SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
4 ta’ Ottubru 2024 ( *1 )
Werrej
|
Il‑kuntest ġuridiku |
|
|
Ir‑Regolament (KE) Nru 139/2004 |
|
|
Ir‑Regolament (KE) Nru 802/2004 |
|
|
Il‑Linji Gwida dwar il‑konċentrazzjonijiet orizzontali |
|
|
Il‑fatti li wasslu għall‑kawża u d‑Deċiżjoni kontenzjuża |
|
|
Il‑proċedura quddiem il‑Qorti Ġenerali u s‑sentenza appellata |
|
|
It‑talbiet tal‑partijiet |
|
|
Fuq l‑appell |
|
|
Fuq l‑ewwel aggravju |
|
|
Fuq l‑ewwel parti tal‑ewwel aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq it‑tieni parti tal‑ewwel aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq it‑tieni aggravju |
|
|
Fuq l‑ewwel parti tat‑tieni aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq it‑tieni parti tat‑tieni aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq it‑tielet parti tat‑tieni aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq ir‑raba’ parti tat‑tieni aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq it‑tielet aggravju |
|
|
Fuq l‑ewwel parti tat‑tielet aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq it‑tieni parti tat‑tielet aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq it‑tielet parti tat‑tielet aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq ir‑raba’ parti tat‑tielet aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq il‑ħames parti tat‑tielet aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq is‑sitt parti tat‑tielet aggravju |
|
|
– L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq ir‑raba’ aggravju |
|
|
L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq il‑ħames aggravju |
|
|
L‑argumenti tal‑partijiet |
|
|
Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja |
|
|
Fuq l‑ispejjeż |
“Appell – Kompetizzjoni – Regolament (KE) Nru 139/2004 – Konċentrazzjoni ta’ impriżi – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE – Determinazzjoni tas-swieq rilevanti – Tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva – Ħolqien jew tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti – Effetti mhux ikkoordinati – Livell ta’ prova – Kunċetti ta’ ‘forza kompetittiva importanti’ u ta’ ‘kompetituri mill-qrib’ – Prossimità tal-kompetizzjoni bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni – Indiċi ta’ Herfindahl-Hirschmann – Talbiet għal informazzjoni – Żnaturament”
Fil-Kawża C‑581/22 P,
li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fl‑1 ta’ Settembru 2022,
thyssenkrupp AG, stabbilita f’Duisburg u Essen (il-Ġermanja), irrappreżentata minn M. Klusmann, O. Schley u J. Ziebarth, Rechtsanwälte,
appellanti,
il-parti l-oħra fil-kawża li hija:
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata inizjalment minn G. Conte, T. Franchoo, C. Sjödin u I. Zaloguin, imbagħad minn G. Conte, T. Franchoo u I. Zaloguin, bħala aġenti,
konvenuta fl-ewwel istanza,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Awla, T. von Danwitz, P. G. Xuereb, A. Kumin u I. Ziemele, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: A. Rantos,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
Permezz tal-appell tagħha, thyssenkrupp AG titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑22 ta’ Ġunju 2022, thyssenkrupp vs Il‑Kummissjoni (T‑584/19, iktar ’il quddiem is-sentenza appellata, EU:T:2022:386), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4228 final tal‑11 ta’ Ġunju 2019 li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE (Każ M.8713 – Tata Steel/thyssenkrupp vs JV) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni kontenzjuża”). |
Il‑kuntest ġuridiku
Ir‑Regolament (KE) Nru 139/2004
|
2 |
Il-premessa 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal‑20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40) tistabbilixxi:
|
|
3 |
L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 139/2004, bit-titolu “Stima tal-konċentrazzjonijiet”, jiddisponi: “1. Konċentrazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu stmati skont l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet li ġejjin bil-għan li jkun stabbilit jekk humiex kompatibbli mas-suq komuni jew le. Meta tkun qiegħda tagħmel din l-istima, il-Kummissjoni [Ewropea] għandha tqis:
2. Konċentrazzjoni li mhix ħa tkun ta’ tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f’parti sostanzjali minnu, b’mod partikolari minħabba l-ħolqien ta’ jew minħabba t-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti, għandha tkun dikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni. 3. Konċentrazzjoni li ħa tkun ta’ tfixkil sinjifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f’parti sostanzjali minnu, b’mod partikolari minħabba l-ħolqien ta’ jew minħabba t-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti, għandha tkun dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni. 4. Safejn il-ħolqien ta’ joint venture li tammonta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 3 jkollu bħala l-għan jew l-effett tiegħu il-kordinazzjoni ta’ l-imġieba kompetittiva ta’ l-impriżi li jibqgħu indipendenti, din il-kordinazzjoni għandha tkun stmata skond il-kriterji ta’ l-Artikolu [101](1) u (3) [TFUE] bil-għan li jkun stabbilit jekk l-operazzjoni hix kompatibbli mas-suq komuni jew le. 5. Meta tkun qiegħda tagħmel din l-istima, il-Kummissjoni għandha tqis, b’mod partikolari:
|
|
4 |
L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Definizzjoni ta’ konċentrazzjoni”, jipprevedi, fil-paragrafu 1(b) tiegħu, u fil-paragrafu 4 tiegħu: “1. Għandu jitqies li hemm konċentrazzjoni meta jkun hemm bidla fil-kontroll fuq bażi dewwiema, liema bidla tkun ir-riżultat ta’: […]
[…] 4. Il-ħolqien ta’ joint venture li twettaq, fuq bażi dewwiema, il-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma għandha tammonta għal konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-paragrafu 1(b).” |
|
5 |
L-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament, intitolat “Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjonijiet u riferenza qabel in-notifika fuq talba tal-partijiet li jagħmlu n-notifika”, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Konċentrazzjoni b’dimensjoni Komunitarja definiti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni qabel ma jiġu implimentati u wara l-konklużjoni tal-ftehim, id-dikjarazzjoni ta’ l-offerta pubblika, jew l-akkwist ta’ interess li għandu kontroll. In-notifika tista’ ssir ukoll meta l-impriżi konċernati juru lill-Kummissjoni li għandhom intenzjoni bi ħsieb tajjeb li jikkonkludu ftehim jew, fil-każ ta’ offerta pubblika, meta jkunu ħabbru b’mod pubbliku li għandhom l-intenzjoni li jagħmlu din l-offerta, sakemm il-ftehim intenzjonat jew l-offerta intenzjonata jwasslu għal konċentrazzjoni b’dimensjoni Komunitarja. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-frażi ‘konċentrazzjoni notifikata’ għandha tkopri wkoll konċentrazzjonijiet li għadhom ma twettqux u li kienu notifikati skont it-tieni subparagrafu. Għall-għanijiet tal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, it-terminu ‘konċentrazzjoni’ jinkludi konċentrazzjonijiet li għadhom ma twettqux u li jaqgħu taħt it-tieni subparagrafu.” |
|
6 |
L-Artikolu 6 tal-istess regolament, intitolat “Eżaminazzjoni tan-notifika u l-bidu tal-proċeduri”, jipprevedi, fil-paragrafu 1(ċ) tiegħu: “Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifika malli tirċeviha. […]
|
|
7 |
L-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 139/2004, intitolat “Poteri tal-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni”, jiddisponi, fil-paragrafi 2 sa 3 tiegħu: “2. Meta l-Kummissjoni ssib li, wara bidliet mill-impriżi konċernati, konċentrazzjoni notifikata tissodisfa l-kriterju stabbilit fl-Artikolu 2(2) u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [101](3) [TFUE], hija għandha toħroġ deċiżjoni li fiha tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni. Mad-deċiżjoni tagħha, l-Kummissjoni tista’ tinkludi kundizzjonijiet u obbligi maħsuba biex jassiguraw li l-impriżi konċernati jirrispettaw r-rabtiet li jkunu daħlu għalihom fir-rigward tal-Kummissjoni bil-għan li l-konċentrazzjoni tkun kompatibbli mas-suq komuni. Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni bħala waħda kompatibbli għandha titqies li tkopri restrizzjonijiet relatati u meħtieġa direttament għall-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni. 3. Meta l-Kummissjoni ssib li konċentrazzjoni tissodisfa l-kriterji definiti fl-Artikolu 2(3) jew, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu [101](3) [TFUE], hija għandha toħroġ deċiżjoni li fiha tiddikjara li l-konċentrazzjoni mhix kompatibbli mas-suq komuni.” |
|
8 |
L-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Talbiet għal informazzjoni”, jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “Sabiex taqdi d-dmirijiet mogħtija lilha f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew permezz ta’ deċiżjoni, titlob lill-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), kif ukoll impriżi u assoċċjazzjonijiet ta’ impriżi, sabiex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa.” |
|
9 |
L-Artikolu 14 tal-imsemmi regolament, intitolat “Multi”, jipprevedi, fil-paragrafu 1(ċ) tiegħu: “Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), fuq impriżi fuq jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, multi ta’ mhux aktar minn 1 % mill-valur tal-bejgħ totali ta’ l-impriża jew ta’ l-assoċjazzjoni ta’ impriżi konċernata fis-sens ta’ l-Artikolu 5 meta, b’intenzjoni jew b’negliġenza: […]
|
|
10 |
L-Artikolu 15 tal-istess regolament, intitolat “Pagamenti perjodiċi ta’ penali”, jiddisponi, fil-paragrafu 1(a) tiegħu: “Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), fuq impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, pagamenti perjodiċi ta’ penali ta’ mhux aktar minn 5 % tal-valur tal-bejgħ totali medju ta’ kuljum ta’ l-impriża jew ta’ l-assoċjazzjoni ta’ impriżi konċernata fis-sens ta’ l-Artikolu 5 għal kull jum utli ta’ dewmien, kalkulati mid-data stabbilita fid-deċiżjoni, u dan sabiex tikkostrinġihom:
[…]” |
Ir‑Regolament (KE) Nru 802/2004
|
11 |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal‑21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 88), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 tal‑5 ta’ Diċembru 2013 (ĠU 2013, L 336, p. 1), kien jipprevedi, fl-Artikolu 13(2) tiegħu: “Il-Kummissjoni għandha tindirizza bil-miktub l-oġġezzjonijiet tagħha lejn il-partijiet notifikanti. Il-Kummissjoni għandha, meta tressaq l-avviż ta’ l-oġġezzjonijiet, tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih il-partijiet notifikanti jkunu jistgħu jinformaw bil-kitba lill-Kummissjoni dwar il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-kitba lill-partijiet l-oħrajn involuti dwar dawn l-oġġezzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha wkoll tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih dawk il-partijiet l-oħrajn involuti jkunu jistgħu jinformaw bil-kitba lill-Kummissjoni dwar il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni m’għandhiex tkun obbligata li tikkonsidra l-kummenti li hija tirċievi wara l-iskadenza taż-żmien li hija tkun stabbiliet.” |
Il‑Linji Gwida dwar il‑konċentrazzjonijiet orizzontali
|
12 |
Il-punti 14, 16, 19 sa 21, 28, 32 sa 35, 37 u 38 tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, intitolata “Linji ta’ gwida fuq l-istima jew kalkolu ta’ l-għaqdiet orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi” (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 10, iktar ’il quddiem il-“Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali”), jistabbilixxu: “III. IS-SEHEM TAS-SUQ U L-LIVELLI TAL-KONĊENTRAZZJONI
[…]
[…] Il-livelli tal-IHH
[…] IV. EEFETTI ANTI-KOMPETITTIVI POSSIBLI TA’ GĦAQDIET ORIZZONTALI Ditti maqgħuda huma Kompetituri fil-qrib jew viċini
[…] Il-kompetituri x’aktarx ma jżidux il-provvisti jekk il-prezzijiet jogħlew
[…] Għaqda tellimina forza kompetittiva importanti
|
Il‑fatti li wasslu għall‑kawża u d‑Deċiżjoni kontenzjuża
|
13 |
Il-fatti li wasslu għall-kawża huma esposti fil-punti 1 sa 23 tas-sentenza appellata u jistgħu jiġu miġbura fil-qosor kif ġej. |
|
14 |
thyssenkrupp hija kumpannija Ġermaniża li teżerċita l-attività tagħha fil-produzzjoni ta’ prodotti ċatti tal-azzar bil-karbonju, fis-servizzi ta’ materjali, fit-teknoloġija tal-lifts, fis-soluzzjonijiet industrijali u fit-teknoloġija tal-komponenti. Din il-kumpannija hija waħda mill-produtturi Ewropej ewlenin tal-azzar ċatt bil-karbonju u teżerċita l-attività tagħha tul il-katina tal-valur tal-azzar ċatt bil-karbonju, mill-produzzjoni tal-azzar primarju sal-prodotti miksija lesti. Hija tipproduċi u tipprovdi wkoll firxa ta’ prodotti ċatti tal-azzar bil-karbonju, inkluż l-azzar illaminat bis-sħana, l-azzar illaminat bil-kesħa, l-azzar miksi bil-metall u l-azzar illaminat għall-imballaġġ, l-azzar iggalvanizzat, l-azzar miksi b’materjal organiku, il-grani orjentati rrumblati ċatti ta’ azzar manjetiku tas-silikon (iktar ’il quddiem il-“GOES”) u l-grani mhux orjentati rrumblati ċatti ta’ azzar manjetiku tas-silikon. L-attivitajiet ta’ thyssenkrupp huma ċċentrati fil-Ġermanja u l-fabbriki integrati kollha tagħha jinsabu f’Duisburg (il-Ġermanja), iżda għandha wkoll fabbriki tal-irfinar fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), b’mod partikolari fi Franza, fil-Ġermanja u fi Spanja. |
|
15 |
Tata Steel Ltd (iktar ’il quddiem “TSE”) hija kumpannija Indjana li teżerċita l-attività tagħha fl-estrazzjoni tal-faħam u tal-mineral tal-ħadid, fil-manifattura ta’ prodotti tal-azzar u fil-bejgħ tagħhom madwar id-dinja. Barra minn hekk, TSE tipproduċi ligi tal-ħadid kif ukoll minerali relatati u timmanifattura ċerti prodotti oħra, bħal materjal agrikolu u bearings. B’mod partikolari, TSE tipproduċi u tbigħ firxa ta’ prodotti tal-azzar bil-karbonju, inkluż l-azzar illaminat bis-sħana, l-azzar illaminat bil-kesħa, l-azzar miksi bil-metall u l-azzar illaminat għall-imballaġġ, l-azzar iggalvanizzat u l-azzar miksi b’materjal organiku, kif ukoll GOES u l-grani mhux orjentati rrumblati ċatti ta’ azzar manjetiku tas-silikon. TSE timmanifattura wkoll prodotti downstream oħra, bħal tubi tal-azzar bil-karbonju u oġġetti tal-azzar għall-kostruzzjoni. Il-fabbriki ta’ TSE jinsabu prinċipalment fir-Renju Unit u fil-Pajjiżi l-Baxxi, iżda għandha wkoll ċertu numru ta’ impjanti tal-irfinar f’postijiet oħra fl-Ewropa, b’mod partikolari fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Isvezja. |
|
16 |
Fil‑25 ta’ Settembru 2018, thyssenkrupp u TSE (iktar ’il quddiem, flimkien, il-“partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata”) ikkomunikaw lill-Kummissjoni, konformement mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 139/2004, proposta ta’ konċentrazzjoni (iktar ’il quddiem il-“konċentrazzjoni ppjanata”) li permezz tagħha huma akkwistaw il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta ġdida (iktar ’il quddiem “JV”), fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u (4) ta’ dan ir-regolament. |
|
17 |
Skont il-konċentrazzjoni proposta, JV eżerċitat l-attività tagħha fil-produzzjoni tal-azzar ċatt bil-karbonju u ta’ prodotti tal-azzar manjetiku. Kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata tittrasferixxi lil JV l-attivitajiet u l-attivi tagħha ta’ produzzjoni ta’ azzar ċatt bil-karbonju u ta’ azzar manjetiku fl-Ewropa. Is-servizzi ta’ funderija ta’ thyssenkrupp jiġu ttrasferiti wkoll lil JV. Barra minn hekk, kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata żżomm 50 % tal-azzjonijiet ta’ JV. L-ebda waħda minn dawn il-partijiet ma tingħata drittijiet ta’ veto rilevanti li l-parti l-oħra ma jkollhiex, u għaldaqstant huma jikkontrollaw l-impriża konġunta flimkien. JV tissodisfa b’mod permanenti l-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma li għandha l-preżenza tagħha stess fis-suq, kemm upstream kif ukoll downstream. Għalhekk, JV hija impriża konġunta li topera b’mod sħiħ. |
|
18 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal‑20 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni qieset li l-konċentrazzjoni ppjanata kienet tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u ddeċidiet li tibda proċedura ta’ eżami fil-fond, konformement mal-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
19 |
Fit‑13 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li permezz tagħha hija kkonkludiet li l-konċentrazzjoni ppjanata ser tfixkel b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva f’parti sostanzjali tas-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 139/2004. |
|
20 |
Fis‑27 ta’ Frar 2019, il-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata ppreżentaw lill-Kummissjoni t-tweġiba tagħhom għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Huma kkonfermaw li ma kinux qegħdin jitolbu li jinstemgħu. |
|
21 |
Fl‑20 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni bagħtitilhom ittra li permezz tagħha hija esponiet il-fatti u l-provi li jikkorroboraw l-oġġezzjonijiet ifformulati fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Il-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar din l-ittra fil‑25 ta’ Marzu 2019. |
|
22 |
Fl‑1 ta’ April 2019, il-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata ppreżentaw impenji sabiex isolvu l-problemi ta’ kompetizzjoni identifikati fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. |
|
23 |
Fit‑23 ta’ April 2019, dawn il-partijiet ippreżentaw impenji riveduti. |
|
24 |
Matul il-proċedura amministrattiva, minbarra t-talbiet għal informazzjoni indirizzati lill-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata, il-Kummissjoni kkuntattjat ċertu numru ta’ atturi tas-suq, b’mod partikolari l-klijenti u l-kompetituri tal-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata, u talbithom, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 139/2004, jipprovdulha informazzjoni. Bl-istess mod, saru sensiela ta’ skambji u ta’ laqgħat bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni pprovdiet numru ta’ dokumenti lil dawn il-partijiet u l-aċċess għall-fajl ingħatalhom diversi drabi. |
|
25 |
Fil‑11 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 139/2004, adottat id-Deċiżjoni kontenzjuża, li permezz tagħha hija ddikjarat li l-konċentrazzjoni ppjanata kienet inkompatibbli mas-suq intern u maż-ŻEE. |
|
26 |
F’dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni għamlet riferiment għal kunsiderazzjonijiet marbuta, b’mod partikolari, mas-swieq inkwistjoni, mal-effetti tal-konċentrazzjoni ppjanata f’termini ta’ kompetizzjoni u mal-impenji tal-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata. |
|
27 |
Fir-rigward tas-swieq tal-prodotti inkwistjoni, il-Kummissjoni waslet, fil-premessa 256 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, għall-konklużjoni li l-azzar iggalvanizzat bis-sħana (iktar ’il quddiem il-“HDG”) u l-azzar elettrogalvanizzat (iktar ’il quddiem l-“EG”) kienu probabbilment jikkostitwixxu swieq ta’ prodotti distinti, iżda li ma kienx neċessarju li tiġi fformulata konklużjoni dwar din il-kwistjoni speċifika. |
|
28 |
Fil-premessa 257 ta’ dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet, essenzjalment, li l-produzzjoni u l-provvista ta’ HDG lill-industrija tal-karozzi (iktar ’il quddiem l-“Auto HDG”) kienu jikkostitwixxu suq ta’ prodotti distint minn dak tal-produzzjoni u tal-provvista ta’ HDG għal applikazzjonijiet oħra. |
|
29 |
Fil-premessa 301 tal-imsemmija deċiżjoni, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-produzzjoni u l-provvista ta’ pjanċa stanjata (iktar ’il quddiem it-“TP”) u ta’ azzar miksi bil-kromju elettrolitiku (iktar ’il quddiem l-“ECCS”) intiż għall-imballaġġ kienu jikkostitwixxu swieq ta’ prodotti distinti. |
|
30 |
Fil-premessa 302 tal-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet, barra minn hekk, li l-produzzjoni u l-provvista ta’ azzar illaminat intiż għall-imballaġġ kienu jikkostitwixxu wkoll suq ta’ prodotti distinti. |
|
31 |
Fir-rigward tas-swieq ġeografiċi kkonċernati, fil-premessa 456 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni qieset, essenzjalment, li s-suq ġeografiku inkwistjoni għall-produzzjoni u għall-provvista ta’ Auto HDG kien jestendi, l-iktar, għaż-ŻEE u li, barra minn hekk, kienu jeżistu provi ta’ differenzazzjoni ġeografika fi ħdan iż-ŻEE. |
|
32 |
Fil-premessa 457 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kkonstatat li s-swieq ġeografiċi inkwistjoni għall-produzzjoni u għall-provvista ta’ TP, ta’ ECCS u ta’ azzar illaminat intiż għall-imballaġġ kienu jestendu, l-iktar, għaż-ŻEE. |
|
33 |
Fir-rigward tal-effetti tal-konċentrazzjoni ppjanata fuq il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni qieset, fil-premessi 1250 u 1669 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li l-konċentrazzjoni kienet fixklet b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva f’dak li jirrigwarda l-produzzjoni u l-provvista ta’ Auto HDG fiż-ŻEE minħabba effetti orizzontali mhux ikkoordinati li jirriżultaw mill-eliminazzjoni ta’ restrizzjoni kompetittiva qawwija. |
