Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - ATT FINALI - A.Dikjarazzjonijiet dwar disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni - 28.Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu IV-440(7)
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0463 - 0463
28. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu IV-440 (7) Il-Partijiet Kontraenti Għolja jaqblu li l-Kunsill Ewropew, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu IV-440(7) tal-Kostituzzjoni, se jieħu deċiżjoni Ewropea li twassal għal modifika ta' l-istatus ta' Mayotte fir-rigward ta' l-Unjoni, sabiex dan it-territorju jiġi kkunsidrat bħala reġjun mill-iktar 'il barra fis-sens ta' Artikolu IV-440(2) u III-424 tal-Kostituzzjoni, meta l-awtoritajiet Franċiżi jinnotifikaw lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni li l-evoluzzjoni li għaddejja bħal issa fl-istatus intern tal-gżira tippermetti hekk. --------------------------------------------------