Official Journal L 368 , 31/12/1985 P. 0003 - 0006
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 40 P. 0048
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 40 P. 0048
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0050
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0050
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 3812/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 li jaġġusta ċerti Regolamenti dwar ħalib u prodotti tal-ħalib minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall [1], u b’mod partikolari Artikolu 396 tiegħu, Billi, skond Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ Adeżjoni, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej jistgħu jadottaw, qabel is-sħubija, l-miżuri msemmija f’Artikolu 396 tal-Att, dawk il-miżuri li jidħlu fis-seħħ soġġetti għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat; Billi aġġustamenti għandhom isiru għar-Regolamenti li ġejjin dwar ħalib u prodotti tal-ħalib: - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1098/68 tas-27 ta’ Lulju 1968 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib [2], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2283/81 [3], - Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1282/72 tal-21 ta’ Ġunju 1972 dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezz imnaqqas lill-armata u forzi simili [4], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3474/80 [5], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1717/72 tat-8 ta’ Awissu 1972 dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezz imnaqqas lill-istituzzjonijiet li jaħdmu mhux bi profitt u organizzazzjonijiet [6], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3474/80, [7] - Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1624/76 tat-2 ta’ Lulju 1976 dwar arranġamenti speċjali għall-ħlas ta’ għajnuna għal ħalib xkumat polverizzat żnaturat jew proċessat f’oġġetti tal-ikel komposti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor [8], skond l-aħħar emenda permezz tar- Regolament (KEE) Nru 100/85 [9], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 368/77 tat-23 ta’ Frar 1977 dwar il-bejgħ bl-appalt ta’ ħalib xkumat polverizzat għall-użu ta’ ikel għal ħnieżer u tjur [10], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KEE) Nru 906/85 [11], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 443/77 tat-2 ta’ Marzu 1977 dwar il-bejgħ bi prezz fiss ta’ ħalib xkumat polverizzat għall-użu ta’ ikel għal ħnieżer u tjur u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 1687/76 u Nru 368/77 [12], skond l-aħħar emenda permezz tar- Regolament (KEE) Nru 1454/85 [13], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 776/78 tat-18 ta’ April 1978 dwar l-applikazzjoni tal-iżgħar rata ta’ rifużjoni dwar esportazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib u li jħassar u jemenda ċerti Regolamenti [14], skond l-aħħar emenda permezz tar- Regolament (KEE) Nru 1475/80 [15], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 262/79 tat-12 ta’ Frar 1979 dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezz imnaqqas għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-għaġina, ġelat u oġġetti oħra tal-ikel [16], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3021/85 [17], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1725/79 tas-26 ta’ Lulju 1979 dwar regolamenti biex tingħata għajnuna għal ħalib xkumat polverizzat proċessat f’oġġetti tal-ikel komposti u ħalib xkumat polverizzat maħsub bħala għalf għal għeġejjel [18], skond l-aħħar emenda permezz tar- Regolament (KEE) Nru 2859/85 [19], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/79 tat-18 ta’ Diċembru 1979 li jipprovdi l-kundizzjonijiet li bihom ċerti ġobnijiet li jibbenefikaw minn trattament ta’ importazzjoni preferenzjali għandhom jiġu proċessati [20], skond l-aħħar emenda permezz tar- Regolament (KEE) Nru 3474/80, - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1932/81 tat-13 ta’ Lulju 1981 dwar l-għoti ta’ għajnuna għal butir u butir konċentrat għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-għaġina, ġelat u oġġetti oħra tal-ikel [21], skond l-aħħar emenda permezz tar- Regolament (KEE) Nru 453/85 [22], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81 tal-31 ta’ Lulju 1981 dwar l-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li jaħdmu mhux bi profitt [23], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1365/85 [24], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2192/81 