|
34 |
Fil-premessi 1416, 1417, 1419 u 1670 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li l-konċentrazzjoni ppjanata twassal għal tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva f’dak li jirrigwarda l-produzzjoni u l-provvista ta’ TP u ta’ azzar illaminat intiż għall-imballaġġ fiż-ŻEE, għaliex hija toħloq pożizzjoni dominanti fis-swieq inkwistjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ppreċiżat li, fi kwalunkwe każ, il-konċentrazzjoni ppjanata tipproduċi wkoll effetti orizzontali mhux ikkoordinati f’dak li jirrigwarda l-produzzjoni u l-provvista ta’ TP u ta’ azzar illaminat intiż għall-imballaġġ fiż-ŻEE li jirriżultaw mill-eliminazzjoni ta’ restrizzjoni kompetittiva qawwija. |
|
35 |
Fil-premessi 1418, 1419 u 1671 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kkonstatat li l-konċentrazzjoni ppjanata tfixkel b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva f’dak li jirrigwarda l-produzzjoni u l-provvista ta’ ECCS intiż għall-imballaġġ fiż-ŻEE minħabba effetti orizzontali mhux ikkoordinati li jirriżultaw mill-eliminazzjoni ta’ restrizzjoni kompetittiva qawwija. |
|
36 |
Fir-rigward tal-impenji proposti mill-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata, il-Kummissjoni kkonkludiet, fil-premessi 1668 u 1672 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li dawn l-impenji ma kinux jeliminaw għalkollox l-ostakoli sinjifikattivi għal kompetizzjoni effettiva li jirriżultaw mill-konċentrazzjoni ppjanata f’dak li jirrigwarda, minn naħa, l-azzar miksi bil-metall (TP u ECCS) kif ukoll l-azzar illaminat intiż għall-imballaġġ fiż-ŻEE u, min-naħa l-oħra, l-Auto HDG fiż-ŻEE, u li la kienu kompleti u lanqas effikaċi minn kull aspett. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li ma kienx possibbli li jiġi konkluż bil-livell ta’ ċertezza meħtieġ li l-attività ta’ JV kienet ser tkun vijabbli fil-kuntest tal-istruttura korrettiva prevista. |
|
37 |
Konsegwentement, il-Kummissjoni ddikjarat il-konċentrazzjoni ppjanata bħala inkompatibbli mas-suq intern. |
Il‑proċedura quddiem il‑Qorti Ġenerali u s‑sentenza appellata
|
38 |
Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑22 ta’ Awwissu 2019, thyssenkrupp ippreżentat rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni kontenzjuża. |
|
39 |
Insostenn ta’ dan ir-rikors, thyssenkrupp invokat tmien motivi. |
|
40 |
L-ewwel motiv kien ibbażat fuq żbalji proċedurali, żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni dwar id-definizzjoni tas-swieq tal-Auto HDG kif ukoll tal-azzar intiż għall-imballaġġ. It-tieni motiv kien ibbażat fuq żbalji proċedurali, żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni dwar id-definizzjoni tas-swieq ġeografiċi tal-Auto HDG kif ukoll tal-azzar intiż għall-imballaġġ. It-tielet motiv kien ibbażat fuq żbalji proċedurali, żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva fl-allegat suq tal-Auto HDG. Ir-raba’ motiv kien ibbażat fuq żbalji proċedurali, żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li fir-rigward tal-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva fl-allegati swieq ta’ TP, tal-ECCS u tal-azzar illaminat intiż għall-imballaġġ. Il-ħames motiv kien ibbażat fuq żbalji proċedurali u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-miżuri korrettivi proposti mill-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata. Is-sitt motiv kien ibbażat fuq assenza ta’ motivazzjoni tad-Deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-GOES. Is-seba’ motiv kien ibbażat fuq żball proċedurali li jikkonsisti fin-nuqqas ta’ neċessità li l-atturi tas-suq jeħtieġu tweġibiet għat-talbiet għal informazzjoni. It-tmien motiv kien ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni dwar l-analiżi tal-konċentrazzjoni li tat lok għad-deċiżjoni tas‑7 ta’ Mejju 2018, Każ COMP/M.8.444 ArcelorMittal vs Ilva (iktar ’il quddiem il-“Każ AM vs Ilva”) wara l-allegat falliment ta’ din il-konċentrazzjoni. |
|
41 |
Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn il-motivi kollha u, għaldaqstant, ir-rikors ta’ thyssenkrupp kollu kemm hu. |
It‑talbiet tal‑partijiet
|
42 |
thyssenkrupp titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
43 |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
Fuq l‑appell
|
44 |
Insostenn tal-appell tagħha, thyssenkrupp tqajjem ħames aggravji. |
|
45 |
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq diversi żbalji ta’ liġi li jikkonċernaw, b’mod partikolari, id-definizzjoni ta’ suq ta’ prodotti distint għall-Auto HDG, id-definizzjoni tas-suq ġeografiku inkwistjoni, l-evalwazzjoni tal-inċentiv ta’ ArcelorMittal (iktar ’il quddiem “AM”) sabiex teżerċita restrizzjoni kompetittiva fuq żieda fil-prezzijiet wara l-konċentrazzjoni, l-eżistenza possibbli ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll il-livell ta’ prova applikabbli għall-Kummissjoni. It-tieni aggravju huwa bbażat, essenzjalment, fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali, qabelxejn, wettqet diversi żbalji ta’ liġi fir-rigward tad-determinazzjoni tas-swieq ta’ Auto HDG u tal-azzar illaminat. Sussegwentement, hija ċaħdet b’mod żbaljat ċerti argumenti ta’ thyssenkrupp bħala ineffettivi. Fl-aħħar nett, hija ma tatx deċiżjoni fuq ċerti lmenti tar-rikors fl-ewwel istanza peress li hija ma fehmitx b’mod korrett l-ilmenti magħmula minn thyssenkrupp. It-tielet aggravju huwa bbażat, l-ewwel nett, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 139/2004 kif ukoll tal-premessa 25 tiegħu u fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li l-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha fuq l-istess fatturi sabiex issostni ż-żewġ teoriji tagħha ta’ effett ħażin fuq il-kompetizzjoni. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali, essenzjalment, interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “forza kompetittiva importanti”. It-tielet nett, hija interpretat b’mod żbaljat dak ta’ “kompetituri mill-qrib”. Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji dwar l-aġir eventwali ta’ AM wara l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni ppjanata u l-punt dwar jekk din l-impriża setgħetx tiġi kkunsidrata li tikkostitwixxi alternattiva vijabbli għax-xerrejja ta’ TP jew ta’ ECCS. Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni tal-importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ Auto HDG u ta’ azzar intiż għall-imballaġġ. Is-sitt nett, il-Qorti Ġenerali żnaturat ċerti provi u wettqet żball ta’ liġi meta eżerċitat l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha tal-kalkolu tal-IHH, f’dak li jirrigwarda s-swieq HDG, TP u ECCS. Ir-raba’ aggravju huwa bbażat, minn naħa, fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali, billi żnaturat ċerti provi ma tatx deċiżjoni dwar argument ta’ thyssenkrupp u, min-naħa l-oħra, fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li l-Kummissjoni ma kinitx kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ thyssenkrupp. Il-ħames aggravju huwa bbażat, essenzjalment, fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali ma tatx deċiżjoni dwar is-seba’ motiv tar-rikors fl-ewwel istanza peress li hija ma fehmitx dan il-motiv b’mod korrett. |
Fuq l‑ewwel aggravju
Fuq l‑ewwel parti tal‑ewwel aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
46 |
thyssenkrupp issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi fis-sentenza appellata li jaqgħu taħt ħames kategoriji legali differenti. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx stħarriġ ġudizzjarju korrett u komplet tad-Deċiżjoni kontenzjuża. It-tieni nett, dik il-qorti sempliċement irrepetiet u ddeskriviet l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tinsab f’dik id-deċiżjoni. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali adottat l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u ma wettqitx l-evalwazzjoni tagħha stess. Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali ċċitat provi mingħajr ma eżaminathom. Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti deċiżjoni dwar xi punti jew xi motivi rilevanti. |
|
47 |
Għalhekk, thyssenkrupp tippreżenta tabella li tindika b’mod skematiku iktar minn sebgħin punt tas-sentenza appellata, il-kategoriji ta’ żbalji rispettivi kif ukoll is-suġġett ikkonċernat minn kull żball allegat. |
|
48 |
F’dan il-kuntest, billi tat, essenzjalment, ħames eżempji konkreti ta’ żbalji ta’ liġi li allegatament wettqet il-Qorti Ġenerali, thyssenkrupp tqajjem ħames ilmenti speċifiċi. |
|
49 |
L-ewwel nett, thyssenkrupp issostni li, fil-punti 58 sa 63 tas-sentenza appellata, li jikkonċernaw id-definizzjoni ta’ ċerti swieq inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx evalwazzjoni ta’ ċerti premessi tad-Deċiżjoni kontenzjuża, iżda sempliċement irriproduċiet, diversi drabi, dawn tal-aħħar. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali la eżaminat jekk ir-raġunament tal-Kummissjoni kienx korrett u lanqas ma mmotivat din l-assenza ta’ evalwazzjoni. |
|
50 |
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali, billi ċaħdet, fil-punti 80 sa 85 tas-sentenza appellata, l-argument ta’ thyssenkrupp li permezz tiegħu hija riedet turi li l-Kummissjoni kellha tapplika t-test “Small but Significant and Non-transitory Increase in Price (SSNIP)”, li huwa test ibbażat fuq żieda żgħira iżda sinjifikattiva u mhux tranżitorja tal-prezzijiet (iktar ’il quddiem it-“test SSNIP”), sabiex tevalwa s-sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta fis-swieq tal-HDG, ma eżaminatx l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar dan il-punt, iżda sempliċement tennietha. |
|
51 |
It-tielet nett, fil-punti 186 sa 189 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali sempliċement ġabret fil-qosor il-motivi tal-Kummissjoni li jinsabu fid-Deċiżjoni kontenzjuża, mingħajr ma wettqet l-evalwazzjoni tagħha stess, u dan wassalha sabiex tikkunsidra b’mod żbaljat li kienet teżisti sensiela ta’ provi li juru li l-konstatazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni kienu validi u li din l-istituzzjoni kienet impliċitament ħadet inkunsiderazzjoni l-oġġezzjonijiet ta’ thyssenkrupp. |
|
52 |
Ir-raba’ nett, thyssenkrupp tqis li, fil-punti 279 u 283 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li l-Kummissjoni la kienet obbligata tevalwa l-provi ekonomiċi li kienu ġew prodotti quddiemha u lanqas li tipprova t-teorija tagħha ta’ effett ħażin fuq il-kompetizzjoni. thyssenkrupp issostni li, fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, meta qieset, fil-punt 279 tas-sentenza appellata, li l-provi ekonomiċi speċifiċi u disponibbli tal-effetti prospettivi tal-konċentrazzjoni ppjanata setgħu jiġu injorati. Il-Qorti Ġenerali ma tistax tikkunsidra li, fid-dawl tal-prinċipju tal-libertà tal-prova fid-dritt tal-Unjoni, l-assenza ta’ studji ekonomiċi li jistabbilixxu l-iżvilupp probabbli tas-sitwazzjoni fis-suq inkwistjoni u li jindikaw l-eżistenza ta’ inċentiv għall-atturi tas-suq kif ukoll għall-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni sabiex jaġixxu b’mod partikolari ma hijiex fiha nnifisha deċiżiva. |
|
53 |
Dan ikun ukoll il-każ anki f’sitwazzjoni fejn l-interess kummerċjali ta’ impriża għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi vverifikat jekk dan l-interess ixaqlibx b’mod predominanti favur aġir partikolari. Fil-fatt, “l-interess kummerċjali ta’ impriża” jikkostitwixxi fih innifsu kwistjoni fundamentalment ekonomika, li teħtieġ l-analiżi ta’ provi ekonomiċi u l-Qorti Ġenerali ma tistax tissepara din il-kwistjoni purament ekonomika mill-eżami tal-provi ekonomiċi disponibbli. Barra minn hekk, l-insuffiċjenzi tal-provi ekonomiċi fl-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Qorti Ġenerali jikkostitwixxu żnaturament tal-provi mwettqa mill-Kummissjoni u mill-Qorti Ġenerali rispettivament. |
|
54 |
Il-ħames nett, skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx stħarriġ sħiħ tad-Deċiżjoni kontenzjuża peress li, kif jirriżulta mill-punti 279 sa 290 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali sempliċement eżaminat kwistjonijiet preċiżi. |
|
55 |
Sussidjarjament, thyssenkrupp issostni li, fil-punti kollha tas-sentenza appellata ċċitati fit-tabella li hija ppreżentat, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha. |
|
56 |
Il-Kummissjoni tikkontesta kemm l-ammissibbiltà kif ukoll il-fondatezza tal-argumenti ta’ thyssenkrupp. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
57 |
Fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-argumenti ta’ thyssenkrupp imressqa b’mod skematiku f’tabella li tindika l-punti tas-sentenza appellata, il-kategoriji ta’ żbalji rispettivi kif ukoll is-suġġett ikkonċernat minn kull żball allegat, għandu jitfakkar li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 168(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li tagħha jintalab l-annullament kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba, taħt piena ta’ inammissibbiltà tal-appell jew tal-aggravju kkonċernat (sentenza tat‑28 ta’ Settembru 2023, QI et vs Il‑Kummissjoni u BĊE, C‑262/22 P, EU:C:2023:714, punt 71). |
|
58 |
B’mod partikolari, aggravju li l-argument tiegħu ma huwiex suffiċjentement ċar u preċiż sabiex jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha tal-legalità ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti u għandu jiġi ddikjarat inammissibbli, b’mod partikolari għaliex l-elementi essenzjali li fuqhom huwa bbażat l-aggravju ma jirriżultawx b’mod suffiċjentement koerenti u li jinftiehem mit-test ta’ dan l-appell, li huwa fformulat b’mod oskur u ambigwu f’dan ir-rigward. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li għandu jiġi miċħud bħala manifestament inammissibbli appell li ma jkollux struttura koerenti, li jkun limitat għal dikjarazzjonijiet ġenerali u li ma jinkludix indikazzjonijiet preċiżi marbuta mal-punti tad-deċiżjoni kkontestata li huma possibbilment ivvizzjati bi żball ta’ liġi (sentenza tat‑28 ta’ Settembru 2023, QI et vs Il‑Kummissjoni u BĊE, C‑262/22 P, EU:C:2023:714, punt 72). |
|
59 |
Issa, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, għalkemm, fit-tabella tagħha, thyssenkrupp tidentifika bi preċiżjoni l-punti tas-sentenza appellata li hija tixtieq tikkritika permezz tal-ewwel aggravju tagħha, hija ma tesponix b’mod preċiż u speċifiku l-iżbalji ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali allegatament wettqet f’dawn il-punti. |
|
60 |
Is-sempliċi dikjarazzjoni astratta u skematika ta’ iktar minn sebgħin punt tas-sentenza appellata, tal-kategoriji ta’ żbalji rispettivi kif ukoll tas-suġġett ikkonċernat minn kull żball allegat ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 57 u 58 ta’ din is-sentenza. Konsegwentement, l-ilmenti kollha li ma humiex sostnuti b’mod speċifiku minn argumenti legali għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli. |
|
61 |
Huma biss il-ħames ilmenti li għalihom thyssenkrupp indikat b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza appellata u ressqet argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku l-allegazzjonijiet tagħha li jistgħu għalhekk jitqiesu li huma ammissibbli. |
|
62 |
Fir-rigward tal-fondatezza tal-ewwel ilment invokat minn thyssenkrupp, li permezz tiegħu hija ssostni li, fil-punti 58 sa 63 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx l-evalwazzjoni tagħha stess tal-argumenti ta’ thyssenkrupp, iżda sempliċement irriproduċiet, diversi drabi, ċerti premessi tad-Deċiżjoni kontenzjuża, mingħajr ma mmotivat din l-assenza ta’ evalwazzjoni, għandu jiġi kkonstatat li dan l-ilment huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. |
|
63 |
Fil-punti 58 sa 70 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-argument ta’ thyssenkrupp li permezz tiegħu din il-kumpannija kkontestat il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni li, minn naħa, “l-EEG u l-HDG probabbilment jikkostitwixxu swieq distinti” u, min-naħa l-oħra, “ir-riżultat tal-evalwazzjoni mill-perspettiva tal-kompetizzjoni huwa l-istess, kemm jekk jitqies li jeżisti suq distint għall-HDG jew suq globali tal-azzar iggalvanizzat (HDG + EG)”. Kif jirriżulta mill-punt 52 tal-imsemmija sentenza, li ma huwiex ikkontestat minn thyssenkrupp, din il-kumpannija kienet sostniet quddiem il-Qorti Ġenerali li dawn il-konstatazzjonijiet huma żbaljati għal tliet raġunijiet. L-ewwel nett, il-kompetituri għandhom kapaċitajiet kbar ta’ riżerva għall-EG, li l-inklużjoni tiegħu jnaqqas l-ishma tal-kapaċità tal-partijiet fil-konċentrazzjoni. It-tieni nett, tali inklużjoni kienet turi li l-kapaċitajiet ta’ riżerva ma humiex dgħajfa u ma jinsabux, wara l-konċentrazzjoni, fil-parti l-kbira f’idejn AM u l-partijiet fil-konċentrazzjoni proposta. It-tielet nett, xejn ma jiġġustifika li l-EG ma jiġix inkluż fis-suq inkwistjoni tal-Auto HDG. |
|
64 |
Għalkemm, fl-evalwazzjoni tagħha ta’ dawn l-argumenti, il-Qorti Ġenerali rreferiet għal ċerti premessi tad-Deċiżjoni kontenzjuża, xorta jibqa’ l-fatt li hija għamlet dan fil-kuntest tal-eżami tagħha stess ta’ dik id-deċiżjoni u tal-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni li jinsabu fiha. |
|
65 |
L-ewwel nett, fil-punti 58 u 59 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li l-konklużjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fil-premessa 132 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li ma kienx neċessarju li jiġi ddeterminat jekk l-HDG u l-EG kinux jikkostitwixxu swieq ta’ prodotti distinti minn xulxin jew jekk kienx jeżisti suq globali tal-azzar iggalvanizzat, kienet ibbażata fuq żewġ fatti, esposti fil-premessi 133 sa 136 ta’ dik id-deċiżjoni. Minn naħa, il-Kummissjoni rrilevat li TSE ma kinitx preżenti fis-suq tal-EG. Min-naħa l-oħra, dik l-istituzzjoni kkunsidrat li l-inklużjoni tal-EG fl-istess suq bħall-HDG żiedet il-parti kkombinata ta’ dan is-suq li kellhom il-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata. Madankollu, minħabba l-volum żgħir tal-EG meta mqabbel mal-HDG u l-parti żgħira tal-azzar iggalvanizzat li kien jirrappreżenta, ir-riżultat tal-evalwazzjoni tal-kompetizzjoni probabbilment kien ikun l-istess. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat li dawn il-motivi ma kinux ġew ikkontestati minn thyssenkrupp. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 59 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli ma ġġustifikatx il-konklużjoni tagħha msemmija fil-premessa 132 tad-Deċiżjoni kontenzjuża. |
|
66 |
It-tieni nett, mill-punti 60 sa 62 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali eżaminat l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sostitwibbiltà bejn l-HDG u l-EG. Fil-fatt, fil-punt 60 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li “ma tistax isseħħ sostitwibbiltà bejn l-HDG u l-EG, min-naħa tal-offerta, peress li, kif jirriżulta mill-premessa 138 tad-Deċiżjoni [kontenzjuża], li ssemmi dokument intern ta’ TSE, li ma ġiex ikkontestat minn [thyssenkrupp], il-proċessi ta’ produzzjoni tal-HDG u tal-EG huma differenti, u li ma hemmx dubju li t-tagħmir użat għall-produzzjoni ta’ wieħed ma jistax jintuża għall-produzzjoni tal-ieħor. Għalhekk, kif tindika l-premessa 144 ta’ din id-deċiżjoni, min-naħa tal-offerta, ma huwiex suffiċjentement rapidu u ekonomiku li wieħed jaqleb mill-HDG għall-EG”. |
|
67 |
Fir-rigward tas-sostitwibbiltà, min-naħa tad-domanda, bejn l-HDG u l-EG, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq il-premessi 137 u 144 tad-Deċiżjoni kontenzjuża sabiex tiddeduċi, fil-punt 61 tas-sentenza appellata li, anki jekk jiġi preżunt li s-sostitwibbiltà bejn l-HDG u l-EG, li hija possibbli biss f’sens wieħed, jiġifieri dak tal-EG lejn l-HDG, tista’ tiġġustifika li titwessa’ d-definizzjoni tas-suq rilevanti, xorta baqa’ l-fatt li l-kapaċità kollha ta’ riżerva disponibbli għall-EG ma setgħetx tintuża sabiex tissodisfa d-domanda tal-klijenti tal-HDG. |
|
68 |
Huwa abbażi ta’ dawn ir-raġunijiet, li ma ġewx ikkontestati speċifikament minn thyssenkrupp, li l-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 62 tas-sentenza appellata, li t-teħid inkunsiderazzjoni possibbli tal-kapaċitajiet ta’ riżerva għall-EG ma kien ikollha l-ebda effett fuq il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li tinsab fil-premessa 132 tad-Deċiżjoni kontenzjuża. |
|
69 |
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 63 tas-sentenza appellata, li thyssenkrupp ma kinitx issostanzjat l-allegazzjoni tagħha li l-kompetituri tal-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata minbarra AM kellhom kapaċitajiet ta’ riżerva sinjifikattivi għall-EG. |
|
70 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma wettqitx l-evalwazzjoni tagħha stess tar-raġunament tal-Kummissjoni u li kkuntentat ruħha li tiċċita ċerti premessi tad-Deċiżjoni kontenzjuża. |
|
71 |
Għaldaqstant, l-ewwel mill-ħames ilmenti speċifiċi mqajma fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
72 |
