|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1727 |
13.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1727
tal-10 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet introdotti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/996
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u jipprevedi regoli speċifiċi għal dik il-ġestjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 (3) jistabbilixxi r-regoli għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-importazzjoni mfassla biex jintużaw skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali (il-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”). |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/996 (4) introduċa, fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988, bidliet li rriżultaw mill-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (“l-ITA”) (5) fir-rigward tal-kwoti tariffarji. |
|
(4) |
L-ITA ilu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Mejju 2026. Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/996 japplika mill-1 ta’ Mejju 2026 ukoll. |
|
(5) |
Fit-tabelli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4920 u 09.4925 fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, hija meħtieġa prova tal-kummerċ jekk ir-rekwiżit tal-kwantità referenzjali ikun sospiż. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-kwantità minima għall-prova tal-kummerċ, f’każ li tkun meħtieġa. |
|
(6) |
L-ITA jipprevedi li l-Unjoni tiftaħ kwota tariffarja għal-laħam tal-majjal li joriġina mill-Paragwaj. Dik il-kwota tariffarja nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/996. Il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4945 fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 tikkonċerna l-laħam tal-majjal li joriġina mill-Paragwaj biss. Għalhekk, fit-tabella tal-kwota tariffarja għal dik il-kwota, l-oriġini “Paragwaj” hija indikata sew fir-ringiela tal-oriġini. Madankollu, ir-ringiela “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” fiha test kontradittorju: fit-tieni u r-raba’ sentenzi, ir-referenzi għall-oriġini “Mercosur” ma kinux korretti peress li l-oriġini tal-laħam tal-majjal kellha tkun il-Paragwaj biss u mhux l-Istati tal-Mercosur kollha. |
|
(7) |
Għalhekk, sabiex l-ITA jiġi implimentat b’mod korrett, l-entrati speċifiċi li jridu isiru fuq il-liċenzja jenħtieġ li jiġu ċċarati. |
|
(8) |
Huwa xieraq li l-iżbalji deskritti fil-premessa 6 jiġu rettifikati b’mod retroattiv, peress li jistgħu joħolqu konfużjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-liċenzja maħruġa għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4945. Fil-fatt, għal din il-kwota tariffarja ma waslet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja matul il-perijodu ta’ applikazzjoni għal liċenzja f’Mejju 2026, b’hekk ma nħarġet l-ebda liċenzja tal-importazzjoni għal dik il-kwota tariffarja għall-ewwel subperjodu tas-sena 2026. Għalhekk, jenħtieġ li din l-emenda tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 tapplika b’mod retroattiv mill-istess data li japplika minnha r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/996, jiġifieri l-1 ta’ Mejju 2026. |
|
(9) |
Fl-Artikolu 4(4a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988, jeħtieġ jiġi speċifikat li qed issir referenza għall-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761. |
|
(10) |
Għal diversi kwoti tariffarji għall-prodotti li joriġinaw mill-Istati tal-Mercosur, il-kwantità fl-ITA hija espressa f’ekwivalenti tal-piż. Madankollu, għadd ta’ koeffiċjenti ta’ konverżjoni meħtieġa għall-ġestjoni ta’ dawn il-kwoti tariffarji mhumiex inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/996, peress li mhumiex inklużi fl-ITA. Jenħtieġ li l-koeffiċjenti tal-konverżjoni neqsin għall-prodotti tal-laħam li jintużaw biex il-piż tal-prodott jiġi kkonvertit f’ekwivalenti tal-piż tal-karkassa jiġu introdotti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761. |
|
(11) |
Il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0881 stabbilita fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 tikkonċerna l-għasel, u l-perjodu tal-kwota tariffarja jinqasam f’subperjodi. Il-kwantità importata taħt dik il-kwota tariffarja fl-ewwel subperjodu tal-2026 qabżet il-kwantità disponibbli għal dan l-ewwel subperjodu b’152 040 kg. Sabiex jiġi żgurat li l-kwantità prorata għall-2026 mogħtija skont il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0881 ma tinqabiżx, jenħtieġ li l-kwantità importata żejda matul l-ewwel subperjodu titnaqqas mill-kwantità għall-aħħar subperjodu tal-2026. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi VIII, X u XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-paragrafu 4(4a), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan id-dokument jista’ jinħareġ b’mod elettroniku f’konformità mal-mudell tad-data ELAN1L-TCDOC. F’dan il-każ, matul il-perjodu tranżitorju, japplikaw l-Artikoli 72a sa 72d tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.”; |
|
(2) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Anness I, il-punt 2, għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/761/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 tal-11 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni f’konformità mal-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel” (ĠU L 422, 14.12.2020, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1988/oj).
(4) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/996 tad-29 ta’ April 2026 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 dwar il-ħolqien, l-emendar u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji wara l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (ĠU L, 2026/996, 30.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/996/oj).
(5) Il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (ĠU L, 2026/184, 27.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2026/184/oj).
ANNESS I
L-Annessi VIII, X u XVI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness X, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4945, ir-ringiela “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fuq l-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-Parti D tal-Anness XVI hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
Fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0881, ir-ringiela “Kwantità” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“Kwantità |
2026: |
Pro rata ta’ 7 500 000 kg |
|
|
2027: |
15 000 000 kg |
|
|
|
2028: |
22 500 000 kg |
|
|
|
2029: |
30 000 000 kg |
|
|
|
2030: |
37 500 000 kg |
|
|
|
2031 u snin sussegwenti: 45 000 000 kg |
|||
|
Il-kwantità pro rata għas-sena 2026 għandha tinqasam kif ġej: 1 402 040 kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju; 1 875 000 kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru; u 1 722 960 kg għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru. |
|||
|
Għas-sena 2027 u għas-snin sussegwenti, il-kwantità annwali għandha tinqasam kif ġej: 25 % għal kull subperjodu.”. |
|||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1727/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)