32004D0203



Official Journal L 065 , 03/03/2004 P. 0013 - 0019


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta' Frar 2004

li tistabbilixxi ċertifikat mudell ta' saħħa għall-movimenti mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi ta' klieb, qtates u n-nemes

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 432)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/203/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru. 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali tad-dar u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu,

Billi:

(1) l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru. 998/2003 jistabbilixxi l-kondizzjonijiet relattivi għal movimenti mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u nemes minn pajjiżi terzi. Dawn il-kondizzjonijiet ivarjaw skond l-istat sanitarju tal-pajjiż terz ta' oriġini u ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni.

(2) l-Artikolu 8(4) jistabbilixxi li jkun definit ċertifikat mudell għal dawn il-movimenti.

(3) Hu xieraq li jkun stabbilit mudell uniku għall-każijiet ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru. 998/2003. Dawn jikkonċernaw dħul mill-pajjiżi terzi kollha fi Stat Membru għajr l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit u dħul fl-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi mniżżla fit-taqsima 2 ta' parti B u parti Ċ ta' l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru. 998/2003.

(4) Peress li r-Regolament (KE) Nru. 998/2003 se japplika mit-3 ta' Lulju 2004, din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-istess data.

(5) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċ-ċertifikat mudell għal movimenti mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi domestika klieb, qtates u nemes, kif ipprovdut fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru. 998/2003.

Dak iċ-ċertifikat se jkun meħtieġ għal dħul mill-pajjiżi terzi kollha fi Stat Membru għajr l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit u għal dħul fl-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi mniżżla fit-taqsima 2 ta' parti B u parti Ċ ta' l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru. 998/2003.

Artikolu 2

Iċ-ċertifikat mudell hu stabbilit fl-Anness.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikat għandu jikkonsisti f'paġna waħda magħmula minn ta' l-inqas bl-ilsien ta' l-Istat Membru ta' dħul u bl-Ingliż. Għandha timtela b'ittri majjuskoli fl-ilsien ta' l-Istat Membru tad-dħul jew bl-Ingliż.

Partijiet I sa' V taċ-ċertifikat għandhom jinħarġu u ffirmati minn veterinarju uffiċjali maħtur mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-bgħit jew minn kirurgu veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti. F'dan l-aħħar każ, l-awtorità kompetenti għandha tendorsja ċ-ċertifikat. Partijiet VI u VII, fejn applikabbli, għandhom jitlestew u jiġu ffirmati minn veterinarji awtorizzati biex jeżerċitaw il-mediċina veterinarja fil-pajjiż tal-bgħit.

Iċ-ċertifikat għandu jkun akkumpanjat minn dokument ta' sostenn, jew kopja ċċertifikata tiegħu, inkluż dettalji ta' vaċċinazzjoni u r-riżultat tat-test seroloġiku. Dan id-dokument għandu jġorr dettalji ta' identifikazzjoni ta' l-annimal ikkonċernat.

Artikolu 4

Il-vaċċinazzjoni pprovduta fil-parti IV trid tkun vaċċin inattivat prodott minn ta' l-inqas skond il-manwal dwar l-istandards għal testijiet dijanjostiċi u vaċċini ta' l-UIE.

Artikolu 5

Iċ-ċertifikat hu validu għal movimenti intra-Komunitarji għal perijodu ta' erba' xhur mid-data tal-ħruġ jew sad-data ta' l-iskadenza tal-vaċċinazzjoni murija fil-parti IV, jekk din l-aħħar data hi preċedenti.

Iċ-ċertifikat m'għandux jintuża għal annimali minn, jew ippreparati f'pajjiżi mhux imniżżla fl-Anness II għar-Regolament (KE) No 998/2003, u destinati għall-Irlanda, għall-Isvezja jew għar-Renju Unit, fejn japplikaw ir-regoli nazzjonali.

Artikolu 6

Meta l-moviment hu minn pajjiż terz imniżżel fit-taqsima 2 tal-parti B u tal-parti Ċ ta' l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru.998/2003, il-kondizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru. 998/2003 għandhom japplikaw biss fil-każ ta':

- trasferiment dirett lejn l-Istat Membru ta' dħul, jew

- trasferiment minn pajjiż terz ta' bgħit u l-Istat Membru ta' dħul, b'residenza esklussiva f'pajjiż wieħed jew aktar imniżżla fit-taqsima 2 tal-parti B u tal-parti Ċ ta' l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru. 998/2003.

Madankollu, it-trasferiment dirett jista' jinkludi transitu minn pajjiż terz mhux imniżżel fl-Anness II bl-ajru jew bil-baħar sakemm l-annimal jibqa' fil-perimetru ta' ajruport internazzjonali f'dan il-pajjiż jew jibqa fiż-żgur fuq bastiment.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta' Lulju 2004.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 146, tat-13.06.03, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Ċertifikat mudell ta' saħħa għall-moviment mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi domestika klieb, qtates u nemess, kif ipprovdut fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru. 998/2003.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------