Permezz tat-tieni lment tagħha, thyssenkrupp issostni, essenzjalment, li, billi ċaħdet, fil-punti 80 sa 85 tas-sentenza appellata, l-argument tagħha intiż sabiex juri li l-Kummissjoni kellha tapplika t-test SSNIP sabiex tevalwa s-sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta fis-swieq tal-HDG, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx l-evalwazzjoni tagħha stess tal-argumenti ta’ thyssenkrupp, iżda sempliċement tenniet l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
73 |
Issa, għandu jiġi kkonstatat li dan l-ilment huwa bbażat ukoll fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata u, b’mod partikolari, tal-punti 74 sa 85 ta’ dik is-sentenza. |
|
74 |
Mill-punti 74 sa 76 tal-imsemmija sentenza jirriżulta li, wara li tfakkar il-kontenut tal-paragrafu 15 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 155, iktar ’il quddiem il-“Komunikazzjoni dwar id-definizzjoni tas-suq”), il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni ma hija marbuta minn ebda test sabiex tiddetermina l-possibbiltà ta’ sostitwibbiltà tal-prodotti kkonċernati u li hija żżomm id-dritt li tagħżel, minn fost il-provi li jippermettu li jiġi evalwat sa liema punt tista’ ssir is-sostituzzjoni, dawk li hija tqis l-iktar xierqa f’kull każ. Il-Qorti Ġenerali għalhekk ikkunsidrat li dik l-istituzzjoni ma kinitx obbligata tapplika t-test SSNIP. |
|
75 |
Fil-punt 78 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali rrilevat li d-definizzjoni tas-“suq rilevanti” ma kinitx teħtieġ li l-Kummissjoni ssegwi ordni ġerarkika riġida tad-diversi sorsi ta’ informazzjoni jew tad-diversi tipi ta’ provi, iżda li, min-naħa l-oħra, hija kienet obbligata twettaq evalwazzjoni globali u setgħet tieħu inkunsiderazzjoni diversi provi. |
|
76 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li ssostni thyssenkrupp, fil-punti 79 sa 84 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kienet wettqet l-eżami tagħha tal-argumenti ta’ din il-kumpannija sabiex tivverifika jekk u kif il-Kummissjoni eżaminat il-livell ta’ sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta fir-rigward tal-Auto HDG, inkluż fir-rigward tal-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ HDG attwalment użata għall-klijenti barra mill-industrija tal-karozzi. |
|
77 |
Fi tmiem dak l-eżami, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 85 ta’ dik is-sentenza, li l-Kummissjoni ma kienet wettqet l-ebda żball meta bbażat il-konklużjonijiet tagħha dwar id-definizzjoni ta’ suq distint ta’ Auto HDG fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-provi miġbura, mingħajr ma rrikorriet għat-test SSNIP, b’tali mod li t-tieni lment imqajjem minn thyssenkrupp fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel motiv quddiem il-Qorti Ġenerali kellu jiġi miċħud. |
|
78 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma wettqitx l-evalwazzjoni tagħha stess tal-argumenti ta’ thyssenkrupp u li sempliċement tenniet l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni. It-tieni mill-ħames ilmenti speċifiċi mqajma fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandu għalhekk jiġi miċħud bħala infondat. |
|
79 |
Permezz tat-tielet ilment tagħha, thyssenkrupp issostni li, fil-punti 186 sa 189 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali llimitat ruħha li tirriproduċi l-motivi tal-Kummissjoni li jinsabu fid-Deċiżjoni kontenzjuża, mingħajr ma wettqet l-evalwazzjoni tagħha stess tal-argumenti mressqa quddiemha, u dan wassalha sabiex tikkunsidra b’mod żbaljat li kienet teżisti sensiela ta’ provi msemmija f’dik id-deċiżjoni li juru li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni kienu validi u li din kienet impliċitament ħadet inkunsiderazzjoni l-oġġezzjonijiet ifformulati minn thyssenkrupp. |
|
80 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, f’dawn il-punti 186 sa 189, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-argument ta’ thyssenkrupp li jgħid li, fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha ta’ ċerti dokumenti interni ta’ thyssenkrupp u ta’ TSE, il-Kummissjoni ma kinitx ħadet inkunsiderazzjoni l-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn dawn il-kumpanniji matul il-proċedura amministrattiva li kienu wrew li dawn id-dokumenti ma kinux xierqa sabiex jipprovaw limitazzjoni tal-portata ġeografika tas-swieq tal-Auto HDG u tal-azzar intiż għall-imballaġġ għaż-ŻEE. |
|
81 |
Issa, kuntrarjament għal dak li ssostni thyssenkrupp, il-Qorti Ġenerali esponiet ir-raġunijiet li għalihom hija qieset li l-argument ta’ din il-kumpannija, imsemmi fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, ma jistax jintlaqa’. |
|
82 |
Fil-fatt, meta wettqet eżami ddettaljat ta’ dik id-deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali qieset, qabelxejn, fil-punt 186 tas-sentenza appellata, li l-elementi meħuda inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni kienu jikkostitwixxu mhux biss dokumenti interni tal-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata, iżda wkoll dikjarazzjonijiet tal-kompetituri miġbura matul l-investigazzjoni mwettqa minn dik l-istituzzjoni. |
|
83 |
Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 187 tas-sentenza appellata, li thyssenkrupp ma kinitx uriet li l-Kummissjoni kienet interpretat b’mod manifestament kuntrarju l-formulazzjoni tad-dokumenti interni tal-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata. |
|
84 |
Barra minn hekk, fil-punt 188 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali wettqet l-eżami tagħha stess tal-argument ta’ thyssenkrupp dwar l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-imsemmija dokumenti u kkonstatat li l-ispjegazzjonijiet ta’ din il-kumpannija ma kinux suffiċjentement konvinċenti sabiex iċaħħdu mill-plawżibbiltà l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni li jinsabu fil-premessi 351 sa 361 tad-Deċiżjoni kontenzjuża. |
|
85 |
Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 189 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli injorat l-argumenti tal-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata, peress li dik l-istituzzjoni kienet wieġbet impliċitament, iżda neċessarjament, għal dan l-argument billi kkunsidrat li l-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn thyssenkrupp u TSE ma kinux kapaċi jbiddlu l-evalwazzjoni li hija kienet adottat fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. |
|
86 |
Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma wettqitx l-evalwazzjoni tagħha stess tal-argumenti ta’ thyssenkrupp u li sempliċement tenniet il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni. |
|
87 |
It-tielet mill-ħames ilmenti speċifiċi mqajma fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandu għalhekk jiġi miċħud bħala infondat. |
|
88 |
Permezz tar-raba’ lment tagħha, thyssenkrupp issostni li, fil-punti 279 u 283 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li l-Kummissjoni la kienet obbligata tevalwa l-provi ekonomiċi li kienu ġew ippreżentati lilha u lanqas li tipprova t-teorija ta’ effett ħażin fuq il-kompetizzjoni li fuqha dik l-istituzzjoni bbażat ruħha sabiex tipprojbixxi l-konċentrazzjoni ppjanata. Fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat, fil-punt 279 tas-sentenza appellata, li l-provi ekonomiċi speċifiċi u disponibbli tal-effetti prospettivi tal-konċentrazzjoni ppjanata setgħu jiġu injorati. Barra minn hekk, thyssenkrupp tqis li l-insuffiċjenzi tal-provi ekonomiċi fl-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Qorti Ġenerali jikkostitwixxu żnaturament tal-provi mwettqa mill-Kummissjoni u mill-Qorti Ġenerali. |
|
89 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li dan l-ilment huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata u huwa, fi kwalunkwe każ, infondat. |
|
90 |
Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 277 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni kellha tibbaża ruħha fuq provi affidabbli u koerenti u li dawn l-elementi kollha kellhom jikkostitwixxu d-data rilevanti kollha li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa. |
|
91 |
Fil-punt 278 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali rrilevat ukoll li l-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet mill-Kummissjoni kien jeħtieġ analiżi prospettiva li kienet tikkonsisti f’eżami ta’ kif tali konċentrazzjoni setgħet tbiddel il-fatturi li jiddeterminaw l-istat tal-kompetizzjoni f’suq partikolari u, għaldaqstant, tikkostitwixxi tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva. Hija ppreċiżat li din l-analiżi prospettiva kienet teħtieġ li jiġu immaġinati d-diversi sekwenzi ta’ kawża u ta’ effett sabiex tiġi kkunsidrata dik li kienet l-iktar probabbli. |
|
92 |
Barra minn hekk, fil-punt 279 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li “[kienet] il-Kummissjoni li għandha tipproduċi provi sodi dwar il-probabbiltà ta’ dawn is-sekwenzi. F’ċerti każijiet, dawn il-provi [setgħu] jkunu kkostitwiti minn studji ekonomiċi li jistabbilixxu l-iżvilupp probabbli tas-sitwazzjoni fis-suq inkwistjoni u li jindikaw l-eżistenza ta’ inċentiv għall-atturi tas-suq kif ukoll għall-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni sabiex jaġixxu b’mod partikolari. Madankollu, fid-dawl tal-prinċipju tal-libertà tal-prova fid-dritt tal-Unjoni, l-assenza ta’ dan it-tip ta’ prova ma [kinitx] fiha nnifisha deċiżiva. B’mod partikolari, f’sitwazzjoni fejn [kien] ċar li l-interess kummerċjali ta’ impriża [kien] ixaqleb b’mod predominanti favur aġir partikolari, il-Kummissjoni ma [wettqitx] żball manifest ta’ evalwazzjoni meta tikkunsidra li [kien] probabbli li l-atturi tas-suq jew l-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni realment jadottaw l-aġir previst. F’każ bħal dan, is-sempliċi realtajiet ekonomiċi u kummerċjali tal-każ inkwistjoni [setgħu] jikkostitwixxu tali provi sodi.” |
|
93 |
Huwa fid-dawl ta’ dawn ir-raġunijiet li l-Qorti Ġenerali eżaminat l-ilment invokat minn thyssenkrupp, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-inċentiv ta’ AM sabiex teżerċita restrizzjoni fuq żieda fil-prezzijiet wara l-konċentrazzjoni ppjanata. |
|
94 |
B’hekk, fil-punt 283 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, “sabiex jiġi ddeterminat l-iżvilupp probabbli tas-sitwazzjoni fis-suq inkwistjoni u sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ inċentiv għall-atturi tas-suq jew għall-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni sabiex jaġixxu b’mod partikolari, il-Kummissjoni ma [kinitx] obbligata tibbaża ruħha fuq studji ekonomiċi sofistikati”. Hija qieset li hija “[setgħet] tibbaża ruħha fuq kunsiderazzjonijiet dwar jekk dawn l-atturi jew din l-entità realment jadottawx l-aġir previst, meta [kien] ċar li l-interess kummerċjali ta’ impriża [kien] ixaqleb b’mod predominanti favur aġir partikolari, li hija ħaġa li hija wriet f’dan il-każ”. Hija kkunsidrat li minn dan kien isegwi “li l-Kummissjoni setgħet, b’mod partikolari, tibbaża ruħha f’dan ir-rigward fuq is-sempliċi realtajiet ekonomiċi u kummerċjali f’dan il-każ”. |
|
95 |
Issa, għandu jiġi kkonstatat li mill-punti msemmija iktar ’il fuq tas-sentenza appellata bl-ebda mod ma jirriżulta li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni la kienet obbligata tevalwa l-provi ekonomiċi li kienu ġew prodotti lilha mill-partijiet ikkonċernati u lanqas li tipprova t-teorija tagħha ta’ effett ħażin fuq il-kompetizzjoni. |
|
96 |
Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali enfasizzat, fil-punti 279 u 280 ta’ dik is-sentenza, li kienet il-Kummissjoni li kellha tipproduċi provi sodi sabiex turi li konċentrazzjoni setgħet tostakola b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. |
|
97 |
Huwa minnu li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat, essenzjalment, li, sabiex jiġi ddeterminat l-iżvilupp probabbli tas-sitwazzjoni fis-suq ikkonċernat u sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ inċentiv għall-atturi tas-suq jew għall-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni sabiex jaġixxu b’mod partikolari, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata tibbaża ruħha neċessarjament fuq studji ekonomiċi sofistikati, b’mod partikolari, f’sitwazzjoni fejn kien jirriżulta manifestament minn provi oħra li l-interess kummerċjali ta’ impriża kien ixaqleb b’mod predominanti favur aġir partikolari. |
|
98 |
Madankollu, għandu jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li la mir-Regolament Nru 139/2004 u lanqas mill-ġurisprudenza ma jirriżulta li l-uniċi mezzi ta’ prova aċċettati, sabiex jiġi ddeterminat l-iżvilupp probabbli tas-sitwazzjoni fis-suq ikkonċernat u sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ inċentiv għall-atturi tas-suq jew għall-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni sabiex jaġixxu b’mod partikolari, huma l-istudji ekonomiċi. |
|
99 |
Fil-fatt, għandu jitfakkar li l-prinċipju li jipprevali fid-dritt tal-Unjoni huwa dak tal-amministrazzjoni libera tal-provi (sentenza tal‑10 ta’ Settembru 2020, Hamas vs Il‑Kunsill, C‑386/19 P, EU:C:2020:691, punt 73 u l-ġurisprudenza ċċitata), b’tali mod li l-Kummissjoni, bħala prinċipju, għandha l-possibbiltà li tinvoka mezzi ta’ prova ta’ kull natura, li ma jeskludix ir-rekwiżit li jirriżulta mill-ġurisprudenza li l-provi għandhom ikunu suffiċjentement sinjifikattivi, konkordanti, affidabbli, koerenti u materjalment eżatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, Il‑Kummissjoni vs CK Telecoms UK Investments, C‑376/20 P, EU:C:2023:561, punti 75 u 125). |
|
100 |
F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali rreferiet, fil-punt 277 tas-sentenza appellata, għar-raġunijiet li jinsabu fil-punt 35 ta’ dik is-sentenza, li permezz tagħhom hija fakkret li l-qorti tal-Unjoni għandha tivverifika mhux biss tivverifika l-eżattezza materjali tal-provi invokati, l-affidabbiltà tagħhom u l-koerenza tagħhom, iżda għandha wkoll tistħarreġ jekk dawn il-provi jikkostitwixxux id-data kollha rilevanti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk humiex ta’ natura li jsostnu l-konklużjonijiet misluta minnha. Huwa b’mod partikolari fid-dawl ta’ dan il-punt 35 li hija wettqet l-evalwazzjonijiet li jinsabu fil-punti 282 u 283 tas-sentenza appellata, billi eżaminat il-provi meħuda inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża li, flimkien mad-data ekonomika pprovduta minn thyssenkrupp u TSE sabiex tiġi kkonfutata l-analiżi ekonomika ppreżentata minn dawn tal-aħħar matul il-proċedura amministrattiva. |
|
101 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jitqies li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżball ta’ liġi li bih hija ġiet ikkritikata fir-rigward tal-punti 279 u 283 tas-sentenza appellata. |
|
102 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq allegat żnaturament fl-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, għandu jitfakkar li mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 168(1)(d) u mill-Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li jkun qiegħed jintalab l-annullament tagħha, kif ukoll l-argumenti legali mqajma speċifikament insostenn ta’ din it-talba. Għalhekk, meta appellant jallega żnaturament tal-provi mill-Qorti Ġenerali, huwa għandu jindika b’mod preċiż il-provi li allegatament ġew żnaturati minnha u juri l-iżbalji ta’ analiżi li, fl-evalwazzjoni tiegħu, allegatament wasslu lill-Qorti Ġenerali għal dan l-iżnaturament (sentenza tas‑26 ta’ Lulju 2017, Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen vs EUIPO,C‑471/16 P, EU:C:2017:602, punt 34). |
|
103 |
Issa, bl-argument tagħha, thyssenkrupp ma tidentifikax b’mod preċiż il-provi li ġew żnaturati mill-Qorti Ġenerali. |
|
104 |
Għaldaqstant, dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
|
105 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-raba’ mill-ħames ilmenti speċifiċi mqajma fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment infondat u bħala parzjalment inammissibbli. |
|
106 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ħames u l-aħħar ilment ta’ thyssenkrupp, li permezz tiegħu din il-kumpannija ssostni li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx stħarriġ sħiħ tad-Deċiżjoni kontenzjuża, peress li, fil-punti 279 sa 290 tas-sentenza appellata, hija sempliċement eżaminat kwistjonijiet preċiżi, għandu jitfakkar li mir-regoli li jirregolaw il-proċedura quddiem il-qrati tal-Unjoni, b’mod partikolari mill-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 76 u mill-Artikolu 84(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, jirriżulta li t-tilwima hija, bħala prinċipju, iddeterminata u limitata mill-partijiet u li l-qorti tal-Unjoni ma tistax tiddeċiedi ultra petita (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, Il‑Kummissjoni vs CK Telecoms UK Investments, C‑376/20 P, EU:C:2023:561, punt 324). |
|
107 |
Għalkemm ċerti motivi jistgħu, jew saħansitra għandhom, jitqajmu ex officio, bħal nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni, li jaqa’ taħt ir-rekwiżiti formali essenzjali, motiv ibbażat fuq il-legalità sostantiva tal-imsemmija deċiżjoni, li jaqa’ taħt il-ksur tat-trattati jew ta’ kwalunkwe dispożizzjoni legali oħra marbuta mal-applikazzjoni tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, jista’, min-naħa l-oħra, jiġi eżaminat mill-qorti tal-Unjoni biss jekk jiġi invokat mir-rikorrent (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, Il‑Kummissjoni vs CK Telecoms UK Investments, C‑376/20 P, EU:C:2023:561, punt 325). |
|
108 |
Għalhekk, l-istħarriġ ġudizzjarju li l-Qorti Ġenerali tista’ teżerċita huwa, bħala prinċipju, strettament marbut mal-motivi speċifiċi mressqa fir-rikors fl-ewwel istanza. |
|
109 |
Il-ħames mill-ħames ilmenti speċifiċi mqajma fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandu għalhekk jiġi miċħud bħala infondat. |
|
110 |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-allegazzjoni ta’ thyssenkrupp, imqajma sussidjarjament, li l-Qorti Ġenerali, fir-rigward ta’ dawn il-ħames ilmenti speċifiċi, kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha għandha wkoll tiġi miċħuda. |
|
111 |
Għaldaqstant, l-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment infondata u bħala parzjalment inammissibbli. |
Fuq it‑tieni parti tal‑ewwel aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
112 |
Permezz tal-ewwel ilment tagħha, thyssenkrupp issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn ma kkonstatatx li, sabiex turi ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva, il-Kummissjoni kellha twettaq eżami f’żewġ stadji, fis-sens tal-punt 51 tas-sentenza tal‑10 ta’ Lulju 2008, Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala (C‑413/06 P, EU:C:2008:392), kif ukoll tal-punti 113 et seq. tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat‑28 ta’ Mejju 2020, CK Telecoms UK Investments vs Il‑Kummissjoni (T‑399/16, EU:T:2020:217). |
|
113 |
Dan l-eżami jimplika, fl-ewwel lok, li ssir evalwazzjoni tal-aġir futur li ser jiġi adottat mill-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni u mill-operaturi l-oħra wara din il-konċentrazzjoni, permezz tal-evalwazzjoni tal-iżvilupp ekonomiku attribwibbli għall-imsemmija konċentrazzjoni li huwa l-iktar probabbli. |
|
114 |
Fit-tieni lok, l-imsemmi eżami f’żewġ stadji jimplika li ssir, permezz ta’ analiżi prospettiva tas-suq ta’ referenza, evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk dan l-aġir futur probabbilment iwassalx għal sitwazzjoni li fiha l-kompetizzjoni effettiva fis-suq inkwistjoni tiġi ostakolata b’mod sinjifikattiv. |
|
115 |
Permezz tat-tieni lment tagħha, thyssenkrupp issostni li, b’mod partikolari fil-punti 270 sa 290, 304, 432 u 433, 448 sa 453, 540 sa 544, 551, 570, 613, 633, 737 u 754 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata turi bi “probabbiltà serja” l-eżistenza possibbli, f’dan il-każ, ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva. |
|
116 |
Issa, mill-punt 118 tas-sentenza tat‑28 ta’ Mejju 2020, CK Telecoms UK Investments vs Il‑Kummissjoni (T‑399/16, EU:T:2020:217) jirriżulta li l-Kummissjoni hija obbligata turi bi “probabbiltà serja” l-eżistenza ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva wara konċentrazzjoni u li r-rekwiżit ta’ prova applikabbli għal dik l-istituzzjoni huwa, konsegwentement, iktar strett minn dak li bih tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva jkun “iktar probabbli milli improbabbli”. |
|
117 |
Skont thyssenkrupp, l-applikazzjoni ta’ livell ta’ prova inqas eżiġenti, bħal dak applikat mill-Qorti Ġenerali f’din il-kawża, twassal b’mod żbaljat għal inverżjoni tal-oneru tal-prova, peress li l-parti li qiegħda tinnotifika tkun obbligata tipprova bi “probabbiltà serja” l-assenza ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva. |
|
118 |
Barra minn hekk, thyssenkrupp tqis li, billi ma talbitx lill-Kummissjoni turi bi “probabbiltà serja” li l-konċentrazzjoni ppjanata ser twassal għal ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva fis-suq intern, il-Qorti Ġenerali aċċettat li l-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha fuq preżunzjoni ġenerali tal-eżistenza ta’ tali ostakolu. |