tal-31 ta’ Lulju 1981 dwar l-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ butir mill-armati u forzi simili tal-Istati Membri [25], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1365/85, - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2729/81 tal-14 ta’ Settembru 1981 li jistabbilixxi regoli speċjali li jimplimentaw is-sistema ta’ liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni u l-iffissar bil-quddiem ta’ rifużjonijiet għar-rigward ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib [26], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KEE) Nru 369/85 [27], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1953/82 tas-6 ta’ Lulju 1982 li jistipula kundizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni ta’ ċertu ġobon lil ċerti pajjiżi mhux membri [28], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3110/85 [29], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1354/83 tas-17 ta’ Mejju 1983 li jistipula regoli ġenerali għall-mobilizzar u provvista ta’ ħalib xkumat polverizzat, butir u żejt tal-butir bħala għajnuna tal-ikel [30], skond l-aħħar emenda permezz tar- Regolament (KEE) Nru 1886/83 [31], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 442/84 tal-21 ta’ Frar 1984 dwar l-għoti ta’ għajnuna għal butir minn ħażna privata għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-għaġina, ġelat u oġġetti oħra tal-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1245/83 [32], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3714/84 tal-21 ta’ Diċembru 1984 li jistipula regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-użu ta’ ħalib parzjalment xkumat u trab tal-ħalib parzjalment xkumat f’oġġetti tal-ikel [33], skond l-aħħar emenda permezz tar- Regolament (KEE) Nru 2445/85 [34], - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 tal-11 ta’ Novembru 1985 dwar il-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ta’ butir ta’ intervent maħsub għal konsum dirett f’forma ta’ butir konċentrat [35], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 1098/68, żona ta’ destinazzjoni D hi mħassra. 2. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1287/7: "Mantequilla de intervención vendida a las Fuerzas Armadas — Reglamento (CEE) no 1282/72". 3. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 5(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1717/72: "Mantequilla de intervención vendida de acuerdo con lo establecido en el Reglamento (CEE) no 1717/72". 4. Dan li ġej hu miżjud mat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1624/76: "Destinada a ser sometida a control y a ser objeto de la constitución de una fianza (Reglamento (CEE) no 1624/76)". 5. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 368/77: "Para ser desnaturalisada (Reglamento (CEE) no 368/77)". 6. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 443/77: "Para ser desnaturalizada (Reglamento (CEE) no 443/77)". 7. Fl-Anness għal Regolament (KEE) Nru 776/78, ir-riferenza għal żona D hi mħassra mill-kolonna "Destinazzjoni". 8. Regolament (KEE) Nru 262/79 hu emendat kif ġej: 1. Dan li ġej hu miżjud mat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 6: "Mantequilla concentrada destinada exclusivamente a la transformación en uno de los productos contemplados en el articulo 4 del Reglamento (CEE) no 262/79". 2. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 20: "Mantequilla destinada a la transformación (Reglamento (CEE) no 262/79)." 9. Regolament (KEE) Nru 1725/79 hu emendat kif ġej: 1. Dan li ġej hu miżjud mal-ewwel inċiż ta’ Artikolu 4(4)(b): "Mezcla destinada a la fabricación de piensos compuestos (Reglamento (CEE) no 1725/79)." 2. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 7(2): "Aplicación del Reglamento (CEE) no 1725/79 — piensos, compuestos para an imales destinados a la explotacion agraria o de cria o de engorde que lo utilicen". 10. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/79: "destino especifico: Reglamento (CEE) no 1535/77 y Reglamento (CEE) no 2967/79". 11. Id-dikjarazzjonijiet li ġejjin huma miżjuda ma’ taqsima 104 ta’ Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 1932/81: "Mantequilla concentrada destinada a transformación (Reglamento (CEE) no 1932/81)". "Producto intermedio destinado a la transformatión en … (nombre y dirección del establecimiento) (Reglamento (CEE) no 1932/81 articulo 10 paragrafo 2)". 12. Regolament (KEE) Nru 2191/81 hu emendat kif ġej: 1. