijiet tad-data speċifiċi u sekondarji għall-kumpaniji

Ir-regoli għall-kalkolu għandhom jispeċifikaw l-użu ta’ settijiet tad-data speċifiċi jew sekondarji tal-kumpaniji għall-proċessi u għall-materjali rilevanti kollha. Jekk ir-regoli tal-kalkolu jippermettu l-għażla bejn sett tad-data speċifiku għal kumpanija u sett tad-data sekondarju, għandu jkun hemm inċentiv biżżejjed fil-metodu tal-kalkolu biex jintuża sett tad-data speċifiku għall-kumpanija.

L-użu ta’ data speċifika għall-kumpanija għandu jkun meħtieġ tal-anqas għall-proċessi bl-influwenza diretta tal-operatur responsabbli u għandu jkollu l-akbar kontribut għall-kategoriji tal-impatt rilevanti.

Id-data tal-attività speċifika għall-kumpanija għandha tintuża flimkien mas-settijiet tad-data sekondarji rilevanti konformi mal-Impronta Ambjentali. Ir-regoli għall-kalkolu għandhom jispeċifikaw jekk hux permess kampjunar, skont il-kriterji stabbiliti f’metodoloġiji xjentifikament tajba żviluppati fil-livell internazzjonali.

Bidla fil-lista tal-materjali jew fit-taħlita tal-enerġija użata għall-produzzjoni ta’ tip ta’ materja prima kritika teħtieġ kalkolu ġdid tal-impronta ambjentali.

Meta tiġi kkalkulata l-intensità tal-karbonju tal-enerġija użata fl-istadji tal-proċessi kif elenkati fil-punt 4, għandha tintuża d-data tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra medji tat-taħlita tal-enerġija tal-pajjiż jew, fejn ikun possibbli, tar-reġjun, fejn tkun seħħet l-attività jew il-proċess speċifiku. Fatturi ta’ emissjoni aktar baxxi għandhom jintużaw biss meta l-operatur ekonomiku jkun jista’ juri b’mod affidabbli li l-proċessi individwali jew il-provvista tal-enerġija tiegħu jkunu anqas intensivi fil-karbonju mit-taħlita tal-enerġija tal-medja tal-pajjiż jew, fejn possibbli, tal-medja tar-reġjun. Dan għandu jintwera permezz ta’ rabta diretta ma’ produttur tal-enerġija rinnovabbli jew produttur b’intensità tal-karbonju aktar baxxa jew kuntratt li juri rabta temporali u ġeografika bejn il-provvista tal-enerġija u l-użu mill-operatur ekonomiku, li għandu jiġi vverifikat minn dikjarazzjoni ta’ verifika ta’ parti terza.

Ir-regoli għall-kalkolu li jridu jiġu elaborati b’att delegat għandhom jinkludu mmudellar dettaljat tal-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li ġejjin:

(a)

L-istadju tal-estrazzjoni, il-konċentrazzjoni u r-raffinar ta’ materja prima primarja;

(b)

L-istadju tal-kisba u l-ipproċessar ta’ materja prima sekondarja.

7.   Metodi tal-valutazzjoni tal-impatt

L-impronta ambjentali għandha tiġi kkalkolata b’metodi tal-valutazzjoni tal-impatt xjentifikament tajba li jqisu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali tal-kategoriji tal-impatt rilevanti relatati mat-tibdil fil-klima, l-ilma, l-arja, il-ħamrija, ir-riżorsi, l-użu tal-art u t-tossiċità.

Ir-riżultati għandhom jingħataw bħala riżultati karatterizzati (bla normalizzazzjoni u ponderazzjoni).

8.   Klassijiet tal-prestazzjoni tal-impronta tal-karbonju

Skont id-distribuzzjoni tal-valuri tad-dikjarazzjonijiet tal-impronta ambjentali mqiegħda fis-suq intern, se jiġi identifikat għadd sinifikanti ta’ klassijiet tal-prestazzjoni, bil-kategorija A bħala l-aħjar klassi bl-inqas impatt taċ-ċiklu tal-ħajja, biex tkun tista’ ssir divrenzjazzjoni fis-suq. L-identifikazzjoni tal-limitu għal kull klassi tal-prestazzjoni, kif ukoll il-wisa’ tagħhom, se tkun ibbażata fuq id-distribuzzjoni tal-prestazzjonijiet tal-materja prima kritika rilevanti mqiegħda fis-suq fit-3 snin preċedenti, it-titjib teknoloġiku mistenni, u fatturi tekniċi oħra li jridu jiġu identifikati.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-għadd ta’ klassijiet tal-prestazzjoni u l-limiti bejniethom kull 3 snin biex iżżommhom rappreżentattivi tar-realtà tas-suq u l-iżvilupp mistenni tiegħu.

9.   Valutazzjoni tal-konformità

Ir-regoli għall-kalkolu u l-verifika għandhom jispeċifikaw il-proċedura applikabbli tal-valutazzjoni tal-konformità minn fost il-moduli stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, bl-adattamenti meħtieġa fid-dawl tal-materjal ikkonċernat.

Meta tispeċifika l-proċedura applikabbli tal-valutazzjoni tal-konformità, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

(a)

jekk il-modulu kkonċernat hux xieraq għat-tip ta’ materjal u proporzjonat għall-interess pubbliku segwit;

(b)

id-disponibbiltà ta’ partijiet terzi kompetenti u indipendenti li jistgħu jwettqu kompiti potenzjali tal-valutazzjoni tal-konformità ta’ partijiet terzi;

(c)

meta l-involviment tal-partijiet terzi jkun obbligatorju, il-ħtieġa tal-manifattur li jkollu għażla bejn il-moduli tal-assigurazzjoni tal-kwalità u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

ANNESS VI

Prodotti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 27(1)

It-tabella li ġejja telenka l-prodotti kif klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0260/2023).

(*1)  Din hija verżjoni kkoreġuta tat-testi adottati, li għandha l-għan li tiżgura l-konkordanza tal-verżjonijiet lingwistiċi kollha. Ġiet miżjuda definizzjoni, li kienet nieqsa fil-verżjoni preċedenti minħabba raġunijiet tekniċi, li rriżultat fir-rinumerazzjoni tad-definizzjonijiet (korrezzjoni fl-Artikolu 2).

(*2)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)  ĠU C , , p. .

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali (ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4).

(5)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, Il-prinċipji tal-UE għal materja prima sostenibbli, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021, https://data.europa.eu/doi/10.2873/27875

(6)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(8)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)

(9)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (Il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(10)  Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

(11)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(12)  Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE – Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15).

(13)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).

(16)   Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

(17)   Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 tal-10 ta’ Mejju 2021 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE (ĠU L 167 I, 12.5.2021, p. 1).

(18)  Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment – Il-Portal Globali (JOIN/2021/30 final).

(19)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2576 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li jsaħħaħ is-solidarjetà permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tax-xiri tal-gass, parametri referenzjarji affidabbli tal-prezzijiet u skambji transfruntieri tal-gass (ĠU L 335, 29.12.2022, p. 1).

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372 tal-24 ta’ Ottubru 2022 dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 64).

(22)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3-30).

(23)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(24)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(25)   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(26)   Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(27)   Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(28)  In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1791/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)