|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1400 |
17.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1400
tas-16 ta’ Lulju 2025
dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tan-nagħniegħ minn Mentha × piperita L., taż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. u taż-żejt essenzjali tas-salvja minn Salvia officinalis L. bħala addittivi għall-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Is-sustanzi żejt essenzjali tan-nagħniegħ minn Mentha × piperita L., żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. u żejt essenzjali tas-salvja minn Salvia officinalis L kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien, f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE, bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dawk is-sustanzi wara ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tan-nagħniegħ minn Mentha × piperita L., taż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. u żejt essenzjali tas-salvja minn Salvia officinalis L bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li talbet li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u fil-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-applikant talab li s-sustanzi kkonċernati jiġu awtorizzati wkoll għall-użu fl-ilma għax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti tat-togħma” għall-użu fl-ilma għax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ dawn l-addittivi fl-ilma għax-xorb ma jiġix permess. |
|
(5) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-16 ta’ Ottubru 2024 (3), tal-20 ta’ Novembru 2024 (4), tas-26 ta’ Novembru 2024 (5), tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li ż-żejt essenzjali tal-peppermint minn Mentha × piperita L. huwa sikur sal-livell massimu ta’ użu ta’ 12 mg/kg ta’ għalf komplet għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li ż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. u ż-żejt essenzjali tas-salvja minn Salvia officinalis L huma sikuri f’ċerti konċentrazzjonijiet massimi speċifikati aktar għal kull speċi. Ikkonkludiet ukoll li ma ġie identifikat l-ebda tħassib mill-użu taż-żejt essenzjali tan-nagħniegħ minn Mentha × piperita L. għall-konsumaturi sal-livell massimu tal-użu u li mhuwiex mistenni li joħloq riskju għall-ambjent fil-livell tal-użu massimu propost. L-Awtorità tikkonkludi wkoll li l-użu taż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. u ż-żejt essenzjali tas-salvja minn Salvia officinalis L. taħt il-kondizzjonijiet tal-użu proposti għall-konsumaturi u l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li ż-żejt essenzjali tan-nagħniegħ minn Mentha × piperita L., ż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. u ż-żejt essenzjali tas-salvja minn Salvia officinalis L. jenħtieġ li jitqiesu bħala irritanti tal-ġilda u tal-għajnejn, u bħala sensitizzaturi dermali u respiratorji. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li peress li ż-żejt essenzjali tan-nagħniegħ minn Mentha × piperita L., iż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. u ż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. huma magħrufa li jagħtu t-togħma lill-ikel u l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, mhux neċessarju li jingħataw aktar provi tal-effikaċja tagħhom. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li ż-żejt essenzjali tan-nagħniegħ minn Mentha × piperita L., iż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. u ż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dawk is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittivi. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-istabbiliment ta’ livelli massimi għaż-żejt essenzjali tan-nagħniegħ minn Mentha × piperita L., iż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. u ż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. Biex ikun jista’ jkun hemm kontroll aħjar, jenħtieġ li l-kontenut massimu rakkomandat jiġi indikat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta jinqabeż il-kontenut massimu rrakkomandat, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tal-premixxeli kkonċernati. |
|
(8) |
Peress li m’hemmx raġunijiet ta’ sikurezza li jirrikjedu l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi żejt essenzjali tan-nagħniegħ minn Mentha × piperita L., żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L. u ż-żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa minn Salvia sclarea L., kif awtorizzat skont id-Direttiva 70/524/KEE u l-premixxeli li fihom dawn l-addittivi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta’ Frar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta’ Awwissu 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittivi tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta’ Awwissu 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta’ Awwissu 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittivi tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta’ Awwissu 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta’ Awwissu 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati jekk ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/oj).
(3) EFSA Journal, 22(11), e9016. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9016.
(4) EFSA Journal, 23(1), e9076. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9076.
(5) EFSA Journal, 22(12), e9135.https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9135.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal- addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||
|
2b282-eo |
Żejt essenzjali tan-nagħniegħ |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali mill-partijiet arjali ta’ Mentha × piperita L. (basionym: Mentha aquatica × Mentha spicata L.) Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali tan-nagħniegħ: Żejt essenzjali kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1), miksub mill-partijiet arjali (il-weraq bil-fjuri jew mingħajrhom) ta’ Mentha × piperita L. permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-kondensazzjoni ulterjuri tal-kostitwenti volatili u s-separazzjoni mill-fażi milwiema permezz tad-dikantazzjoni. Numru CAS: 8006-90-4 EINECS: 308-770-2 Numru FEMA: 2848 Numru CoE: 282 Speċifikazzjonijiet Mentol: 30-55 % Menton: 13-32 % d,l-Isomenton: 1,5-10 % Mentil aċetat: 2-10 % 1,8-Ċineol (ewkaliptol): 2-8 % Pulegon: ≤ 1,72 % Mentofuran: ≤ 4,54 % β-tuġon: ≤ 0,01 % Kumarina: ≤ 0,001 % Estragol: ≤ 0,001 % Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni tal-mentol u tal-menton (markaturi fitokimiċi) fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
Is-6 ta’ Awwissu 2035 |
||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal- addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b415-eo |
Żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali mill-inwar ta’ Thymbra capitata L. Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali tas-salvja selvaġġa: Żejt essenzjali, kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (3), miksub mill-friegħi mwarda friski jew nexfin ta’ Salvia sclarea L. permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-kondensazzjoni ulterjuri tal-kostitwenti volatili u s-separazzjoni mill-fażi milwiema permezz tad-dekantazzjoni. Numru CAS: 8016-63-5 EINECS: 283-911-8 Numru FEMA: 2321 Numru CoE: 415 Speċifikazzjonijiet Aċetat tal-linalil: 55-78 % Linalol: 6,5-25 % Germakra-1(10),4(14),5-trien: 1-12 % α-Terpineol: 0-5 % Metodu analitiku (4) Għad-determinazzjoni tal-aċetat tal-linalil u tal-linalol (markaturi fitokimiċi) fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
Is-6 ta’ Awwissu 2035 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal- addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b414-eo |
Żejt essenzjali tas-salvja |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali minn weraq frisk ta’ Salvia officinalis L. Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali tas-salvja: Żejt essenzjali kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (5) miksub mill-weraq frisk ta’ Salvia officinalis L. permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-kondensazzjoni ulterjuri ta’ kostitwenti volatili u s-separazzjoni mill-fażi milwiema permezz tad-dikantazzjoni. Numru CAS: 8022-56-8 EINECS: 283–291–0 Numru FEMA: 3001 Numru CoE: 414 Speċifikazzjonijiet α-Tuġon: 18-27 % Ganfra: 4-24,5 % 1,8-Ċineol (ewkaliptol): 5,5-13 % β-Tuġon: 3-7 % Metodu analitiku (6) Għad-determinazzjoni tal-ganfra, tal-alfa-tuġon u tal-beta-tuġon (markaturi fitokimiċi) fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
Is-6 ta’ Awwissu 2035 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(3) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(5) Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).
(6) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1400/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)