|
30.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 362/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1583
tat-23 ta’ Ottubru 2020
dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-lista ta’ individwi biex iservu bħala arbitri fi proċeduri ta’ soluzzjoni tat-tilwim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 (2) u ġie applikat b’mod parzjali fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Ġunju 2018. |
|
(2) |
Waqt il-laqgħa tiegħu fis-17 ta’ Ottubru 2019, f’konformità mal-Artikolu 339(1) tal-Ftehim, il-Kumitat ta’ Sħubija stabbilixxa lista ta’ 15-il individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri (“il-lista ta’ arbitri”). |
|
(3) |
L-Armenja infurmat lill-Unjoni li wieħed mill-individwi li kienet ipproponiet ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 339(2) tal-Ftehim u, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi sostitwit. |
|
(4) |
Sabiex jiżgura l-operazzjoni tad-dispożizzjonijiet applikati proviżorjament tal-Ftehim, il-Kumitat ta’ Sħubija jrid jadotta deċiżjoni biex jissostitwixxi l-lista ta’ arbitri b’lista emendata. |
|
(5) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Sħubija billi d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Sħubija ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat ta’ Sħubija stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-lista ta’ arbitri, kif imsemmija fl-Artikolu 339 ta’ dak il-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni korrispondenti tal-Kumitat ta’ Sħubija (3).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
S. SCHULZE
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 tal-20 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (ĠU L 23, 26.1.2018, p. 1).
(3) Ara d-dokument ST 11524/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.