|
119 |
Il-Kummissjoni tikkontesta kemm l-ammissibbiltà kif ukoll il-fondatezza tal-argumenti ta’ thyssenkrupp. |
|
120 |
Fir-replika tagħha, thyssenkruppp tippreċiża li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, it-tieni parti tal-ewwel aggravju hija ammissibbli peress li l-lakuni tal-analiżi tal-konċentrazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ħtieġa li jitwettaq eżami f’żewġ stadji kienu diġà ġew invokati fl-ewwel istanza, kif jirriżulta mill-punti 14 et seq., 26 et seq., 58 et seq., 63, 69, 72 et seq., 128, 135, 139 u 153 tar-rikors fl-ewwel istanza. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
121 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ammissibbiltà tal-ewwel ilment tat-tieni parti tal-ewwel aggravju ta’ thyssenkrupp, minkejja li din il-kumpannija ssostni li hija enfasizzat diversi drabi quddiem il-Qorti Ġenerali li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Auto HDG u l-azzar intiż għall-imballaġġ kienu vvizzjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u ta’ liġi, l-imsemmija kumpannija ma wrietx li hija kienet qajmet fl-ewwel istanza motivi speċifiċi li jikkonċernaw, minn naħa, l-allegat obbligu tal-Kummissjoni u tal-Qorti Ġenerali li jwettqu eżami f’żewġ stadji, fis-sens tal-punt 51 tas-sentenza tal‑10 ta’ Lulju 2008, Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala (C‑413/06 P, EU:C:2008:392), kif ukoll tal-punti 113 et seq. tas-sentenza tat‑28 ta’ Mejju 2020, CK Telecoms UK Investments vs Il‑Kummissjoni (T‑399/16, EU:T:2020:217). |
|
122 |
L-ebda wieħed mill-punti tar-rikors fl-ewwel istanza li tirreferi għalihom thyssenkrupp, sabiex turi li hija kienet qajmet l-ilmenti msemmija fil-punt preċedenti quddiem il-Qorti Ġenerali, ma jinkludi tali motivi jew tali argumenti speċifiċi. |
|
123 |
Issa, huwa biżżejjed li jitfakkar, f’dan ir-rigward, li, skont l-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appell ma jistax ibiddel is-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-appell hija fil-fatt limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li ngħatat għall-motivi dibattuti quddiem l-ewwel istanza. Għaldaqstant, parti ma tistax tqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja motiv li hija ma qajmitx quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li dan ikun ifisser li din il-parti titħalla tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-ġurisdizzjoni tagħha fil-qasam ta’ appell hija limitata, tilwima iktar estiża minn dik li tressqet quddiem il-Qorti Ġenerali (sentenza tal‑25 ta’ Marzu 2021, Slovak Telekom vs Il‑Kummissjoni, C‑165/19 P, EU:C:2021:239, punti 98 u 99 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
124 |
Peress li l-ewwel ilment tat-tieni parti tal-ewwel aggravju ma ġiex ifformulat mill-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali, dan għandu jiġi miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
125 |
Fir-rigward tal-ammissibbiltà tat-tieni lment tat-tieni parti ta’ dan l-aggravju, ibbażat fuq ir-rekwiżiti ta’ prova li għandha l-Kummissjoni meta hija jkollha tipprova l-eżistenza ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 139/2004, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-allegat nuqqas ta’ osservanza tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-provi jikkostitwixxi kwistjoni ta’ liġi li hija ammissibbli fl-istadju tal-appell (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑28 ta’ Novembru 2019, ABB vs Il‑Kummissjoni, C‑593/18 P, EU:C:2019:1027, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, kif tfakkar fil-punt 115 ta’ din is-sentenza, thyssenkrupp tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli kkunsidrat li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata turi bi “probabbiltà serja” l-eżistenza possibbli ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li t-tieni lment tat-tieni parti tal-ewwel aggravju huwa ammissibbli. |
|
126 |
Fir-rigward tal-fondatezza tagħha, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-argument ta’ thyssenkrupp huwa bbażat fuq il-premessa li mill-punt 118 tas-sentenza tat‑28 ta’ Mejju 2020, CK Telecoms UK Investments vs Il‑Kummissjoni (T‑399/16, EU:T:2020:217) jirriżulta li l-Kummissjoni hija obbligata turi bi “probabbiltà serja” l-eżistenza ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva wara konċentrazzjoni u li r-rekwiżit ta’ prova applikabbli għal dik l-istituzzjoni huwa, konsegwentement, iktar strett minn dak li bih ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva jkun “iktar probabbli milli improbabbli”. |
|
127 |
Issa, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 87 u 88 tas-sentenza tagħha tat‑13 ta’ Lulju 2023, Il‑Kummissjoni vs CK Telecoms UK Investments (C‑376/20 P, EU:C:2023:561), din il-premessa hija żbaljata. Fil-fatt, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-istruttura simetrika tal-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Nru 139/2004 u tan-natura prospettiva tal-analiżijiet ekonomiċi tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, sabiex jiġi ddikjarat li konċentrazzjoni hija inkompatibbli jew kompatibbli mas-suq intern, huwa biżżejjed li l-Kummissjoni turi, permezz ta’ elementi suffiċjentement sinjifikattivi u konkordanti, li huwa iktar probabbli milli improbabbli li l-konċentrazzjoni kkonċernata tfixkel jew le b’mod sinjifikattiv kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. |
|
128 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni lment tat-tieni parti tal-ewwel aggravju huwa infondat. |
|
129 |
Minn dan isegwi li t-tieni parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment infondata. |
Fuq it‑tieni aggravju
Fuq l‑ewwel parti tat‑tieni aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
130 |
thyssenkrupp issostni li, fil-punti 55 sa 71, 74 sa 85, 88 sa 93, 98 sa 107, u 112 sa 114 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji dwar id-determinazzjoni tas-suq rilevanti f’dan il-każ. Il-Qorti Ġenerali żnaturat ukoll il-provi u/jew kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha. |
|
131 |
Fl-ewwel lok, fil-punti 55 sa 57 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li l-Kummissjoni ma kinitx ibbażat id-Deċiżjoni kontenzjuża fuq l-eżistenza ta’ suq distint għall-Auto HDG. |
|
132 |
Fit-tieni lok, thyssenkrupp issostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni kienet wettqet żball manifest meta llimitat ruħha, fil-punti 9.1 sa 9.4 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li twettaq analiżi kompetittiva tal-konċentrazzjoni ppjanata billi bbażat ruħha biss fuq is-suq ta’ Auto HDG u mhux ukoll fuq suq usa’ li jkopri l-EG u l-HDG. Skont din il-kumpannija, dan l-iżball manifest tal-Kummissjoni kellu jiġi identifikat u kkonstatat mill-Qorti Ġenerali. |
|
133 |
Fit-tielet u l-aħħar lok, thyssenkrupp issostni li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-suq rilevanti, il-Qorti Ġenerali imponiet b’mod żbaljat, b’mod partikolari fil-punt 103 tas-sentenza appellata, “rekwiżit ta’ sostitwibbiltà perfetta” bejn l-Auto HDG u l-HDG għal applikazzjonijiet li ma humiex għall-karozzi. Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta ma talbitx lill-Kummissjoni tiddefinixxi l-kriterji tekniċi li abbażi tagħhom ċerti linji ta’ produzzjoni tas-suq ta’ prodotti inkwistjoni setgħu jiġu inklużi jew esklużi għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali qalbet l-oneru tal-prova billi eżiġiet li l-partijiet li qegħdin jinnotifikaw juru li ma kien jeżisti l-ebda fattur li seta’ jillimita l-possibbiltajiet ta’ sostituzzjoni bejn il-produzzjoni ta’ Auto HDG u l-HDG għal applikazzjonijiet li ma humiex għall-karozzi. |
|
134 |
Il-Kummissjoni tikkontesta kemm l-ammissibbiltà kif ukoll il-fondatezza tal-argumenti ta’ thyssenkrupp. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
135 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ammissibbiltà tal-ewwel parti tat-tieni aggravju, li permezz tagħha l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji dwar id-determinazzjoni tas-suq rilevanti f’dan il-każ, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 57 u 58 ta’ din is-sentenza, appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba, taħt piena ta’ inammissibbiltà tal-appell jew tal-aggravju kkonċernat. Aggravju li l-argument tiegħu ma huwiex suffiċjentement ċar u preċiż sabiex jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti u għandu jiġi ddikjarat inammissibbli, b’mod partikolari għaliex l-elementi essenzjali li fuqhom huwa bbażat l-aggravju ma jirriżultawx b’mod koerenti u li jinftiehem mill-appell. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li għandu jiġi miċħud bħala manifestament inammissibbli appell li ma jkollux struttura koerenti, li jkun limitat għal dikjarazzjonijiet ġenerali u li ma jinkludix indikazzjonijiet preċiżi marbuta mal-punti tad-deċiżjoni kkontestata li huma possibbilment ivvizzjati bi żball ta’ liġi. |
|
136 |
Issa, f’dan il-każ, peress li l-ilmenti fformulati minn thyssenkrupp dwar il-punti tas-sentenza appellata minbarra l-punti 55 sa 57 u 103 ta’ dik is-sentenza ma humiex sostnuti minn argumenti legali speċifiċi, dawn għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli. L-istess jgħodd fir-rigward tal-argument li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha. |
|
137 |
Sa fejn thyssenkrupp tikkontesta l-punti 55 sa 57 tas-sentenza appellata wkoll minħabba li, kuntrarjament għall-konstatazzjoni li tinsab fil-premessa 132 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni bbażat ruħha, essenzjalment, fuq l-eżistenza ta’ suq distint għall-Auto HDG f’taqsimiet oħra ta’ dik id-deċiżjoni, għandu jiġi kkunsidrat li thyssenkrupp tikkontesta l-fondatezza ta’ din il-konstatazzjoni u titlob, għaldaqstant, lill-Qorti tal-Ġustizzja twettaq evalwazzjoni ġdida tal-fatti, li huwa inammissibbli fl-istadju tal-appell. |
|
138 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-argument li l-Qorti Ġenerali żnaturat ċerti provi, għandu jitfakkar, kif jirriżulta mill-punt 102 ta’ din is-sentenza, li meta appellant jallega żnaturament tal-provi mill-Qorti Ġenerali, huwa għandu jindika b’mod preċiż il-provi li allegatament ġew żnaturati minnha u juri l-iżbalji ta’ analiżi li, fil-fehma tiegħu, wasslu lill-Qorti Ġenerali għal dan l-iżnaturament. |
|
139 |
Issa, bl-argument tagħha, thyssenkrupp ma tidentifikax b’mod preċiż il-provi li ġew żnaturati mill-Qorti Ġenerali. |
|
140 |
Għaldaqstant, dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
|
141 |
Fit-tielet lok, fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-argument ta’ thyssenkrupp li, essenzjalment, il-Qorti Ġenerali kellha tidentifika u tikkonstata li l-Kummissjoni kienet wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta llimitat ruħha, fil-punti 9.1 sa 9.4 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li twettaq analiżi kompetittiva tal-konċentrazzjoni ppjanata, billi bbażat ruħha biss fuq is-suq ta’ Auto HDG u mhux ukoll fuq suq usa’ li jkopri l-EG u l-HDG, għandu jiġi rrilevat li, quddiem il-Qorti Ġenerali, din il-kumpannija sempliċement sostniet li l-konklużjoni tal-Kummissjoni, li r-riżultat tal-evalwazzjoni mill-perspettiva tal-kompetizzjoni kien ikun l-istess għal suq jew ieħor, kienet żbaljata. Kuntrarjament għal dak li kienet sostniet l-imsemmija kumpannija fir-replika tagħha, din il-konstatazzjoni hija kkonfermata mill-punti 14 et seq. tar-rikors fl-ewwel istanza, li għalihom hija kienet għamlet riferiment f’dan ir-rigward. |
|
142 |
Issa, kif ġie rrilevat fil-punt 123 ta’ din is-sentenza, skont l-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appell ma jistax ibiddel is-suġġett tat-tilwima quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-appell, hija fil-fatt limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li ngħatat għall-motivi dibattuti quddiem l-ewwel istanza. Għalhekk parti ma tistax tqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja motiv li hija ma tkunx qajmet quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li dan ikun ifisser li din il-parti titħalla tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kompetenza tagħha fil-qasam ta’ appell hija limitata, tilwima iktar estiża minn dik li tressqet quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
143 |
Għaldaqstant, dan l-argument ta’ thyssenkrupp għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
|
144 |
Fir-raba’ u l-aħħar lok, fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-argument ta’ thyssenkrupp li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma eżiġietx li l-Kummissjoni tiddefinixxi l-kriterji tekniċi li abbażi tagħhom ċerti linji ta’ produzzjoni tas-suq ta’ prodotti inkwistjoni jkunu jistgħu jiġu inklużi għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, peress li thyssenkrupp ma kinitx qajmet tali argument fl-ewwel istanza, dan l-argument għandu wkoll jiġi kklassifikat bħala “motiv ġdid” u, għaldaqstant, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
|
145 |
Fir-rigward tal-fondatezza, l-ewwel nett, tal-argument ta’ thyssenkrupp li permezz tiegħu din il-kumpannija tikkritika lill-Qorti Ġenerali li kkonstatat b’mod żbaljat li l-Kummissjoni ma kinitx ibbażat id-Deċiżjoni kontenzjuża fuq l-eżistenza ta’ suq distint għall-Auto HDG, għandu jiġi kkunsidrat li, fi kwalunkwe każ, dan l-argument huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. Fil-punti 55 sa 57 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma għamlitx tali konstatazzjoni. Fil-fatt, hija kkonstatat, fl-imsemmija punti 55 sa 57, li, skont il-Kummissjoni, ma kienx neċessarju li jiġi ddeterminat, f’dan il-każ, jekk l-HDG u l-EG kinux jikkostitwixxu jew le swieq ta’ prodotti distinti, peress li r-riżultat tal-evalwazzjoni tal-kompetizzjoni kien ikun l-istess, kemm jekk din tirrigwarda suq distint tal-HDG kif ukoll jekk tirrigwarda suq globali tal-azzar iggalvanizzat (HDG + EG). |
|
146 |
Għaldaqstant, dan l-ilment ta’ thyssenkrupp għandu wkoll jiġi miċħud bħala infondat. |
|
147 |
It-tieni nett, fir-rigward tal-ilment imqajjem minn thyssenkrupp li jgħid li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-suq rilevanti, il-Qorti Ġenerali imponiet b’mod żbaljat, b’mod partikolari fil-punt 103 tas-sentenza appellata, “rekwiżit ta’ sostitwibbiltà perfetta” bejn l-Auto HDG u l-HDG għal applikazzjonijiet li ma humiex għall-karozzi, għandu jiġi kkunsidrat li dan l-ilment huwa bbażat ukoll fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. |
|
148 |
Fil-fatt, fil-punti 101 sa 103 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali sempliċement wieġbet għal wieħed mill-argumenti ta’ thyssenkrupp. Mill-punt 95 tas-sentenza appellata, li jinkludi sunt fidil ta’ dan l-argument, li thyssenkrupp kien sostna, quddiem il-Qorti Ġenerali, li dawn it-tipi ta’ azzar kienu perfettament sostitwibbli min-naħa tal-offerta u li, minbarra l-każ tal-azzar avvanzat b’reżistenza għolja li jeħtieġ għodda speċifika, il-maġġoranza l-kbira tal-linji ta’ produzzjoni ta’ HDG li jinsabu fiż-ŻEE kienu kapaċi jipproduċu HDG oħra għall-klijenti tas-settur tal-karozzi jew setgħu jiġu adattati għal dan l-għan permezz ta’ investimenti minuri. |
|
149 |
Barra minn hekk, b’mod partikolari mill-punti 101 u 102 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali eżaminat il-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl tal-paragrafu 20 tal-Komunikazzjoni dwar id-definizzjoni tas-suq, il-fornituri setgħux jorjentaw mill-ġdid faċilment il-firxa ta’ prodotti tagħhom sal-punt li jiġġustifikaw tkabbir tas-suq għall-HDG kollu. Issa, minn dan il-paragrafu ma jirriżulta l-ebda rekwiżit ta’ sostitwibbiltà perfetta. |
|
150 |
Fil-punt 103 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-investimenti neċessarji sabiex jiġu aġġornati l-linji ta’ produzzjoni sabiex dawn jiġu adattati għall-produzzjoni ta’ Auto HDG ma kinux minuri. B’hekk, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli kkunsidrat li l-Auto HDG u l-HDG għal applikazzjonijiet li ma humiex għall-karozzi ma kinux perfettament sostitwibbli min-naħa tal-offerta. |
|
151 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ilment ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali imponiet “rekwiżit ta’ sostitwibbiltà perfetta” bejn l-Auto HDG u l-HDG għal applikazzjonijiet li ma humiex għall-karozzi għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
152 |
It-tielet nett, fir-rigward tal-argument ta’ thyssenkrupp ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali qalbet l-oneru tal-prova billi eżiġiet li l-partijiet li qegħdin jinnotifikaw juru li ma kien jeżisti l-ebda fattur li jista’ jillimita l-possibbiltajiet ta’ sostituzzjoni bejn il-produzzjoni ta’ Auto HDG u l-HDG għal applikazzjonijiet oħra li ma humiex għall-karozzi, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. |
|
153 |
Fil-fatt, fil-punti 79 sa 83 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni kienet effettivament wettqet evalwazzjoni tal-livell ta’ sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta u li hija kienet uriet li din is-sostitwibbiltà kienet insuffiċjenti sabiex tiġġustifika l-inklużjoni tal-HDG għal applikazzjonijiet li ma humiex għall-karozzi fis-suq ta’ prodotti kkonċernat. B’hekk, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li qalbet l-oneru tal-prova, billi ma eżiġietx min-naħa tal-Kummissjoni, iżda min-naħa tal-partijiet li qegħdin jinnotifikaw li juru assenza ta’ fatturi li jistgħu jillimitaw il-possibbiltajiet ta’ sostituzzjoni bejn il-produzzjoni ta’ Auto HDG u l-HDG għal applikazzjonijiet li ma humiex għall-karozzi. |
|
154 |
Għaldaqstant, l-ewwel parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondata. |
Fuq it‑tieni parti tat‑tieni aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
155 |
thyssenkrupp tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli kisret l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 139/2004 meta ddeċidiet, fil-punti 118 sa 122 u 127 sa 136 tas-sentenza appellata, li l-azzar illaminat intiż għall-imballaġġ kien jikkostitwixxi suq ta’ prodotti distint. |
|
156 |
B’mod partikolari, thyssenkrupp tqis, fl-ewwel lok, li l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar is-sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi, b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni kif ukoll b’żnaturamenti tal-provi. Din il-kumpannija ssostni li l-Qorti Ġenerali ddikjarat b’mod żbaljat, fil-punt 118 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet ikkonstatat, fil-premessa 293 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li l-atturi tas-settur tal-azzar intiż għall-imballaġġ ma kinux jipproduċu azzar illaminat bit-tagħmir eżistenti użat għall-produzzjoni tal-azzar miksi b’materjal organiku. |
|
157 |
Fil-fatt, f’din il-premessa 293, il-Kummissjoni ddikjarat biss li l-produzzjoni tal-azzar illaminat kienet teħtieġ tagħmir ta’ manifattura speċifiku, li kien jiddistingwiha mill-produzzjoni ta’ TP u ta’ ECCS. Issa, skont thyssenkrupp, il-Qorti Ġenerali kellha teżamina jekk it-tagħmir eżistenti użat għall-produzzjoni tal-azzar miksi b’materjal organiku setax jintuża sabiex jiġi prodott l-azzar illaminat, u b’hekk kien jippermetti sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta. |
|
158 |
Fit-tieni lok, thyssenkrupp issostni li, fil-punt 119 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, billi kkunsidrat li kienet din il-kumpannija li kellha turi sostitwibbiltà usa’ min-naħa tal-offerta, qalbet l-oneru tal-prova. |
|
159 |
Fit-tielet u l-aħħar lok, thyssenkrupp issostni, minn naħa, li, b’mod partikolari fil-punti 132 sa 134 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi minħabba li ma kkonstatatx li l-Kummissjoni kellha, skont ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Komunikazzjoni dwar id-definizzjoni tas-suq, tuża t-test SSNIP sabiex tiddetermina l-firxa ta’ prodotti sostitwibbli. |
|
160 |
Min-naħa l-oħra, skont thyssenkrupp, fil-punt 132 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi meta kkunsidrat li mit-tweġibiet mogħtija mill-klijenti għall-mistoqsijiet dwar is-sostitwibbiltà bejn l-azzar illaminat u l-azzar miksi bil-verniċ fil-kuntest tal-investigazzjoni tas-suq mibdija mill-Kummissjoni kien jirriżulta b’mod ċar li l-parti l-kbira tal-klijenti li esprimew pożizzjoni kienu semmew, b’mod konvinċenti, l-eżistenza ta’ limiti għas-sostitwibbiltà. |
|
161 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument ta’ thyssenkrupp. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
162 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-argument ta’ thyssenkrupp ibbażat, essenzjalment, minn naħa, fuq il-fatt li, fil-punt 118 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma rriproduċietx b’mod fidil il-premessa 293 tad-Deċiżjoni kontenzjuża u, min-naħa l-oħra, fuq il-fatt li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx jekk it-tagħmir eżistenti użat għall-produzzjoni tal-azzar miksi b’materjal organiku setax jintuża għall-produzzjoni tal-azzar illaminat, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument huwa bbażat fuq qari żbaljat kemm tas-sentenza appellata kif ukoll tad-Deċiżjoni kontenzjuża. |
