02010R0333 — MT — 24.02.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 333/2010

tat-22 ta’ April 2010

dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għal Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni, ►M2  Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 102 23.4.2010, p. 19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/897 tat-8 ta' Ġunju 2016

  L 152

7

9.6.2016

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/146 tat-3 ta’ Frar 2020

  L 31

3

4.2.2020




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 333/2010

tat-22 ta’ April 2010

dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għal Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) bħala addittiv fl-għalf għal ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni, ►M2  Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li hija parti mill-kategorija ta’ addittivi, “addittivi żootekniċi”, u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti tal-batterja fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU /kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta’ addittivi żuotekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti tal-batterja fil-musrana

4b1820

►M2  Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, rappreżentata fl-Unjoni Ewropea minn Pen & Tec Consulting S.L.U. ◄

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544) b'minimu ta' 1,0 × 1010 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Spori vijabbli (CFU) ta' Bacillus subtilis C-3102 (DSM 15544)

Metodu analitiku (1)

Enumerazzjoni: il-metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar fil-matriċijiet kollha fil-mira (EN 15874:2009)

L-identifikazzjoni: elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

Ħnienes (miftuma)

—

3 × 108

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv, it-taħlita preliminari u l-għalf kompost, indika t-temperatura għall-ħżin, il-perjodu tal-ħżin, u l-istabbilità għall-pelleting.

2.  Għall-ħnienes miftuma sa piż approssimattiv ta’ 35 kg.

3.  Għas-sikurezza: għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti waqt l-użu.

13 ta’ Mejju 2020

(1)   Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives