European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4801

31.7.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11651 – ARDIAN / QH / FGP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/4801)

1.   

Fis-16 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Ardian France S.A. (Franza) (“Ardian”), ikkontrollata minn Ardian Holding SAS, Franza;

—

Qatar Holding LLC (“QH”), ikkontrollata mill-Qatar Investment Authority (“QIA”), il-Qatar;

—

FGP Topco Limited (“FGP”), il-kumpanija prinċipali aħħarija ta’ Heathrow Airport Holdings Limited, ir-Renju Unit, attwalment ikkontrollata b’mod konġunt minn Ferrovial S.A. (“Spanja”) u HQ.

Ardian u QH se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ FGP.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Ardian huwa investitur globali ta’ ekwità privata u maniġer tal-assi;

—

QH hija kumpanija azzjonarja ta’ investiment globali mwaqqfa minn QIA, il-fond ta’ investiment sovran tal-Istat tal-Qatar.

3.   

FGP, permezz tas-sussidjarji tagħha, tippossjedi, tamministra u żżomm l-ajruport ta’ Heathrow fir-Renju Unit, inkluż ir-runways, it-terminals, is-sistemi tal-bagalji, u faċilitajiet oħra tal-ajruport, inkluż is-servizz ferrovjarju Heathrow Express.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11651 – ARDIAN / QH / FGP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4801/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)