|
163 |
Minn naħa, għandu jiġi kkunsidrat li l-Qorti Ġenerali rriproduċiet b’mod fidil il-premessa 293 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, peress li minn din il-premessa jirriżulta li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-fatt li l-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata kellhom linji ta’ produzzjoni speċifiċi għall-azzar illaminat u li l-linji ta’ produzzjoni tal-azzar miksi b’materjal organiku tal-kompetituri tal-partijiet fil-konċentrazzjoni ma humiex attivi fil-produzzjoni u fil-provvista ta’ azzar illaminat jikkontesta l-argument ta’ dawn tal-aħħar li l-eżistenza ta’ linji ta’ produzzjoni tal-azzar miksi b’materjal organiku tippermetti sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta. |
|
164 |
Min-naħa l-oħra, mill-punti 118 sa 121 tas-sentenza appellata jirriżulta li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta, il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni t-tagħmir eżistenti użat għall-produzzjoni tal-azzar miksi b’materjal organiku fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi prodott l-azzar illaminat. |
|
165 |
Fil-fatt, qabelxejn, fil-punt 119 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-fattibbiltà teknika hija kundizzjoni neċessarja, iżda mhux suffiċjenti, tas-sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta. Sussegwentement, fil-punt 120 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali rrilevat li, hekk kif jirriżulta mill-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar id-definizzjoni tas-suq, sabiex is-sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta tkun rilevanti għall-finijiet tad-definizzjoni tas-suq ta’ prodotti, il-fornituri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jorjentaw mill-ġdid il-produzzjoni tagħhom, b’mod partikolari, mingħajr dewmien twil u mingħajr ma jsostnu investimenti addizzjonali sostanzjali, li huwa inkompatibbli man-neċessità ta’ stadju ta’ produzzjoni addizzjonali sabiex jiġu ttrasformati t-TP jew l-ECCS f’azzar illaminat, li jeżiġi li jiġu miżjuda b’kisja addizzjonali, jiġifieri film tal-plastik għal substrat metalliku. Fl-aħħar nett, fil-punt 121 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-konstatazzjoni magħmula mill-Kummissjoni, fil-premessa 293 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li tgħid li thyssenkrupp u TSE għandhom linji ta’ laminazzjoni speċifiċi sabiex iwettqu dan l-istadju addizzjonali tal-produzzjoni tal-azzar illaminat, turi li huma kellhom isostnu spejjeż addizzjonali sinjifikattivi, li kien jikser xi sostitwibbiltà possibbli min-naħa tal-offerta, fis-sens tal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar id-definizzjoni tas-suq. |
|
166 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma eżaminatx jekk it-tagħmir eżistenti użat għall-produzzjoni tal-azzar miksi b’materjal organiku setax jintuża sabiex jiġi prodott l-azzar illaminat, u b’hekk kien jippermetti sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta. |
|
167 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument ta’ thyssenkrupp li jgħid li, fil-punt 119 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qalbet l-oneru tal-prova sa fejn ikkunsidrat li kienet din il-kumpannija li kellha turi sostitwibbiltà usa’ min-naħa tal-offerta, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument huwa bbażat ukoll fuq qari żbaljat ta’ dik is-sentenza. |
|
168 |
Fil-fatt, mill-imsemmi punt 119 bl-ebda mod ma jirriżulta li l-Qorti Ġenerali obbligat lil thyssenkrupp li turi sostitwibbiltà iktar wiesgħa min-naħa tal-offerta filwaqt li ħelset lill-Kummissjoni mill-oneru tal-prova li hija għandha fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet. |
|
169 |
Min-naħa l-oħra, mill-punti 118 sa 121 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni kienet sostniet l-evalwazzjoni tagħha tas-sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta f’dan il-każ u li thyssenkrupp ma kinitx irnexxielha turi li din l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni kienet ivvizzjata bi żbalji proċedurali, bi żbalji ta’ liġi jew bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. |
|
170 |
Għalhekk ma jistax jitqies li l-Qorti Ġenerali eżentat lill-Kummissjoni mill-obbligu tagħha li tipprova li l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni ppjanata xxekkel jew le b’mod sinjifikattiv kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. Dik il-qorti lanqas ma eżiġiet li thyssenkrupp turi sostitwibbiltà usa’ min-naħa tal-offerta. |
|
171 |
Fit-tielet u l-aħħar lok, fir-rigward, minn naħa, tal-ilment ta’ thyssenkrupp li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma kkonstatatx l-assenza ta’ użu mill-Kummissjoni tat-test SSNIP sabiex tiddetermina l-firxa ta’ prodotti sostitwibbli, għandu jiġi rrilevat li, kif jikkonferma l-punt 15 tal-Komunikazzjoni dwar id-definizzjoni tas-suq, it-test SSNIP jikkostitwixxi biss “mod” sabiex tiġi evalwata s-sostitwibbiltà bejn il-prodotti kkonċernati. Mill-punt 25 tal-imsemmija komunikazzjoni jirriżulta wkoll li “[h]emm spektrum ta’ evidenza li tippermetti assessjar sa fejn is-sostituzzjoni tista’ ssir ” u li, “[i]l-Kummissjoni issegwi approċċ miftuħ għall-evidenza empirikali, intiża sabiex tagħmel użu effettiv tal-informazzjoni kollha disponibbli illi tista’ tkun rilevanti għall-każijiet individwali [u] ma ssegwix ġerarkija riġida ta’ egħjun ta’ informazzjoni differenti jew tipi ta’ xiehda”. |
|
172 |
Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma llimitatx lilha nnifisha fis-sens li hija dejjem tapplika t-test SSNIP sabiex tiddetermina l-possibbiltà ta’ sostitwibbiltà tal-prodotti kkonċernati. Għaldaqstant, hija għandha marġni ta’ evalwazzjoni u tista’ tagħżel, fost is-sensiela ta’ provi msemmija fil-punt 25 tal-Komunikazzjoni dwar id-definizzjoni tas-suq, dawk li hija tqis l-iktar xierqa f’kull każ partikolari. |
|
173 |
F’dak li jirrigwarda, min-naħa l-oħra, il-kritika ta’ thyssenkrupp ibbażata fuq żnaturament tal-provi dwar is-sostitwibbiltà bejn l-azzar illaminat u l-azzar miksi bil-verniċ, għandu jiġi rrilevat li din il-kumpannija tillimita ruħha, essenzjalment, li ssostni li, fil-punt 132 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi meta kkunsidrat li mit-tweġibiet mogħtija mill-klijenti għall-mistoqsijiet dwar is-sostitwibbiltà bejn l-azzar illaminat u l-azzar miksi bil-verniċ kien jirriżulta b’mod ċar li l-parti l-kbira tal-klijenti li kienu esprimew pożizzjoni kienu invokaw b’mod konvinċenti l-limiti għal din is-sostitwibbiltà. thyssenkrupp iżżid li l-fatt li jiġi kkunsidrat li din il-pożizzjoni hija dik tal-“maġġoranza” tal-klijenti jikkostitwixxi żnaturament tal-provi. Skont din il-kumpannija, sabiex wieħed jasal għal tali konstatazzjoni, huwa neċessarju mhux li ssir evalwazzjoni ġdida tal-mertu, iżda biss kalkolu tat-tweġibiet. |
|
174 |
Issa, minflok ma identifikat bi preċiżjoni l-provi li allegatament ġew żnaturati mill-Qorti Ġenerali, thyssenkrupp sempliċement tirreferi għar-rikors tagħha fl-ewwel istanza u għall-Anness A.4d imsemmi fil-punt 132 tas-sentenza appellata, li għandu 592 paġna u jinkludi t-tweġibiet kollha mogħtija mill-klijenti għall-mistoqsijiet magħmula mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-investigazzjoni tagħha tas-suq. |
|
175 |
Għalhekk, peress li thyssenkrupp ma tidentifikax b’mod preċiż il-provi allegatament żnaturati f’dan il-każ, l-argument ta’ din il-kumpannija għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
|
176 |
Għaldaqstant, it-tieni parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondata. |
Fuq it‑tielet parti tat‑tieni aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
177 |
thyssenkrupp tilmenta li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat, fil-punt 56 tas-sentenza appellata, li l-argumenti tagħha intiżi sabiex juru li l-HDG u l-EG jappartjenu għall-istess suq għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi fl-intier tagħhom. |
|
178 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument ta’ thyssenkrupp. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
179 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fil-punt 56 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, essenzjalment, li peress li l-Kummissjoni ma kinitx ikkonkludiet b’mod definittiv li l-HDG u l-EG kienu jaqgħu taħt żewġt iswieq distinti, l-argumenti ta’ thyssenkrupp intiżi sabiex juru li l-HDG u l-EG jappartjenu għall-istess suq kellhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi fl-intier tagħhom. |
|
180 |
Fil-punt 57 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali qieset li dawn l-argumenti kellhom, fi kwalunkwe każ, jiġu miċħuda wkoll bħala infondati għar-raġunijiet esposti fil-punti 58 sa 70 tal-imsemmija sentenza. |
|
181 |
Issa, peress li, kif jirriżulta, essenzjalment, mill-punti 62 sa 70 ta’ din is-sentenza, thyssenkrupp ma wrietx li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 58 sa 70 tas-sentenza appellata, it-tielet parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala ineffettiva. |
Fuq ir‑raba’ parti tat‑tieni aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
182 |
thyssenkrupp issostni li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx dwar l-ewwel ilment tal-ewwel motiv tar-rikors fl-ewwel istanza u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi interpretat ħażin l-ilment imressaq minn din il-kumpannija dwar in-neċessità li tittieħed inkunsiderazzjoni l-prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni u, b’mod partikolari, id-deċiżjoni mogħtija fil-Każ AM vs Ilva. |
|
183 |
Fil-fatt, thyssenkrupp sostniet, fl-ewwel istanza, li ma kienet teżisti l-ebda bażi fattwali li tippermetti li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ suq distint għall-Auto HDG, billi bbażat ruħha fuq ċerti elementi tal-Każ AM vs Ilva li kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll f’din il-kawża, peress li dawn kienu jikkonċernaw l-istess prodotti u l-istess swieq rilevanti. B’mod partikolari, l-imsemmija elementi kienu jinkludu konstatazzjonijiet dwar is-sostitwibbiltà min-naħa tal-offerta bejn il-prodotti ta’ kwalità għolja u l-prodotti bażiċi, u r-restrizzjoni tal-prezz eżerċitata mill-prodotti bażiċi, kif ukoll il-fatt li AM kienet fil-punt li tixtri żewġ fabbriki kbar ta’ HDG ta’ Ilva, kapaċi jipproduċu volumi sinjifikattivi ta’ HDG u ta’ Auto HDG ta’ kwalità għolja. |
|
184 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument ta’ thyssenkrupp. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
185 |
F’dan ir-rigward, mir-rikors fl-ewwel istanza jirriżulta b’mod ċar li thyssenkrupp sostniet li, fil-Każ AM vs Ilva, l-Auto HDG ma kinitx meqjusa bħala suq distint u li ma kienx hemm lok li jitqies li tali suq kien jeżisti f’din il-kawża. Skont din il-kumpannija, l-ineżistenza ta’ tali suq distint hija sostnuta minn żewġ raġunijiet ġenerali tal-Kummissjoni li jinsabu fil-premessi 295 u 602 et seq. tad-deċiżjoni mogħtija fil-Każ AM vs Ilva. |
|
186 |
Issa, fil-punti 65 sa 69 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali fehmet b’mod korrett l-ilment ta’ thyssenkrupp filwaqt li ċaħdet l-argumenti tagħha. |
|
187 |
B’mod partikolari, fil-punt 65 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali qieset li r-riferiment għad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar il-prodotti ċatti tal-azzar bil-karbonju u, b’mod partikolari, għad-deċiżjoni mogħtija fil-Każ AM vs Ilva kien irrilevanti. |
|
188 |
Fil-punt 66 tal-imsemmija sentenza, dik il-qorti kkunsidrat li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ġenerali, meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta’ konċentrazzjoni mas-suq intern abbażi ta’ komunikazzjoni u ta’ fajl speċifiku għal din it-tranżazzjoni, rikorrent ma jistax jikkontesta dawn il-konstatazzjonijiet minħabba li dawn ikunu differenti minn dawk li jkunu saru preċedentement f’kawża oħra, abbażi ta’ komunikazzjoni u ta’ fajl differenti, anki jekk is-swieq inkwistjoni fiż-żewġ kawżi jkunu simili, jew saħansitra identiċi. Għalhekk, skont il-Qorti Ġenerali, sa fejn thyssenkrupp tinvoka, f’dan il-każ, analiżijiet magħmula mill-Kummissjoni f’deċiżjoni preċedenti, din il-parti tal-argument tagħha hija irrilevanti. |
|
189 |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 68 tas-sentenza appellata, li, fi kwalunkwe każ, la l-Kummissjoni u lanqas, a fortiori, il-Qorti Ġenerali ma huma marbuta, f’dan il-każ, bil-konstatazzjonijiet ta’ fatt u bl-evalwazzjonijiet ekonomiċi mwettqa fid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar il-prodotti ċatti tal-azzar bil-karbonju u, b’mod partikolari, bid-deċiżjoni mogħtija fil-Każ AM vs Ilva, li għalihom tirreferi thyssenkrupp. Anki jekk wieħed jassumi li l-analiżi mwettqa f’din l-aħħar deċiżjoni hija differenti minn dik imwettqa f’dan il-każ fid-Deċiżjoni kontenzjuża, mingħajr ma din id-differenza tkun iġġustifikata oġġettivament, il-Qorti Ġenerali għandha tannulla d-Deċiżjoni kontenzjuża f’din il-kawża biss jekk dik id-deċiżjoni, u mhux id-deċiżjoni mogħtija fil-Każ AM vs Ilva, kienet ivvizzjata bi żbalji. |
|
190 |
Għalhekk, fil-punt 69 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li thyssenkrupp ma tistax tikkritika lill-Kummissjoni talli ma segwietx, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, il-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha, billi ssostni li dik l-istituzzjoni ma kinitx wettqet l-istess evalwazzjonijiet fuq il-fatti tal-każ u fuq dawk tal-każijiet preċedenti u, b’mod partikolari, tal-Każ AM vs Ilva, li għalihom hija tirreferi. |
|
191 |
Għaldaqstant, ir-raba’ parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata. |
|
192 |
Minn dan isegwi li t-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondat. |
Fuq it‑tielet aggravju
Fuq l‑ewwel parti tat‑tielet aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
193 |
Permezz tal-ewwel ilment tagħha, thyssenkrupp tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli, b’mod partikolari fil-punti 561 u 562 tas-sentenza appellata, wettqet interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 139/2004 kif ukoll tal-premessa 25 ta’ dan ir-regolament, meta kkunsidrat li l-Kummissjoni setgħet tikkonkludi, fil-premessa 1419 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li jista’ jkun hemm tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva li jirriżulta mill-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti fir-rigward tat-TP u tal-azzar illaminat intiż għall-imballaġġ kif ukoll tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva li jirriżulta minn effetti orizzontali mhux ikkoordinati fis-swieq ta’ TP, ta’ ECCS u tal-azzar illaminat intiż għall-imballaġġ. Skont thyssenkrupp, il-premessa 25 tar-Regolament Nru 139/2004 ma tippermettix applikazzjoni parallela ta’ dawn iż-żewġ kunċetti differenti. Minn din il-premessa bl-ebda mod ma jirriżulta li l-emenda leġiżlattiva li tirriżulta minn dan ir-regolament kienet intiża sabiex tiffaċilita interpretazzjoni mhux restrittiva tal-kriterju ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva. B’hekk, skont thyssenkrupp, il-kunċett ta’ effetti mhux ikkoordinati fis-swieq oligopolistiċi jista’ japplika biss jekk ma tkun ġiet ikkonstatata l-ebda pożizzjoni dominanti. |
|
194 |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali ħallew miftuħa l-kwistjoni dwar jekk l-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni ppjanata kinitx ser issir dominanti jew le u, konsegwentement, kienu naqqsu l-limitu ta’ intervent b’mod żbaljat. Madankollu, kif iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tat‑28 ta’ Mejju 2020, CK Telecoms UK Investments vs Il‑Kummissjoni (T‑399/16, EU:T:2020:217), xejn ma jindika li l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 139/2004 kien intiż sabiex jintroduċi limitu ta’ intervent iktar baxx. |
|
195 |
Permezz tat-tieni lment tagħha, thyssenkrupp issostni, essenzjalment, li, fil-punti 564 u 565 tas-sentenza appellata, mingħajr ma wettqet l-analiżi tagħha stess, il-Qorti Ġenerali sempliċement irreferiet għall-premessi 1413 sa 1419 tad-Deċiżjoni kontenzjuża sabiex tikkunsidra li l-Kummissjoni “għamlet distinzjoni ċara bejn l-elementi li fuqhom hija bbażata l-konstatazzjoni tal-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti [minn] dawk li [wassluha] sabiex tikkonkludi li jeżistu effetti orizzontali mhux ikkoordinati”. Issa, skont thyssenkrupp, l-evalwazzjoni tal-effetti ekonomiċi għandha tkun differenti skont jekk il-konċentrazzjoni tinvolvix pożizzjoni dominanti jew effetti mhux ikkoordinati f’suq oligopolistiku. thyssenkrupp tqis li, anki jekk, fil-punt 565 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali setgħet tikkunsidra li l-istess fatturi setgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġu sostnuti ż-żewġ teoriji ta’ effett ħażin fuq il-kompetizzjoni mressqa mill-Kummissjoni, xorta kien jibqa’ l-fatt li hija ma setgħetx tqis li l-Kummissjoni kienet iddistingwiet b’mod suffiċjentement ċar dawn iż-żewġ teoriji kif ukoll is-swieq rilevanti. |
|
196 |
Barra minn hekk, fil-punt 563 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li thyssenkrupp ma kienet irreferiet għal ebda element speċifiku tal-analiżi tal-Kummissjoni sabiex tikkritikaha li ma għamlitx distinzjoni bejn iż-żewġ teoriji ta’ effett ħażin fuq il-kompetizzjoni. Fil-fatt, skont din il-kumpannija, l-essenza stess tal-ilment li hija tqajjem li l-Kummissjoni ma kinitx għamlet tali distinzjoni ma tippermettix li jiġi deskritt fejn, preċiżament, fl-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni seħħ in-nuqqas allegat. |
|
197 |
Permezz tat-tielet u l-aħħar ilment tagħha, thyssenkrupp tikkritika lill-Qorti Ġenerali li llimitat ruħha, fil-punti 567 u 568 tas-sentenza appellata, li tiġbor fil-qosor id-Deċiżjoni kontenzjuża mingħajr ma evalwat il-kontenut tagħha. |
|
198 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-fondatezza tal-argumenti ta’ thyssenkrupp kif ukoll l-ammissibbiltà tat-tieni lment. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
199 |
Fir-rigward tal-ewwel ilment ta’ thyssenkrupp, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 139/2004, il-konċentrazzjonijiet li jostakolaw b’mod sinjifikattiv kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu, b’mod partikolari minħabba l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti, għandhom jiġu ddikjarati bħala inkompatibbli mas-suq intern. |
|
200 |
Kif jirriżulta, essenzjalment, mill-premessa 25 ta’ dan ir-regolament, l-Artikolu 2(3) tal-imsemmi regolament jirrigwarda l-inkompatibbiltà mas-suq intern ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi li joperaw f’suq oligopolistiku meta din il-konċentrazzjoni tikkostitwixxi tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva, anki jekk l-entità li tirriżulta minn din il-konċentrazzjoni ma jkollhiex pożizzjoni dominanti fis-suq ikkonċernat. |
|
201 |
B’mod partikolari, mill-aħħar sentenza tal-premessa 25 tar-Regolament Nru 139/2004 jirriżulta li l-kunċett ta’ “tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva”, fis-sens tal-Artikolu 2(2) u (3) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li jestendi, lil hinn mill-kunċett ta’ dominanza, biss għall-effetti antikompetittivi ta’ konċentrazzjoni li jirriżultaw minn aġir mhux ikkoordinat ta’ impriżi li ma jkollhomx pożizzjoni dominanti fis-suq ikkonċernat. Fil-fatt, kif ġie rrilevat fit-tielet sentenza ta’ din il-premessa, f’ċerti ċirkustanzi, il-konċentrazzjonijiet li jinvolvu l-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet kompetittivi qawwija li l-partijiet fil-konċentrazzjoni kienu jeżerċitaw fuq xulxin, kif ukoll tnaqqis tal-pressjonijiet kompetittivi fuq il-kompetituri l-oħra, jistgħu – anki fil-assenza ta’ probabbiltà ta’ koordinazzjoni bejn il-membri tal-oligopolija – ikollhom bħala konsegwenza tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva. |
|
202 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat li l-iktar effetti orizzontali mhux ikkoordinati jseħħu meta l-entità li tirriżulta minn konċentrazzjoni tikseb jew issaħħaħ pożizzjoni dominanti individwali. |
|
203 |
Kif affermat il-Qorti Ġenerali fil-punt 562 tas-sentenza appellata billi bbażat ruħha fuq il-punt 51 tas-sentenza tat‑13 ta’ Frar 1979, Hoffmann-La Roche vs Il‑Kummissjoni (85/76, EU:C:1979:36), suq jista’ jiġi ddominat minn impriża individwali u jkun oligopolistiku fl-istess ħin. Issa, anki f’tali suq oligopolistiku, il-pożizzjoni dominanti individwali ta’ tali impriża tista’ tissaħħaħ mill-effetti orizzontali mhux ikkoordinati ta’ konċentrazzjoni, bħal dawk imsemmija fil-punt 201 ta’ din is-sentenza. |
|
