Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tal-15 ta’ Ġunju 2010, Mediaset vs Il-Kummissjoni (T‑177/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6634 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, li tiddikjara bħala inkompatibbli mas-suq komuni s-sussidji mogħtija mill-Italja, fl-2004 u fl-2005, intiżi sabiex il-konsumaturi jixtru jew jikru dekoders diġitali interattivi li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi permezz tat-teknoloġija diġitali terrestri jew bil-kejbil, għaliex dawn jeskludu d-dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi permezz tat-teknoloġija tax-xandir televiżiv bis-satellita (Għajnuna Nru C 52/2005, ex NN 88/2005, ex CP 101/2004.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Mediaset SpA hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Sky Italia Srl.