European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2068

1.4.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12379 – Bain Capital / Tingstad Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/2068)

1.   

Fl-24 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Bain Capital Investors, LLC (“Bain Capital”, l-Istati Uniti),

—

Aktiebolaget Tingstad Papper (“Tingstad Group”, l-Iżvezja).

Bain Capital se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Tingstad Group kollu.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Bain Capital hija ditta tal-investimenti ta’ ekwità privata li tinvesti f’kumpaniji f’diversi industriji, inklużi dawk tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, tal-prodotti bl-imnut u għall-konsumatur, tal-komunikazzjonijiet, servizzi finanzjarji u industrijali / manifattura,

—

Proprjetà ta’ familja, Tingstad Group huwa distributur Żvediż ta’ materjal konsumabbli mhux tal-ikel, iffukat fuq id-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-iġjene u tat-tindif, oġġetti li jintremew fis-servizz tal-ikel kif ukoll basktijiet u imballaġġ. Tingstad Group għandu wkoll fergħa tal-produzzjoni ffukata fuq il-manifattura ta’ basktijiet tal-karti u xkejjer tal-karti tal-kummerċ elettroniku, prinċipalment fl-Iżvezja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jippreżentaw il-kummenti possibbli tagħhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M. 12379 – Bain Capital / Tingstad Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2068/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)