204 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta, fil-punti 561 u 562 tas-sentenza appellata, interpretat l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 139/2004 u l-premessa 25 tiegħu f’dan is-sens li l-kunċetti, minn naħa, ta’ ħolqien jew ta’ tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti u, min-naħa l-oħra, tal-eżistenza ta’ effetti orizzontali mhux ikkoordinati li jirriżultaw mill-eliminazzjoni ta’ restrizzjoni kompetittiva sinjifikattiva f’suq oligopolistiku huma kompatibbli u ma jeskludux lil xulxin. |
|
205 |
Għaldaqstant, l-ewwel ilment għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
206 |
Fir-rigward tal-inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni dwar it-tieni lment, imqajjem mill-Kummissjoni u bbażat fuq il-fatt li thyssenkrupp ma sostnietx dan l-ilment b’argumenti legali speċifiċi, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, fl-appell tagħha, din il-kumpannija ressqet argumenti legali suffiċjentement speċifiċi. Permezz ta’ dawn l-argumenti, thyssenkrupp lanqas ma titlob, kuntrarjament għal dak li sostniet il-Kummissjoni, li l-Qorti tal-Ġustizzja twettaq evalwazzjoni ġdida tal-fatti tal-każ. Għaldaqstant, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda. |
|
207 |
Fir-rigward tal-fondatezza tat-tieni lment, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li, kuntrarjament għal dak li ssostni thyssenkrupp, il-Qorti Ġenerali wettqet l-analiżi tagħha stess tal-argumenti ta’ din il-kumpannija dwar il-punt dwar jekk, f’dan il-każ, il-Kummissjoni kinitx ibbażat ruħha fuq l-istess fatturi sabiex tasal għal żewġ konklużjonijiet differenti. |
|
208 |
Fil-fatt, mill-punti 564 u 565 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali qieset li, fil-premessi 1413 sa 1419 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kienet analizzat b’mod distint, minn naħa, il-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti u, min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ effetti orizzontali mhux ikkoordinati, anki jekk dawn iż-żewġ analiżijiet kienu, parzjalment, ibbażati fuq l-istess elementi fattwali. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat, fil-punt 564 ta’ dik is-sentenza, li “l-Kummissjoni [kienet] ikkonkludiet, prinċipalment, li tinħoloq pożizzjoni dominanti abbażi tal-partijiet tas-suq u ta’ diversi elementi oħra msemmija fil-punti 9.5.3 sa 9.5.9 ta’ dik id-deċiżjoni u, sussidjarjament, ukoll li jeżistu effetti orizzontali mhux ikkoordinati li jirriżultaw mill-eliminazzjoni ta’ restrizzjoni kompetittiva sinjifikattiva, billi bbażat ruħha fuq il-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 9.5.3 sa 9.5.12 tal-imsemmija deċiżjoni”. |
|
209 |
Fir-rigward tal-fatt li dawn l-analiżijiet kienu, parzjalment, ibbażati fuq l-istess elementi fattwali, fil-punt 565 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali qieset li “l-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni dominanti u dik dwar l-effetti orizzontali mhux ikkoordinati ma jistgħux isiru ħlief billi wieħed jiffoka neċessarjament fuq l-istess elementi fattwali, bħall-partijiet tas-suq u ta’ kapaċità, l-importazzjonijiet, ir-reazzjoni tal-kompetituri u s-saħħa tal-akkwist, kif [kien] ġie eżaminat fis-suddiviżjonijiet tal-punt 9.5 tad-Deċiżjoni [kontenzjuża], peress li dawn [kienu] l-istess elementi li [kellhom] jittieħdu inkunsiderazzjoni għal dawn iż-żewġ analiżijiet”. |
|
210 |
Għaldaqstant, minn dawn il-motivi tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li din wettqet hija stess eżami tal-analiżi tal-Kummissjoni dwar l-effetti tal-konċentrazzjoni inkwistjoni. |
|
211 |
Fit-tieni lok, peress li, kif jirriżulta mill-punti 202 sa 204 ta’ din is-sentenza, il-kunċetti, minn naħa, ta’ ħolqien jew ta’ tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti u, min-naħa l-oħra, tal-eżistenza ta’ effetti orizzontali mhux ikkoordinati li jirriżultaw mill-eliminazzjoni ta’ restrizzjoni kompetittiva sinjifikattiva f’suq oligopolistiku ma jeskludux lil xulxin reċiprokament u peress li l-iktar effetti orizzontali mhux ikkoordinati jseħħu meta l-entità li tirriżulta minn konċentrazzjoni tikseb jew issaħħaħ pożizzjoni dominanti individwali, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat, fil-punt 565 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni setgħet sa ċertu punt tibbaża ruħha fuq l-istess fatturi u indizji sabiex turi li l-konċentrazzjoni ppjanata tkun setgħet tagħti lok għall-ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti jew twassal għal effetti orizzontali mhux ikkoordinati. |
|
212 |
Fit-tielet u l-aħħar lok, fir-rigward tal-argument ta’ thyssenkrupp ibbażat fuq il-fatt li, fil-punt 563 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li thyssenkrupp ma rreferiet għall-ebda element speċifiku tal-analiżi tal-Kummissjoni sabiex issostni l-kritika tagħha li tgħid li dik l-istituzzjoni ma kinitx għamlet distinzjoni bejn iż-żewġ teoriji ta’ effett ħażin fuq il-kompetizzjoni li hija ressqet, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, peress li thyssenkrupp ma stabbilixxietx li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat, fil-punti 564 u 565 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet iddistingwiet l-elementi li fuqhom huma bbażati dawn iż-żewġ teoriji, dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv. |
|
213 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni lment ta’ thyssenkrupp għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
214 |
F’dak li jirrigwarda t-tielet u l-aħħar ilment, għandu jiġi kkonstatat li, peress li l-argument ta’ thyssenkrupp riprodott fil-punt 567 ta’ dik is-sentenza u eżaminat fil-punti 567 u 568 tagħha kien jirrigwarda biss il-punt dwar jekk l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-elementi li jistgħu juru l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti kellhiex issir b’mod differenti mill-evalwazzjoni tal-effetti l-oħra mhux ikkoordinati, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma wettqitx l-analiżi tagħha stess tal-evalwazzjoni ekonomika tal-Kummissjoni meta din kienet intiża sabiex tagħti tweġiba preċiżament għal dan l-argument. |
|
215 |
Fil-fatt, fil-punt 568 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali enfasizzat, minn naħa, li “fir-rigward tas-suq tat-TP, il-Kummissjoni evalwat l-inċentivi ta’ AM sabiex tiġġieled kontra żieda fil-prezzijiet tal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni ppjanata, billi ħadet inkunsiderazzjoni b’mod partikolari elementi ekonomiċi, bħall-istruttura oligopolistika tas-suq, bħar-rieda dgħajfa tal-klijenti li jżidu d-dipendenza tagħhom fuq AM, il-fatt li l-ġlieda kontra żieda fil-prezzijiet twassal għal tnaqqis fil-prezzijiet fuq il-volumi kollha u l-assenza ta’ kapaċitajiet ta’ riżerva ta’ AM (premessi 1288 u 1289)”. Min-naħa l-oħra, “fir-rigward tas-suq tal-ECCS, il-Kummissjoni evalwat l-inċentivi ta’ AM sabiex tikkumpensa għal tali żieda, billi bbażat ruħha b’mod partikolari fuq l-istruttura oligopolistika tas-suq u fuq analiżi tad-dokumenti interni tar-rikorrenti li juru, skont din tal-aħħar, l-aġir probabbli ta’ AM f’dan is-suq (premessi 1294 sa 1297)”. Barra minn hekk, peress li thyssenkrupp ma stabbilixxietx li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 567 u 568 tas-sentenza appellata, l-ilmenti tagħha dwar il-punt 566 ta’ dik is-sentenza huma ineffettivi. |
|
216 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tielet u l-aħħar ilment ta’ thyssenkrupp għandu jiġi miċħud bħala infondat. Konsegwentement, l-ewwel parti tat-tielet aggravju hija miċħuda. |
Fuq it‑tieni parti tat‑tielet aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
217 |
Permezz tal-ewwel ilment tagħha, thyssenkrupp issostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat dwar il-kontenut tal-ewwel ilment tal-ħames parti tat-tielet motiv tar-rikors fl-ewwel istanza u ma ddefinixxietx b’mod korrett il-kriterji rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk TSE setgħetx tiġi kklassifikata bħala “forza kompetittiva importanti”. |
|
218 |
Fil-fatt, permezz ta’ dan l-ilment, thyssenkrupp tafferma li sostniet, quddiem il-Qorti Ġenerali, li, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni la kienet indikat il-kriterju legali applikabbli għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ TSE bħala “forza kompetittiva importanti” u lanqas ma kienet analizzat jekk is-sitwazzjoni inkwistjoni kinitx taqa’ taħt wieħed miż-żewġ każijiet deskritti fil-punti 37 u 38 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali. Skont thyssenkrupp, il-Kummissjoni sempliċement affermat, fil-premessa 965 ta’ dik id-deċiżjoni, li, qabel il-konċentrazzjoni ppjanata, TSE kienet forza kompetittiva importanti, anki lil hinn minn dak li setgħet tissuġġerixxi l-parti attwali tagħha tas-suq, b’mod partikolari għaliex hija kienet qiegħda tipproponi b’mod attiv li testendi l-preżenza tagħha fis-suq rilevanti. |
|
219 |
F’dan il-kuntest, fil-punt 463 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, interpretat b’mod wiesa’ ħafna l-kunċett ta’ “forza kompetittiva importanti” u għalhekk wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat, konsegwentement, li dan il-kunċett kien jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjonijiet li fihom il-partijiet tas-suq ta’ impriża jagħtu biss indikazzjoni utli iniżjali tal-importanza kompetittiva tal-atturi fis-suq. |
|
220 |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kellha tieħu inkunsiderazzjoni t-tagħlim li jirriżulta mill-punt 174 tas-sentenza tat‑28 ta’ Mejju 2020, CK Telecoms UK Investments vs Il‑Kummissjoni (T‑399/16, EU:T:2020:217), li “forza kompetittiva importanti” għandha tkun distinta mill-kompetituri tagħha f’termini ta’ konsegwenzi fuq il-kompetizzjoni peress li kull impriża f’suq oligopolistiku li teżerċita pressjoni kompetittiva tista’ tiġi kklassifikata bħala “forza kompetittiva importanti”. |
|
221 |
Permezz tat-tieni lment tagħha, thyssenkrupp tressaq sitt argumenti prinċipali. |
|
222 |
L-ewwel nett, l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-eżami tagħha tat-tieni lment tal-ħames parti tat-tielet motiv tar-rikors fl-ewwel istanza hija vvizzjata bi żball ta’ liġi, peress li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx stħarriġ ġudizzjarju effettiv. B’mod partikolari, thyssenkrupp tqis li, b’mod partikolari fil-punti 476, 478, 484 u 486 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali sempliċement irrepetiet u ddeskriviet l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tinsab fid-Deċiżjoni kontenzjuża u ma pprovdietx raġunijiet li jippermettu li jinftiehem jekk hija qisitx li l-argumenti u l-provi prodotti mill-Kummissjoni kienu suffiċjenti sabiex isostnu l-konstatazzjonijiet magħmula minnha li, essenzjalment, TSE twettaq investimenti ogħla mill-medja u kkonċentrat fuq iż-żieda tal-parti tagħha tas-suq fis-settur tal-Auto HDG. |
|
223 |
It-tieni nett, thyssenkrupp tqis li l-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat, fil-punt 477 tas-sentenza appellata, li, fir-rigward tal-provi prodotti sabiex jintwera li fornituri oħra ta’ Auto HDG kienu jwettqu wkoll, fl-istess mument, investimenti simili għal dawk imwettqa minn TSE f’dan is-settur, kellha tingħata preferenza lid-dikjarazzjonijiet ta’ dawn il-fornituri maħruġa fil-kuntest tal-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni għall-provi prodotti minn thyssenkrupp u TSE. |
|
224 |
It-tielet nett, fil-punti 478 u 485 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rreferiet, b’mod żbaljat, għall-premessa 1079 tad-Deċiżjoni kontenzjuża għall-finijiet tal-eżami tagħha tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni jekk TSE setgħetx tiġi kklassifikata bħala “forza kompetittiva importanti”. Issa, din il-premessa ma għandha l-ebda rabta ma’ din l-evalwazzjoni. |
|
225 |
Ir-raba’ nett, thyssenkrupp tqis li l-punt 482 tas-sentenza appellata huwa vvizzjat minn motivazzjoni kontradittorja. Minn naħa, f’dan il-punt 482 il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet żball ta’ evalwazzjoni meta qieset li d-data ekonomika pprovduta minn thyssenkrupp u TSE, li kienet tirrigwarda l-evoluzzjoni tal-parti tas-suq ta’ TSE matul l‑2012 sal‑2017, ma kinitx determinanti għall-klassifikazzjoni ta’ din il-kumpannija bħala “forza kompetittiva importanti”, b’mod partikolari, għaliex, kif kien jirriżulta mill-premessa 901 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, wara l-investimenti mwettqa, ċerti attivi ta’ TSE probabbilment kienu biss jibdew il-produzzjoni mmodernizzata matul l‑2019 sal‑2021 l-iktar kmieni. |
|
226 |
Min-naħa l-oħra, fl-imsemmi punt 482, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, kif kien jirriżulta mill-premessa 901 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ma kinitx assumiet li, matul is-snin 2019 sal‑2021, il-parti tas-suq ta’ TSE kienet ser tiżdied. |
|
227 |
F’dan il-kuntest, thyssenkrupp tippreċiża li jekk il-Kummissjoni qieset li l-parti tas-suq ta’ TSE ma żdiditx b’mod sinjifikattiv fil-passat minħabba li wħud mill-attivi tagħha kienu għadhom ma bdewx il-produzzjoni mmodernizzata, hija kellha tassumi li l-parti tas-suq ta’ TSE kien ser jiżdied hekk kif tibda l-produzzjoni mmodernizzata. Fil-każ bil-kontra, ma jkun jeżisti l-ebda argument li jippermetti lill-Kummissjoni tikklassifika lil TSE bħala “forza kompetittiva importanti”. |
|
228 |
Barra minn hekk, skont thyssenkrupp, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-argument ta’ din il-kumpannija li żieda fil-kompetittività ta’ TSE wara l-bidu tal-produzzjoni mmodernizzata ma setgħetx tiġi preżunta mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti tal-investimenti kontemporanji u paralleli, ekwivalenti u magħrufa, imwettqa mill-kompetituri ta’ TSE. |
|
229 |
Il-ħames nett, thyssenkrupp issostni li, fil-punt 487 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina b’mod indipendenti l-argument tagħha li, essenzjalment, l-investimenti ta’ TSE kienu intiżi biss sabiex tilħaq mal-kompetituri tagħha. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali barra minn hekk żnaturat il-premessa 897 tad-Deċiżjoni kontenzjuża billi kkonstatat li thyssenkrupp u TSE ammettew li huma ma kellhomx provi sabiex isostnu l-affermazzjoni tagħhom. Fil-fatt, thyssenkrupp u TSE kienu sempliċement irrikonoxxew li l-fatt li fuqu huma bbażaw ruħhom f’dan ir-rigward ma kienx ġie espressament indikat fil-provi prodotti minn dawn iż-żewġ impriżi. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx eżami tal-provi li hija kellha quddiemha. |
|
230 |
Is-sitt nett, thyssenkrupp issostni li, fil-punt 490 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tagħha li l-Kummissjoni kienet injorat provi prodotti minn thyssenkrupp u TSE intiżi li juru li ċertu numru ta’ klijenti u ta’ kompetituri ma kinux jikkondividu l-klassifikazzjoni ta’ TSE bħala “forza kompetittiva importanti”, mingħajr ma wettqet l-analiżi tagħha stess u mingħajr ma ppreċiżat il-premessi tad-Deċiżjoni kontenzjuża dwar l-eżami, mill-Kummissjoni, ta’ dawn il-provi. |
|
231 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument ta’ thyssenkrupp. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
232 |
Fir-rigward tal-ewwel ilment ta’ thyssenkrupp, ibbażat, essenzjalment, fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma fehmitx il-kontenut tal-ewwel ilment tal-ħames parti tat-tielet motiv tar-rikors fl-ewwel istanza u ma ddefinixxietx b’mod korrett il-kriterji rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk TSE setgħetx tiġi kklassifikata bħala “forza kompetittiva importanti”, għandu, fl-ewwel lok, jiġi rrilevat li, fil-punti 454 sa 464 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-ewwel ilment tal-ħames parti tat-tielet motiv tar-rikors fl-ewwel istanza. |
|
233 |
Fil-punti 454 sa 458 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ppreżentat l-argument ta’ thyssenkrupp. Minn dawn il-punti jirriżulta, essenzjalment, li, permezz tal-ewwel ilment tal-ħames parti tat-tielet motiv tar-rikors fl-ewwel istanza, din il-kumpannija sostniet li, fil-premessi 883 et seq. tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ma kinitx applikat b’mod korrett il-kriterji li jippermettu li jiġi ddefinit x’tikkostitwixxi “forza kompetittiva importanti” stabbiliti fil-punti 37 u 38 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali. |
|
234 |
Issa, kif jirriżulta mill-punti 100 sa 102 tar-rikors fl-ewwel istanza, thyssenkrupp kienet effettivament irreferiet għaż-żewġ każijiet deskritti fil-punti 37 u 38 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali bħala kriterji rilevanti u qieset li, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ma kinitx eżaminat l-applikabbiltà tal-kriterji tal-kunċett ta’ “forza kompetittiva importanti”. |
|
235 |
Għaldaqstant isegwi li ma kienx il-każ li l-Qorti Ġenerali ma fehmitx il-kontenut tal-ewwel ilment tal-ħames parti tat-tielet motiv tar-rikors fl-ewwel istanza. |
|
236 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-ilment ta’ thyssenkrupp li, essenzjalment, il-Qorti Ġenerali, minn naħa, ma ddefinixxietx b’mod korrett il-kriterji rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk TSE setgħetx tiġi kklassifikata bħala “forza kompetittiva importanti” u, min-naħa l-oħra, interpretat b’mod żbaljat ħafna, fil-punt 463 tas-sentenza appellata, il-kunċett ta’ “forza kompetittiva importanti”, għandu jiġi rrilevat li, fil-punti 460 u 461 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali fakkret il-kontenut tal-punti 37 u 38 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali li jintroduċu dan il-kunċett. |
|
237 |
Fil-punt 462 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li ż-żewġ każijiet imsemmija fil-punti 37 u 38 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali li skonthom, minn naħa, jista’ jkun li impriża li daħlet reċentement fis-suq ikkonċernat fil-futur teżerċita pressjoni kompetittiva qawwija fuq l-impriżi l-oħra preżenti f’dan is-suq u, min-naħa l-oħra, impriża li l-parti tagħha tas-suq hija relattivament żgħira tista’ madankollu tikkostitwixxi forza kompetittiva importanti jekk il-prodotti tagħha fil-proċess ta’ żvilupp ikunu promettenti, huma biss eżempji ta’ sitwazzjonijiet li fihom jista’ jkun hemm forza kompetittiva importanti. |
|
238 |
Barra minn hekk, fil-punt 463 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, kif jirriżulta mill-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali, il-kunċett ta’ “forza kompetittiva importanti” jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjonijiet li fihom il-partijiet tas-suq ta’ impriża jistgħu jwasslu sabiex tiġi ssottovalutata l-importanza tagħha mill-perspettiva tal-kompetizzjoni. Skont il-Qorti Ġenerali, dan il-kunċett huwa kompatibbli mal-punt 14 ta’ dawn il-linji gwida, li jgħid li l-partijiet tas-suq, għalkemm rilevanti, jagħtu biss indikazzjoni utli inizjali tal-importanza kompetittiva tal-atturi fis-suq. B’hekk, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li hija l-Kummissjoni li għandha twettaq analiżi fil-fond tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni billi tieħu inkunsiderazzjoni wkoll fatturi oħra minbarra l-partijiet tas-suq, bħall-effetti tal-konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni bejn il-partijiet u r-reazzjonijiet possibbli tal-klijenti u tal-kompetituri. |
|
239 |
F’dan il-kuntest, fil-punti 464 sa 466 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, essenzjalment, ikkonstatat li l-Kummissjoni kienet wettqet tali analiżi ddettaljata tal-kompetizzjoni bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata u tar-restrizzjoni kompetittiva eżerċitata minn TSE fis-suq tal-Auto HDG. Il-Qorti Ġenerali għalhekk qieset li dik l-istituzzjoni kienet analizzat ir-rwol u l-kapaċitajiet speċifiċi ta’ TSE, il-pożizzjoni tagħha meta mqabbla ma’ atturi oħra u kienet ikkonstatat li TSE kienet tbiegħdet mill-parti l-kbira ta’ dawn l-atturi l-oħra. |
|
240 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont qari flimkien tal-punti 26, 37 u 38 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali, l-eliminazzjoni ta’ “forza kompetittiva importanti” hija, bħala prinċipju, wieħed mill-fatturi li jistgħu jinfluwenzaw il-probabbiltà li konċentrazzjoni twassal għal effetti mhux ikkoordinati sinjifikattivi u li jippermettu għalhekk li jiġi evalwat, b’mod partikolari, jekk din il-konċentrazzjoni twassalx għall-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet kompetittivi qawwija li l-partijiet fil-konċentrazzjoni kienu jeżerċitaw fuq xulxin (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, Il‑Kummissjoni vs CK Telecoms UK Investments, C‑376/20 P, EU:C:2023:561, punt 160). |
|
241 |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-kunċett ta’ “forza kompetittiva importanti” ma jistax jiġi applikat esklużivament għal impriżi li jikkompetu b’mod partikolarment aggressiv fir-rigward tal-prezzijiet u li jġiegħlu lill-kompetituri tagħhom fis-suq jallinjaw ruħhom mal-prezzijiet tagħhom jew ma’ impriżi li l-politika tal-prezzijiet tagħhom tista’ tbiddel b’mod sinjifikattiv id-dinamika kompetittiva fis-suq ikkonċernat (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, Il‑Kummissjoni vs CK Telecoms UK Investments, C‑376/20 P, EU:C:2023:561, punt 166). |