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 4(1): "— Mantequilla a precio reducido en base al Reglamento (CEE) no 2191/81". 2. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 4(2): "— Reventa prohibida". 13. Regolament (KEE) Nru 2192/81 hu emendat kif ġej: 1. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 4(1): "Mantequilla a precio reducido destinada a las Fuerzas Armadas". 2. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 4(2): "Reventa Prohibida". 14. Regolament (KEE) Nru 2729/81 hu emendat kif ġej: 1. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 6(1): "Exportación especial (Reglamento (CEE) no …". 2. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 6(2): "— A exportar sin restitución". 3. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 13(2): - "Fijación previa limitada al componente leche" jew - "Fijación previa limitada al elemento azucar". 4. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 16(1): "Candidad indicativa". 5. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 16(2): "Certificado complementar". 6. Fil-kolonna "Destinazzjoni" f’Anness I, id-destinazzjonijiet faċċata tat-titolu CCT Nru 04.04 huma emendati biex jinqraw kif ġej: "Awstrija, Andorra". 15. Regolament (KEE) Nru 1953/82 hu emendat kif ġej: 1. F’Artikolu 1 il-kelma "Spanja" hi mħassra. 2. F’Artikolu 2, paragrafi 4 u 5 huma mħassra. 3. F’Artikolu 6(2) il-kliem "jew Spanja" huma mħassra. 4. Annessi IIIA, IIIB, IIIĊ u V huma mħassra. 16. Artikolu 22(4) tar-Regolament (KE) Nru 1354/83 hu emendat kif ġej: "Destinado a ser exportado como ayuda alimentaria (Reglamento (CEE) no 1354/83)". 17. Regolament (KEE) Nru 442/84 hu emendat kif ġej: 1. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 7: "Mantequilla de almacenamiento privado destinada a transformación (Reglamento (CEE) no 442/84)". 2. Fl-Anness huma miżjuda d-dikjarazzjonijiet li ġejjin: - f’A(a), Artikolu 104: "Destinada a concentración y transformación ulterior (Reglamento (CEE) no 442/84)"; - f’A(b), Artikolu 104: "mantequilla concentrada destinada a transformación (Reglamento (CEE) no 442/84)"; jew "Producto intermedio destinado a transformación: … (nombre y direccion del establecimiento). (Reglamento (CEE) no 442/84, art. 6 parrafo 2)"; - f’ B, Artikolu 104: "Destinada a transformación directa (Reglamento (CEE) no 442/84)". 18. F’Anness IV, Artikolu 104 tar- Regolament (KEE) Nru 3143/84, hu miżjud dan li ġej: "Leche en polvo parcialmente desnatada destinada a ser utilizada segùn el reglamento (CEE) no 1725/79 (Reglamento (CEE) no 3714/84)". 19. Regolament (KEE) Nru 3145/85 hu emendat kif ġej: 1. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 3(2): "Mantequilla destinada a la transformación en mantequilla concentrada (Reglamento (CEE) no 3143/85)" 2. Dan li ġej hu miżjud ma’ Artikolu 5(4): - "Mantequilla concentrada" ó "mantequilla concentrada para la cocina" ó "mantequilla concentrada para la cocina y la pasteleria" - "Ghee obtenido de mantequilla". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1986, soġġett għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1985. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 1. [2] ĠU L 184, tad-29.7.1968, p. 10. [3] ĠU L 223, tat-8.8.1981, p. 10. [4] ĠU L 142, tat-22.6.1972, p. 14. [5] ĠU L 363, tad-31.12.1980, p. 50. [6] ĠU L 181, tad-9.8.1972, p. 11. [7] ĠU L 363, tad-31.12.1980, p. 50. [8] ĠU L 180, tas-6.7.1976, p. 9. [9] ĠU L 13, tas-16.1.1985, p. 10. [10] ĠU L 52, ta’ l-24.2.1977, p. 19. [11] ĠU L 97, ta’ l-4.4.1985, p. 27. [12] ĠU L 58, tat-3.3.1977, p. 16. [13] ĠU L 144, ta’ l-1.6.1985, p. 68. [14] ĠU L 105, tad-19.4.1978, p. 5. [15] ĠU L 147, tat-13.6.1980, p. 15. [16] ĠU L 14, tas-16.2.1979, p. 1. [17] ĠU L 289, tal-31.10.1985, p. 14. [18] ĠU L 199, tas-7.8.1979, p. 1. [19] ĠU L 274, tal-15.10.1985, p. 27. [20] ĠU L 336, tad-29.12.1979, p. 23. [21] ĠU L 191, ta’ l-14.7.1981, p. 6. [22] ĠU L 52, tat- 22.2.1985, p. 40. [23] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 20. [24] ĠU L 139, tas-27.5.1985, p. 20. [25] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 24. [26] ĠU L 272, tas-26.9.1981, p. 19. [27] ĠU L 44, ta’ l-14.2.1985, p. 11. [28] ĠU L 212, tal-21.7.1982, p. 5. [29] ĠU L 296, tat-8.11.1985, p. 33. [30] ĠU L 142, ta’ l-1.6.1983, p. 1. [31] ĠU L 187, tat-12.7.1983, p. 29. [32] ĠU L 52, tat-23.2.1984, p. 12. [33] ĠU L 341, tad-29.12.1984, p. 65. [34] ĠU L 232, tat-30.8.1985, p. 17. [35] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9. --------------------------------------------------