02007D0305 — MT — 01.07.2019 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-25 ta’ April 2007 dwar l-irtirar mis-suq ta’ l-ibridu Ms1xRf1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift u prodotti dderivati minnu (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1805) (It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku) (ĠU L 117 5.5.2007, p. 17) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/69/UE tat-3 ta’ Frar 2012 |
L 34 |
12 |
7.2.2012 |
|
|
L 342 |
34 |
16.12.2016 |
||
|
L 176 |
59 |
1.7.2019 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ April 2007
dwar l-irtirar mis-suq ta’ l-ibridu Ms1xRf1 (ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4) taż-żrieragħ tal-lift u prodotti dderivati minnu
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1805)
(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)
(2007/305/KE)
Artikolu 1
Id-destinatarju għandu jimplimenta programm intern sabiex jiżgura l-irtirar mis-suq effettiv ta' ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinament tal-ibridu ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4 taż-żrieragħ tal-lift fit-tnissil u l-produzzjoni taż-żrieragħ u għandu jiġbor dejta dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada.
Id-destinatarju għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u dwar il-preżenza ta' dawk l-organiżmi ġenetikament modifikati fil-vjeġġi taż-żrieragħ taż-żejt tal-kolza lejn l-Unjoni mill-Kanada sal-1 ta' Jannar 2019.
Artikolu 2
1. Il-preżenza ta' materjal li fih ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinament tal-ibridu ACS-BNØØ4-7×ACS-BNØØ1-4 taż-żrieragħ tal-lift, li jikkonsisti fihom jew li huwa prodott minnhom fi prodotti tal-ikel jew tal-għalf notifikati skont l-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun ittollerata sal-31 ta' Diċembru 2019, sakemm din il-preżenza:
(a) tkun aċċidentali jew teknikament inevitabbli; u
(b) tkun fi proporzjon mhux ogħla minn piż skont il-piż ta' 0,1 %.
2. Id-destinatarju għandu jiżgura d-disponibbiltà ta' materjal ta' referenza ċertifikat għal ACS-BNØØ4–7×ACS-BNØØ1-4 taż-żrieragħ tal-lift permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/attain-lab-services/certified-reference-materials-(CRMS).
Artikolu 3
L-inklużjonijiet fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-ikel u l-għalf immodifikati ġenetikament, kif inhu previst fl-Artikolu 28 tar-Regolament, fir-rigward ta’ l- ACS-BNØØ4-7, ACS-BNØØ1-4 u l-kombinazzjoni ta’ ibridi ACS-BNØØ4-7xACS-BNØØ1-4 ta’ żrieragħ tal-lift għandhom jiġu mmodifikati sabiex titqies din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill- ►M3 BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67063 Ludwigshafen, il-Ġermanja ◄ .
▼M2 —————