|
242 |
Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà qieset li, sabiex impriża tiġi kklassifikata bħala “forza kompetittiva importanti”, huwa biżżejjed, kif ġie espost fil-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali, li hija għandha rwol iktar importanti fil-kompetizzjoni milli jħallu li jiġi preżunt il-parti tagħha tas-suq jew kull indikatur ieħor simili (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, Il‑Kummissjoni vs CK Telecoms UK Investments, C‑376/20 P, EU:C:2023:561, punt 167). |
|
243 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddefinixxiet il-kriterji rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk TSE setgħetx tiġi kklassifikata bħala “forza kompetittiva importanti”, meta interpretat il-kunċett ta’ “forza kompetittiva importanti” billi kkunsidrat li dan kien jinkludi wkoll is-sitwazzjonijiet li fihom il-partijiet tas-suq setgħu jwasslu sabiex tiġi ssottovalutata l-importanza ta’ impriża u meta kkunsidrat li kienet il-Kummissjoni li kellha twettaq analiżi fil-fond tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni billi tieħu inkunsiderazzjoni wkoll fatturi oħra, bħall-effetti tal-konċentrazzjoni fuq il-kompetizzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati u r-reazzjonijiet possibbli tal-klijenti u tal-kompetituri. |
|
244 |
Għaldaqstant, l-ewwel ilment għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
245 |
It-tieni lment jinkludi sitt argumenti prinċipali. |
|
246 |
Fir-rigward tal-ewwel argument imqajjem fil-kuntest tat-tieni lment, imsemmi fil-punt 222 ta’ din is-sentenza, għandu jitfakkar li l-portata tal-istħarriġ tal-legalità previst fl-Artikolu 263 TFUE testendi għall-elementi kollha tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li l-Qorti Ġenerali tiżgura stħarriġ fil-fond tagħhom, fid-dritt kif ukoll fil-fatt, fid-dawl tal-motivi mqajma mill-appellanti u fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha ppreżentati minn din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑26 ta’ Settembru 2018, Infineon Technologies vs Il‑Kummissjoni, C‑99/17 P, EU:C:2018:773, punt 48). |
|
247 |
Il-portata tal-istħarriġ eżerċitat mill-Qorti Ġenerali hija għalhekk limitata mill-motivi mqajma mir-rikorrent, bl-eċċezzjoni tal-motivi ta’ ordni pubbliku. |
|
248 |
Issa, minn naħa, mill-punt 468 tas-sentenza appellata, li ma huwiex ikkontestat minn thyssenkrupp, jirriżulta li din il-kumpannija llimitat ruħha, fl-ewwel istanza, li tafferma li ma tifhimx b’mod ċar fuq liema provi l-Kummissjoni bbażat ruħha sabiex tikkunsidra li TSE kienet wettqet investimenti ogħla mill-medja u kienet ikkonċentrat fuq iż-żieda tal-parti tagħha tas-suq fis-settur tal-Auto HDG. Barra minn hekk, thyssenkrupp ikkritikat lill-Kummissjoni talli ċaħdet, fil-premessa 896 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-provi prodotti minn thyssenkrupp u TSE sabiex turi li fornituri oħra ta’ Auto HDG kienu wkoll fil-proċess li jwettqu investimenti simili għal dawk ta’ TSE f’dan is-settur, minħabba li dawn il-provi kienu jikkontradixxu t-tweġibiet tal-fornituri stess u tal-klijenti fl-imsemmi settur. |
|
249 |
Fl-eżami ta’ dawn l-ilmenti fil-punti 475 sa 479 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, essenzjalment, li, kuntrarjament għal dak li sostniet thyssenkrupp, id-Deċiżjoni kontenzjuża kienet tinkludi sensiela ta’ indizji li juru li TSE kienet wettqet investimenti ogħla mill-medja fl-Auto HDG u kienet ikkonċentrat fuq iż-żieda tal-parti tagħha tas-suq fis-settur tal-Auto HDG. B’mod partikolari, fil-punt 476 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma ċċitatx il-provi li fuqhom hija bbażat ruħha, peress li, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessi 884 sa 892, 948 u 954 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, hija bbażat ruħha fuq id-dokumenti interni ta’ thyssenkrupp u ta’ TSE kif ukoll fuq it-tweġibiet tal-kompetituri u tal-klijenti fil-kuntest tal-investigazzjoni tas-suq li hija kienet wettqet. |
|
250 |
Barra minn hekk, fil-punti 477 u 478 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, fir-rigward tal-ilment ta’ thyssenkrupp li l-Kummissjoni ma setgħetx tiċħad, fil-premessa 896 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-provi ta’ thyssenkrupp u ta’ TSE intiżi sabiex juru li fornituri oħra ta’ Auto HDG kienu wkoll fil-proċess li jwettqu investimenti simili għal dawk ta’ TSE, il-Kummissjoni kienet indikat, f’din il-premessa 896, li hija kienet ibbażat ruħha fuq l-investigazzjoni tagħha tas-suq sabiex tiċħadhom. |
|
251 |
Min-naħa l-oħra, fil-punti 484 sa 486 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-ilmenti ta’ thyssenkrupp li jgħidu li l-Kummissjoni la pparagunat l-investimenti ta’ TSE ma’ dawk tal-kompetituri tagħha u lanqas ma ħadet inkunsiderazzjoni l-ispejjeż tar-riċerka u tal-iżvilupp jew il-pjanijiet ta’ strateġija interna ta’ dawn il-kompetituri. |
|
252 |
Madankollu, mill-punti 484 sa 486 tas-sentenza appellata jirriżulta b’mod ċar li l-Qorti Ġenerali eżaminat dawn l-ilmenti u rrilevat li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni kienet wettqet, fil-premessi 883 sa 966 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, analiżi ddettaljata tar-rwol, tal-pożizzjoni u tal-kapaċitajiet speċifiċi ta’ TSE meta mqabbla ma’ atturi oħra fis-suq ikkonċernat u kkonstatat li TSE kienet differenti mill-parti l-kbira ta’ dawn l-atturi l-oħra. Fil-punti 485 u 486 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li, għall-finijiet tal-analiżi tagħha, il-Kummissjoni kienet ħadet inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-investimenti u l-pjanijiet ta’ espansjoni ta’ erba’ kompetituri ta’ TSE. |
|
253 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kritika fformulata minn thyssenkrupp fir-rigward tal-punti 476, 478, 484 u 486 tas-sentenza appellata ma hijiex fondata. |
|
254 |
Fir-rigward tat-tieni argument imqajjem fil-kuntest tat-tieni lment, imsemmi fil-punt 223 ta’ din is-sentenza, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li thyssenkrupp ma wrietx għal liema raġuni l-Qorti Ġenerali ma kellhiex tipprivileġġa d-dikjarazzjonijiet tal-fornituri li ma humiex TSE filwaqt li, kif kienet irrilevat il-Kummissjoni, huma kienu f’pożizzjoni aħjar minn thyssenkrupp sabiex jikkummentaw dwar il-pjanijiet ta’ investiment tagħhom stess. |
|
255 |
Għalhekk, dan l-argument ta’ thyssenkrupp għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
256 |
Fir-rigward tat-tielet argument imressaq fil-kuntest tat-tieni lment, imsemmi fil-punt 224 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, fil-punt 478 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tfittex li tagħti tweġiba għall-argument li permezz tiegħu thyssenkrupp tikkritika lill-Kummissjoni talli ma ċċitatx il-provi li fuqhom hija bbażat ruħha sabiex tikklassifika lil TSE bħala “forza kompetittiva importanti”. |
|
257 |
Issa, thyssenkrupp ma tikkontestax l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-punt 479 tas-sentenza appellata, li l-appellanti ma wrietx li l-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tibbaża ruħha fuq sensiela ta’ indizji fattwalment eżatti, affidabbli u konkordanti, ta’ natura li jsostnu l-konklużjonijiet li kienu nsiltu f’dan ir-rigward fil-premessi 883 sa 966 tad-Deċiżjoni kontenzjuża. |
|
258 |
Min-naħa l-oħra, permezz tal-punt 485 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tfittex li tagħti tweġiba għall-argument ta’ thyssenkrupp li l-Kummissjoni ma wettqitx paragun tal-investimenti ta’ TSE ma’ dawk tal-kompetituri tagħha għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ TSE bħala “forza kompetittiva importanti”. |
|
259 |
Issa, anki jekk jitqies li ma kienx hemm lok li l-Qorti Ġenerali tirreferi għall-premessa 1079 tad-Deċiżjoni kontenzjuża peress li din ma tagħmilx parti mit-taqsima ta’ dik id-deċiżjoni ddedikata speċifikament għall-kwistjoni dwar jekk TSE tikkostitwixxix forza kompetittiva importanti, għandu jiġi rrilevat li, fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq premessi oħra tal-imsemmija deċiżjoni li juru li l-Kummissjoni kienet effettivament wettqet tali paragun. |
|
260 |
Fil-fatt, mill-punt 484 tas-sentenza appellata jirriżulta li, fil-premessi 883 sa 966 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni analizzat ir-rwol u l-kapaċitajiet speċifiċi ta’ TSE, il-pożizzjoni ta’ TSE meta mqabbla ma’ atturi oħra fis-suq u kkonstatat li TSE kienet differenti mill-parti l-kbira ta’ dawn l-atturi l-oħra. |
|
261 |
Issa, mill-premessa 896 ta’ dik id-deċiżjoni, li ġiet eżaminata mill-Qorti Ġenerali fil-punt 477 ta’ dik is-sentenza, jirriżulta li l-Kummissjoni kienet analizzat l-affermazzjoni tal-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata li l-kompetituri ta’ TSE kienu huma stess jagħmlu investimenti komparabbli għal dawk ta’ TSE u li hija kienet ikkonstatat li din l-affermazzjoni kienet kontradetta mill-informazzjoni li hija kienet irċeviet mingħand dawn il-kompetituri u mingħand il-konsumaturi tal-prodotti inkwistjoni. |
|
262 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argument ta’ thyssenkrupp għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv. |
|
263 |
Fir-rigward tar-raba’ argument imressaq fil-kuntest tat-tieni lment, imsemmi fil-punti 225 sa 228 ta’ dik is-sentenza, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li dan l-argument jirrigwarda motiv superfluwu tas-sentenza appellata. Issa, peress li l-ilmenti diretti kontra motivi superfluwi ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ma jistgħux iwasslu għall-annullament ta’ dik id-deċiżjoni u għalhekk huma ineffettivi (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, Il‑Kummissjoni vs CK Telecoms UK Investments, C‑376/20 P, EU:C:2023:561, punt 96 u l-ġurisprudenza ċċitata), l-imsemmi argument għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv. |
|
264 |
Fir-rigward tal-ħames argument imressaq fil-kuntest tat-tieni lment, imsemmi fil-punt 229 ta’ din is-sentenza, għandu jitqies li, anki jekk jitqies li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 487 tas-sentenza appellata, ma għamlitx sunt korrett tal-premessa 897 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, tali żball huwa irrilevanti għall-allegazzjoni ta’ thyssenkrupp li l-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina b’mod indipendenti l-affermazzjoni tagħha li l-investimenti ta’ TSE kienu intiżi biss sabiex tilħaq mal-kompetituri tagħha. Fil-fatt, fil-punt 488 ta’ dik is-sentenza, li ma huwiex ikkontestat minn thyssenkrupp, il-Qorti Ġenerali rrilevat li, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kienet ċaħdet din l-affermazzjoni fil-premessi 920 sa 932 tad-Deċiżjoni kontenzjuża u li l-ebda prova kuntrarja suffiċjentement konvinċenti ma kienet ġiet prodotta minn thyssenkrupp sabiex tneħħi l-plawżibbiltà tal-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fl-imsemmija premessi. |
|
265 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-ħames argument imressaq fil-kuntest tat-tieni lment, imsemmi fil-punt 229 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi miċħud. |
|
266 |
Fir-rigward tas-sitt argument imqajjem fil-kuntest tat-tieni lment, imsemmi fil-punt 230 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument ta’ thyssenkrupp huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. |
|
267 |
Kif jirriżulta mill-punti 473 u 490 tas-sentenza appellata, li jinkludu sunt tal-ilmenti ta’ thyssenkrupp, din il-kumpannija sempliċement sostniet quddiem il-Qorti Ġenerali li l-Kummissjoni kienet injorat l-imsemmija provi. Dan il-fatt huwa kkonfermat mill-qari tal-punt 107 tar-rikors fl-ewwel istanza. |
|
268 |
F’dan il-kuntest, fil-punt 490 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali indirizzat preċiżament dan l-ilment u, billi għamlet riferiment għall-premessi 883 sa 966 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, ikkonstatat li, kuntrarjament għal dak li ssostni thyssenkrupp, fil-kuntest tal-eżami tagħha tal-provi kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni kienet ħadet inkunsiderazzjoni dawn il-provi, iżda kienet qieset li dawn ma kinux suffiċjentement konvinċenti sabiex ibiddlu l-evalwazzjoni tagħha f’dan ir-rigward. |
|
269 |
Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma evalwatx hija stess il-provi prodotti mill-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata jew li ma ppreċiżatx f’liema premessi tad-Deċiżjoni kontenzjuża l-Kummissjoni kienet eżaminat dawn il-provi. |
|
270 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni lment tat-tieni parti tat-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
271 |
Għaldaqstant, it-tieni parti tat-tielet aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata. |
Fuq it‑tielet parti tat‑tielet aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
272 |
thyssenkrupp issostni li, kuntrarjament għat-tagħlim li jirriżulta mill-punti 227 et seq. tas-sentenza tat‑28 ta’ Mejju 2020, CK Telecoms UK Investments vs Il‑Kummissjoni (T‑399/16, EU:T:2020:217), il-Qorti Ġenerali ma talbitx lill-Kummissjoni turi livell partikolari ta’ prossimità bejn thyssenkrupp u TSE, kemm f’dak li jirrigwarda s-suq Auto HDG kif ukoll is-suq tal-azzar intiż għall-imballaġġ. Skont thyssenkrupp, dik il-qorti għalhekk wettqet interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-kunċett ta’ “kompetituri fil-qrib”, li jinsab fil-punt 28 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali. |
|
273 |
L-ewwel nett, fil-punt 532 tas-sentenza appellata, li jikkonkludi t-taqsima dwar l-Auto HDG, il-Qorti Ġenerali għamlet riferiment għall-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li thyssenkrupp u TSE huma kompetituri “mill-qrib” u mhux kompetituri “partikolarment” mill-qrib. Issa, l-approċċ segwit mill-Qorti Ġenerali fil-punti 513, 520 u 521 tas-sentenza appellata juri li l-Qorti Ġenerali ma obbligatx lill-Kummissjoni turi li dawn iż-żewġ kumpanniji huma kompetituri partikolarment mill-qrib. |
|
274 |
It-tieni nett, fit-taqsima kollha tas-sentenza appellata dwar l-azzar intiż għall-imballaġġ, b’mod partikolari fil-punti 740 sa 745 u 750 sa 752 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kklassifikat il-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata bħala kompetituri “mill-qrib”. B’mod partikolari, mill-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jinsabu fil-punti 735, 739, 747 u 751 tal-imsemmija sentenza jirriżulta b’mod ċar li l-Qorti Ġenerali ma tirrikonoxxix li l-prossimità tal-kompetizzjoni, fis-sens tal-punti 28 et seq. tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali, teżiġi livell partikolari ta’ prossimità. Għalhekk minn dawn il-punti tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma applikatx il-kriterju xieraq ta’ livell partikolari ta’ prossimità tal-kompetizzjoni. |
|
275 |
Il-Kummissjoni tikkontesta kemm l-ammissibbiltà kif ukoll il-fondatezza tal-argumenti ta’ thyssenkrupp. |
|
276 |
Fir-replika tagħha, thyssenkrupp toġġezzjona li din il-parti hija ammissibbli, minn naħa, minħabba li, minkejja li ma użatx it-termini “kompetituri partikolarment mill-qrib” fir-rikors tagħha fl-ewwel istanza, jirriżulta, b’mod partikolari, mill-punt 161 tagħha, li hija rreferiet għall-punt 28 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali kif ukoll għall-fatt li l-Kummissjoni ma applikatx il-kriterju t-tajjeb li jikkonsisti f’li jiġi ddeterminat jekk il-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata kinux joffru prodotti li numru kbir ħafna ta’ klijenti jikkunsidraw bħala li jikkostitwixxu l-ewwel jew it-tieni għażla tagħhom, li juri livell partikolari ta’ prossimità tal-kompetizzjoni. Min-naħa l-oħra, din il-kwistjoni tqajmet minn thyssenkrupp waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
277 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, kif ġie rrilevat fil-punt 123 ta’ din is-sentenza, li, konformement mal-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appell ma jistax ibiddel is-suġġett tat-tilwima quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-appell, hija fil-fatt limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li ngħatat għall-motivi dibattuti quddiem l-ewwel istanza. Għalhekk parti ma tistax tqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja motiv li hija ma tkunx qajmet quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li dan ikun ifisser li din il-parti titħalla tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kompetenza tagħha fil-qasam ta’ appell hija limitata, tilwima iktar estiża minn dik li tressqet quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
278 |
Issa, f’dan il-każ, mir-rikors fl-ewwel istanza, b’mod partikolari mill-punt 161 tiegħu, jirriżulta li għalkemm thyssenkrupp irreferiet għall-punt 28 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali, xorta jibqa’ l-fatt li din il-kumpannija ma kkritikatx lill-Kummissjoni talli wettqet żball sa fejn, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-prossimità ta’ thyssenkrupp u ta’ TSE, dik l-istituzzjoni applikat kriterju inqas eżiġenti minn dak li jgħid li dawn iż-żewġ impriżi kellhom jiġu kklassifikati bħala “kompetituri partikolarment mill-qrib”. thyssenkrupp illimitat ruħha, fir-realtà, li tafferma li l-evalwazzjoni dwar l-eżistenza ta’ prossimità tal-kompetizzjoni kienet tikkostitwixxi essenzjalment evalwazzjoni ekonomika tal-livell ta’ sostitwibbiltà tal-prodotti tal-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata u li l-mistoqsijiet magħmula mill-Kummissjoni lill-klijenti sabiex tiġi ddeterminata l-prossimità tal-kompetizzjoni bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata kienu żbaljati. |
|
279 |
Fir-rigward tal-argument ta’ thyssenkrupp li jgħid li, waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, din il-kumpannija affermat espressament, billi rreferiet għas-sentenza tat‑28 ta’ Mejju 2020, CK Telecoms UK Investments vs Il‑Kummissjoni (T‑399/16, EU:T:2020:217), li l-Kummissjoni kellha turi li thyssenkrupp u TSE huma “kompetituri partikolarment mill-qrib”, kemm fir-rigward tas-suq Auto HDG kif ukoll fir-rigward tas-suq tal-azzar intiż għall-imballaġġ, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li thyssenkrupp ma pproduċiet l-ebda prova li tista’ ssostni dan l-argument. |
|
280 |
Għaldaqstant, it-tielet parti tat-tielet aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata. |
|
281 |
Għaldaqstant, it-tielet parti tat-tielet aggravju hija miċħuda. |
Fuq ir‑raba’ parti tat‑tielet aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
282 |
L-ewwel nett, thyssenkrupp tikkritika, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali talli ma eżaminatx, fil-punti 279 sa 287 tas-sentenza appellata, l-argumenti ta’ din il-kumpannija esposti fil-punti 63 sa 68 tar-rikors fl-ewwel istanza. Skont l-imsemmija kumpannija, il-Qorti Ġenerali kkuntentat ruħha li tirriproduċi l-provi li fuqhom il-Kummissjoni bbażat ruħha fid-Deċiżjoni kontenzjuża. |
|
283 |
It-tieni nett, thyssenkrupp tikkritika lill-Qorti Ġenerali, essenzjalment, b’mod partikolari fil-punt 285 tas-sentenza appellata, talli kkonfermat l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni li ż-żidiet fil-prezzijiet wara l-konċentrazzjoni ppjanata kienu sostnuti biss mit-theddida ta’ ritaljazzjoni min-naħa tal-entità li tirriżulta minn din il-konċentrazzjoni jekk AM ma kinitx tadatta għaż-żidiet fil-prezzijiet. Skont thyssenkrupp, mingħajr konstatazzjoni ta’ effetti koordinati, dan l-approċċ jippermetti lill-Kummissjoni tikkonstata l-eżistenza ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva fil-konċentrazzjonijiet kollha. thyssenkrupp tippreċiża li l-entitajiet kollha f’fużjoni jkunu fil-fatt inċentivati li jżidu l-prezzijiet jekk huma jkunu jistgħu jheddu b’mod kredibbli r-ritaljazzjonijiet tar-rivali li ma jadattawx ruħhom. |
|
284 |
It-tielet nett, thyssenkrupp tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli llimitat ruħha, fil-punti 611, 612, 615, 617 u 619 tas-sentenza appellata, mingħajr ma wettqet l-analiżi tagħha stess tal-punt dwar jekk AM kinitx alternattiva vijabbli għax-xerrejja ta’ TP jew ta’ ECCS, li tiġbor fil-qosor id-Deċiżjoni kontenzjuża, billi kkonstatat li l-analiżi ekonomika tal-Kummissjoni kienet “koerenti”, “plawżibbli ħafna” u “soda”. |
|
285 |
Barra minn hekk, skont thyssenkrupp, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tinsab fil-punt 615 tas-sentenza appellata u li tirrigwarda l-aġir possibbli ta’ AM wara żieda fil-prezz min-naħa tal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni hija żbaljata sa fejn il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li kompetitur kien ser iżid id-domanda tiegħu biss jekk ma jsegwix iż-żieda (ipotetika) tal-prezzijiet tal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni. |
