31972L0194



Official Journal L 121 , 26/05/1972 P. 0032 - 0032
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0174
Danish special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0456
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0174
English special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0474
Greek special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0218
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 0006
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 2 P. 0006


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-18 ta' Mejju 1972

li testendi l-kamp tad-Direttiva tal-25 ta' Frar 1964, dwar il-koordinazzjoni ta' miżuri speċjali li għandhom x'jaqsmu mal-moviment u residenza ta' persuni ta' ċittadinanza barranija, li jkunu ġustifikabbli għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika, għal ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li jkunu ġew impjegati f'dak l-Istat

(72/194/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 49 u l-Artikolu 56(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Billi d-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 1964 [1] ikkoordinat miżuri speċjali li għandhom x'jaqsmu mal-moviment u residenza ta' persuni ta' ċittadinanza barranija li jkunu ġustifikabbli għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika, u billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1251/70 [2] tad-29 ta' Ġunju 1970 dwar id-dritt ta' ħaddiema li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru wara li jkunu ġew impjegati f'dak l-Istat, jistipula l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' dan id-dritt;

Billi d-Direttiva tal-25 ta' Frar 1964 għandha tkompli tapplika għal persuni li għalihom japplika dak ir-Regolament;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 1964 dwar il-koordinazzjoni ta' miżuri speċjali li għandhom x'jaqsmu mal-moviment u residenza ta' persuni ta' ċittadinanza barranija li jkunu ġġustifikabbli għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika, għandha tapplika għal persuni ta' ċittadinanza ta' Stati Membri u membri tal-familji tagħhom li, bi qbil mar-Regolament (KEE) Nru 1251/70, jeżerċitaw id-dritt li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa li jkunu jaqblu ma' din id-Direttiva fi żmien sitt xhur minn meta jkunu notifikati biha u għandhom mill-ewwel jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Mejju 1972.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Mart

[1] ĠU 56, ta' l-4.4.1964, p. 850/64.

[2] ĠU L 142, tat-30.6.1970, p. 24.

--------------------------------------------------