|
286 |
Barra minn hekk, thyssenkrupp tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli naqset milli tevalwa, fil-punti 613 et seq. tas-sentenza appellata, liema kapaċitajiet ta’ riżerva setgħu jitqiesu bħala “suffiċjenti”. |
|
287 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument ta’ thyssenkrupp. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
288 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ilment ta’ thyssenkrupp li jgħid li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx, fil-punti 279 sa 287 tas-sentenza appellata, l-argumenti ta’ din il-kumpannija esposti fil-punti 63 sa 68 tar-rikors fl-ewwel istanza, għandu jiġi kkonstatat li dan l-ilment jirriżulta minn qari żbaljat tas-sentenza appellata. |
|
289 |
L-argumenti ta’ thyssenkrupp li jinsabu fil-punti 63 sa 68 tar-rikors fl-ewwel istanza u huma miġburin fil-qosor fil-punti 270 u 271 tas-sentenza appellata huma miċħuda fil-punti 282 sa 290 ta’ dik is-sentenza. B’mod partikolari, kif jirriżulta mill-punti 282, 283, 285 u 287 sa 289 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni kienet ibbażat ruħha fuq diversi provi, fuq l-aġir reali u effettiv ta’ AM fis-suq Auto HDG kif ukoll fuq id-data ekonomika pprovduta minn thyssenkrupp u TSE sabiex jiġi stabbilit li AM ma kinitx inċentivata tirreaġixxi permezz ta’ żieda fil-produzzjoni tagħha għaż-żidiet fil-prezz tal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni ppjanata. Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 288 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali approvat il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni billi bbażat ruħha fuq l-eżami tagħha stess tal-imsemmija provi. |
|
290 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument ta’ thyssenkrupp, ibbażat, essenzjalment, fuq il-fatt li, b’mod partikolari fil-punt 285 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonfermat b’mod żbaljat il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li ż-żidiet fil-prezzijiet wara l-konċentrazzjoni ppjanata jkunu sostnuti biss mit-theddida ta’ ritaljazzjoni min-naħa tal-entità li tirriżulta minn din il-konċentrazzjoni jekk AM ma tadattax għaż-żidiet fil-prezzijiet, għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument huwa wkoll ibbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. |
|
291 |
Minn naħa, kif jirriżulta mill-punt 266 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-argument ta’ thyssenkrupp li l-Kummissjoni kienet ikkonkludiet, impliċitament, li kienu jeżistu effetti orizzontali kkoordinati, peress li, skont dik l-istituzzjoni, AM kienet tikkoordina l-prezzijiet tagħha mal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni ppjanata u din l-entità kienet tieħu inkunsiderazzjoni din il-koordinazzjoni sabiex tieħu d-deċiżjonijiet tariffarji tagħha wara l-konċentrazzjoni ppjanata. Fil-punti 268 u 269 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan l-argument ta’ thyssenkrupp u kkonstatat, essenzjalment, li l-Kummissjoni ma kinitx semmiet, anki impliċitament, kwalunkwe eżistenza ta’ effetti orizzontali kkoordinati bejn AM u l-entità li tirriżulta minn din il-konċentrazzjoni. |
|
292 |
Min-naħa l-oħra, fil-punti 282 sa 290 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument ta’ thyssenkrupp li, essenzjalment, id-Deċiżjoni kontenzjuża hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dak li jikkonċerna l-provi użati sabiex tiġi stabbilita l-assenza ta’ inċentiv min-naħa ta’ AM sabiex teżerċita restrizzjoni fuq żieda fil-prezzijiet wara l-konċentrazzjoni ppjanata, minkejja l-kapaċitajiet enormi għad-dispożizzjoni tagħha. |
|
293 |
Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma kkonstatat li ż-żidiet fil-prezzijiet wara l-konċentrazzjoni ppjanata jkunu sostnuti biss mit-theddida ta’ ritaljazzjoni min-naħa tal-entità li tirriżulta minn din il-konċentrazzjoni jekk AM ma tadattax għaż-żidiet fil-prezzijiet. |
|
294 |
Fit-tielet u l-aħħar lok, fir-rigward tal-argument ta’ thyssenkrupp imsemmi fil-punti 284 sa 286 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi rrilevat li, fir-rigward tal-punti 611, 612, 615, 617 u 619 tas-sentenza appellata, dawn jikkonċernaw l-eżami mill-Qorti Ġenerali tat-tielet parti tar-raba’ motiv tar-rikors fl-ewwel istanza, dwar żball ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni dwar il-possibbiltajiet tal-klijenti li jbiddlu l-fornitur fiż-ŻEE. |
|
295 |
Mill-punti 611 sa 620 tas-sentenza appellata jirriżulta b’mod suffiċjentement ċar li, kuntrarjament għal dak li ssostni thyssenkrupp, il-Qorti Ġenerali mhux biss ċaħdet il-kritika ta’ din il-kumpannija li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovat b’mod suffiċjenti fid-dritt li, wara l-konċentrazzjoni ppjanata, AM ma kinitx alternattiva vijabbli għax-xerrejja ta’ TP jew ta’ ECCS, iżda wettqet ukoll l-evalwazzjoni tagħha stess tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. |
|
296 |
Fil-fatt, wara li kkonstatat, b’mod partikolari fil-punti 612 u 616 tas-sentenza appellata, li, f’dak li jirrigwarda kemm is-suq ta’ TP kif ukoll dak tal-ECCS, il-Kummissjoni kienet ikkorroborat l-analiżi prospettiva tagħha tal-inċentivi ta’ AM sabiex tiġġieled kontra żieda possibbli fil-prezzijiet tal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni ppjanata, il-Qorti Ġenerali, qabelxejn, wettqet, fil-punt 614 ta’ dik is-sentenza, verifika tal-kwistjoni dwar jekk din l-analiżi kinitx konformi mal-punti 32 sa 35 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali, li jinsabu taħt it-titolu “Il-kompetituri x’aktarx ma jżidux il-provvisti jekk il-prezzijiet jogħlew”. Wara l-eżami tagħha, hija qieset li ż-żieda tal-produzzjoni kienet improbabbli, b’mod partikolari, meta l-kompetituri kien ikollhom limitazzjonijiet ta’ kapaċità, bħalma huwa l-każ ta’ AM f’dan il-każ għat-TP. |
|
297 |
Sussegwentement, kif jirriżulta mill-punt 615 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-analiżi prospettiva tal-Kummissjoni u kkonstatat li kien probabbli ħafna li, quddiem żieda possibbli fil-prezzijiet min-naħa tal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni ppjanata, il-klijenti li kienu jippruvaw iduru lejn kompetitur, bħal AM, li huwa l-uniku attur importanti ieħor fis-suq ikkonċernat, kienu ser jiġu kkonfrontati wkoll b’żidiet fil-prezz. |
|
298 |
Fil-fatt, skont il-Qorti Ġenerali, meta tali kompetitur jara li d-domanda għall-prodotti tiegħu qiegħda tiżdied, huwa stess ikun unilateralment inċentivat li jżid il-prezzijiet u mhux li jżommhom kostanti jew li jbaxxihom sabiex jikseb klijenti ġodda, għaliex dan imur kontra l-ottimizzazzjoni tal-profitti tiegħu. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali approvat l-analiżi prospettiva tal-Kummissjoni bħala koerenti u plawżibbli ħafna u, kuntrarjament għal dak li ssostni thyssenkrupp, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata talli ddeterminat b’mod żbaljat, fil-punt 615 tas-sentenza appellata, l-aġir possibbli ta’ AM fil-każ ta’ żieda fil-prezz min-naħa tal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni ppjanata, fid-dawl b’mod partikolari tar-restrizzjonijiet ta’ kapaċità ta’ din il-kumpannija, invokati fil-punt 613 ta’ dik is-sentenza. |
|
299 |
Barra minn hekk, fil-punt 617 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li r-raġunament, espost fil-punti 612 et seq. ta’ dik is-sentenza, dwar is-suq ta’ TP kien japplika, essenzjalment, ukoll għas-suq tal-ECCS. B’hekk, hija kkonfermat li l-analiżi prospettiva tal-Kummissjoni, li tgħid li AM ma kinitx inċentivata sabiex tiġġieled kontra żieda possibbli fil-prezzijiet tal-ECCS wara l-konċentrazzjoni ppjanata, iżda pjuttost li ssegwiha u li tibbenefika minnha, kienet fil-fatt daqstant koerenti u plawżibbli ħafna, fid-dawl ukoll tal-fatt li l-istruttura oligopolistika tas-suq tal-ECCS probabbilment ser tkompli tissaħħaħ wara din il-konċentrazzjoni. |
|
300 |
Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 619 tas-sentenza appellata, li l-analiżi prospettiva tal-Kummissjoni, imwettqa fil-premessi 1288 u 1289 kif ukoll fil-premessi 1294 et seq. tad-Deċiżjoni kontenzjuża, kienet effettivament ibbażata fuq analiżi ekonomika soda tar-reazzjoni ta’ AM fir-rigward ta’ żieda possibbli fil-prezzijiet tal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni fis-swieq tat-TP u tal-ECCS. |
|
301 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma wettqitx l-analiżi tagħha stess tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk AM hijiex alternattiva vijabbli għax-xerrejja ta’ TP jew ta’ ECCS. Dan l-ilment ta’ thyssenkrupp għalhekk jirriżulta minn qari żbaljat tas-sentenza appellata. |
|
302 |
Il-Qorti Ġenerali lanqas ma tista’ tiġi kkritikata talli naqset milli tevalwa, fil-punti 613 et seq. tas-sentenza appellata, il-kapaċitajiet ta’ riżerva li setgħu jitqiesu bħala “suffiċjenti”. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat, minn naħa, li la mill-punt 136 tar-rikors fl-ewwel istanza u lanqas mill-punt 601 tas-sentenza appellata, li jirriproduċi l-argument ta’ thyssenkrupp fl-ewwel istanza, ma jirriżulta li din il-kumpannija qajmet tali argument quddiem il-Qorti Ġenerali, li jirrendi din il-kritika manifestament inammissibbli. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni l-kapaċitajiet ta’ riżerva ta’ AM għaliex, kif jirriżulta mill-punti 612, 613, 618 u 619 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali rreferiet għall-premessa 1289 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li tinkludi stima tal-kapaċitajiet ta’ riżerva tal-kompetituri tal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni ppjanata u b’mod partikolari ta’ dawk ta’ AM. |
|
303 |
Għaldaqstant, ir-raba’ parti tat-tielet aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondata. |
Fuq il‑ħames parti tat‑tielet aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
304 |
Permezz tal-ewwel ilment tagħha, thyssenkrupp tikkritika lill-Qorti Ġenerali, l-ewwel nett, talli naqset milli tirrileva li ma kienx possibbli li jiġi kkunsidrat, abbażi tal-istrateġija attwali ta’ TSE, li l-klijenti stabbiliti fiż-ŻEE ma kinux jikkostitwixxu mira strateġika għall-fornituri Asjatiċi Posco, Hyundai Steel u Baosteel, mingħajr ma staqsiet direttament lil dawn l-impriżi x’kienet il-mira strateġika tagħhom. It-tieni nett, thyssenkrupp tqis li teżisti kontradizzjoni fil-punt 545 tas-sentenza appellata, peress li, f’dak il-punt, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, minn naħa, li Posco, Hyundai Steel u Baosteel irnexxielhom jipprovdu proporzjon sinjifikattiv tal-bżonnijiet ta’ ċerti klijenti u, min-naħa l-oħra, li “l-klijenti kienu esprimew huma stess preferenza ċara għall-provvista fi ħdan iż-ŻEE”. It-tielet nett, thyssenkrupp tqis li, fil-punt 545 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżiġiet b’mod żbaljat li din il-kumpannija turi li l-klijenti kollha setgħu jiġu fornuti fil-parti l-kbira tagħhom minn importaturi. Ir-raba’ nett, thyssenkrupp issostni li l-Qorti Ġenerali injorat il-provi rilevanti, meta, fil-punt 545 tas-sentenza appellata, qieset li r-raġunijiet intiżi sabiex jiġġustifikaw il-fatt li Fiat Chrysler Automobiles NV (iktar ’il quddiem “FCA”) kienet fornuta billi tirrikorri għall-importazzjonijiet ma kinux trasponibbli għall-klijenti l-oħra. |
|
305 |
Permezz tat-tieni lment tagħha, thyssenkrupp issostni, l-ewwel nett, li, fil-punt 645 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx l-analiżi tagħha stess tal-argumenti ta’ thyssenkrupp ibbażati fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet tat piż sproporzjonat lil ċerti dikjarazzjonijiet ta’ klijenti dwar restrizzjonijiet allegatament imputabbli għall-volatilità tad-domanda, iżda sempliċement iddeskriviet l-approċċ tal-Kummissjoni u rreferiet għat-tweġibiet mogħtija għall-kwestjonarju 13, mingħajr ma pprovdiet spjegazzjonijiet oħra. |
|
306 |
It-tieni nett, skont thyssenkrupp, fil-punt 646 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qalbet l-oneru tal-prova billi kkunsidrat li l-ilment invokat minn thyssenkrupp, li jgħid li l-Kummissjoni injorat il-fatt li l-partijiet stess bigħu volumi sinjifikattivi lil klijenti stabbiliti barra miż-ŻEE, jista’ jkollu biss rilevanza limitata ħafna għall-analiżi tas-swieq inkwistjoni u tar-reazzjoni tal-klijenti stabbiliti fi ħdan iż-ŻEE, peress li thyssenkrupp ma wrietx il-kuntrarju. |
|
307 |
It-tielet nett, thyssenkrupp issostni, minn naħa, li, fil-punt 647 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi li hija kellha quddiemha u li l-motivazzjoni tagħha hija kontradittorja. Fil-fatt, hija tqis li, peress li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li d-dokumenti interni ta’ thyssenkrupp, riprodotti fl-istampi 200 u 201 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, “[kienu] jikkorroboraw” il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-importanza tat-termini, l-interpretazzjoni żbaljata ta’ dawn id-dokumenti interni mill-Kummissjoni neċessarjament kellha effett fuq l-evalwazzjoni ta’ dik l-istituzzjoni. |
|
308 |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kwalità tal-importazzjonijiet, thyssenkrupp essenzjalment ikkritikat lill-Kummissjoni li, fil-premessi 1312 sa 1316 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, għażlet kwotazzjonijiet mill-investigazzjoni tagħha tas-suq u injorat l-informazzjoni li toriġina mill-partijiet jew minn din l-investigazzjoni li tikkontradixxihom. F’dan ir-rigward, thyssenkrupp tqis li mill-punt 649 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali sempliċement irreferiet għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsija 63 tal-kwestjonarju 4 mingħajr ma wettqet l-analiżi tagħha stess. |
|
309 |
Il-Kummissjoni tikkontesta kemm il-fondatezza tal-argumenti ta’ thyssenkrupp kif ukoll l-ammissibbiltà ta’ wħud mill-argumenti tagħha. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
310 |
Fir-rigward tal-ewwel ilment ta’ thyssenkrupp dwar l-effett tal-importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ Auto HDG fuq il-kompetizzjoni, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali eżaminat is-seba’ parti tat-tielet motiv tar-rikors fl-ewwel istanza fil-punti 534 sa 551 tas-sentenza appellata. |
|
311 |
Qabel kollox, fil-punti 541 sa 544 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-kritika magħmula lill-Kummissjoni minn thyssenkrupp li dik l-istituzzjoni ma kinitx eżaminat b’mod suffiċjenti l-kwistjoni dwar sa fejn l-importazzjonijiet jikkostitwixxu restrizzjoni fuq il-partijiet wara l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni ppjanata. |
|
312 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali qieset, essenzjalment, li, kif jirriżulta mill-premessa 974 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, l-investigazzjoni tas-suq imwettqa mill-Kummissjoni kienet żvelat li l-flussi futuri ta’ importazzjonijiet possibbli ta’ Auto HDG lejn iż-ŻEE kienu minimi u li l-importazzjonijiet kienu jikkostitwixxu restrizzjoni limitata minħabba fatturi ta’ natura strutturali u regolamentari, bħal termini ta’ eżekuzzjoni itwal, in-nuqqas ta’ reattività tal-importaturi, ir-riskju ta’ ħsara matul it-trasport, in-nuqqas ta’ kapaċitajiet tekniċi tal-fornituri stabbiliti barra miż-ŻEE, in-nuqqas ta’ preżenza kummerċjali fiż-ŻEE kif ukoll il-miżuri ta’ difiża kummerċjali imposti reċentement fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ Auto HDG. |
|
313 |
Sussegwentement, fil-punti 545 u 546 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset, essenzjalment, li l-eżempju rari ta’ FCA, bħala klijenta li tiġi fornuta billi tirrikorri għall-importazzjonijiet, invokat minn thyssenkrupp, ma jistax fih innifsu jinvalida l-fatt li l-maġġoranza l-kbira tal-klijenti tas-settur tal-karozzi ma jiġux fornuti mingħand fornituri stabbiliti barra miż-ŻEE, jew jagħmlu dan b’mod negliġibbli, fatt li ma għandux jinbidel fil-futur, kif jirriżulta mill-premessi 974 u 981 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li ma ġewx ikkontestati minn thyssenkrupp. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-fatt li klijent speċifiku tal-karozzi jiġi fornut mill-importazzjonijiet ma kienx ifisser li dan kien l-istess għall-klijenti kollha. |
|
314 |
Barra minn hekk, fil-punti 547 sa 549 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-kritika indirizzata lill-Kummissjoni minn thyssenkrupp li dik l-istituzzjoni, mingħajr ma talbet lil Posco, lil Hyundai Steel u lil Baosteel jekk il-klijenti stabbiliti fiż-ŻEE kinux il-mira strateġika tagħhom, kienet, fil-premessa 1001 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, tiddeduċi mill-istrateġija attwali ta’ TSE l-konstatazzjoni li dawn il-klijenti stabbiliti fiż-ŻEE ma kinux jikkostitwixxu tali mira għal dawn il-kumpanniji. |
|
315 |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-imsemmija kumpanniji ma kinux jikkonċentraw l-istrateġiji tagħhom fuq il-klijenti fiż-ŻEE minħabba li t-trasport tal-prodotti fuq livell dinji kien diffiċli u oneruż. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni kienet ibbażat ruħha fuq it-tabella Nru 8 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, imfassla abbażi tad-data pprovduta mill-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata, sabiex issostni li l-volumi limitati tal-importazzjonijiet fiż-ŻEE kienu jindikaw li dawn l-importazzjonijiet kienu jikkostitwixxu restrizzjoni limitata fuq il-fornituri stabbiliti fiż-ŻEE. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali qieset li l-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni kienet uriet li l-klijenti kienu jesprimu huma stess preferenza ċara għall-provvista fi ħdan iż-ŻEE. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali qieset li, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni ma ddeduċietx mill-istrateġija attwali ta’ TSE li l-klijenti ta’ din il-kumpannija ma kinux jikkostitwixxu mira strateġika għal Posco, Hyundai Steel u Baosteel, dik l-istituzzjoni kienet neċessarjament tasal għall-istess konstatazzjoni, jiġifieri li l-imsemmija klijenti ma kinux jikkostitwixxu mira strateġika għal dawn il-kumpanniji. |
|
316 |
Fl-aħħar nett, fil-punt 550 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li Posco għandha importanza minima bħala kompetitriċi ta’ thyssenkrupp u TSE fis-suq tal-Auto HDG taż-ŻEE. Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkontestata minn thyssenkrupp quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
317 |
Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kkonstatat fil-punt 551 tas-sentenza appellata li, fid-dawl tal-motivi kollha li jinsabu fil-punti 540 sa 550 ta’ dik is-sentenza, thyssenkrupp ma tistax validament tikkritika lill-Kummissjoni talli wettqet, fil-premessi 967 sa 1033 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw il-konklużjoni li l-importazzjonijiet kienu jikkostitwixxu restrizzjoni kompetittiva limitata fuq il-fornituri taż-ŻEE fis-settur tal-Auto HDG fi ħdan iż-ŻEE. |
|
318 |
F’dan il-kuntest, għandu, fl-ewwel lok, jiġi eżaminat it-tielet argument ifformulat fil-kuntest tal-ewwel ilment ta’ thyssenkrupp, li jipprovdi li, fil-punt 545 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat eżiġiet li din il-kumpannija turi li l-klijenti kollha setgħu jiġu fornuti fil-parti l-kbira minn importaturi. |
|
319 |
Għandu jiġi kkonstatat, f’dan ir-rigward, li din l-affermazzjoni tirriżulta minn qari żbaljat ta’ dan il-punt 545. |
|
320 |
Huwa minnu li, fl-imsemmi punt 545, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li “l-fatt li klijent speċifiku tal-karozzi jiġi fornut mill-importazzjonijiet ma jfissirx li dan japplika għall-klijenti kollha”. Madankollu, tali kunsiderazzjoni ma timplikax li l-Qorti Ġenerali eżiġiet li thyssenkrupp turi li l-klijenti kollha setgħu jiġu forniti fil-parti l-kbira tagħhom minn importaturi. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li, “[f]i kwalunkwe każ, eżempju wieħed, jew anki diversi eżempji rari ma jistgħux waħedhom jinvalidaw il-fatt li l-maġġoranza l-kbira tal-klijenti tas-settur tal-karozzi ma jiġux fornuti minn fornituri stabbiliti barra miż-ŻEE, jew jagħmlu dan b’mod negliġibbli”. Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-Qorti Ġenerali sempliċement ippreċiżat li ma setgħetx tinsilet konklużjoni ġenerali minn eżempji iżolati. |
|
321 |
Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat ir-raba’ argument ifformulat fil-kuntest tal-ewwel ilment ta’ thyssenkrupp li, fil-punt 545 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali injorat il-provi rilevanti, meta qieset li r-raġunijiet intiżi sabiex jiġġustifikaw il-fatt li FCA kienet fornuta permezz tal-importazzjonijiet ma kinux trasponibbli għall-klijenti l-oħra. |
|
322 |
F’dan ir-rigward, peress li thyssenkrupp ma tikkontestax, fuq il-mertu, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tinsab fil-punt 545 tas-sentenza appellata, li “eżempju wieħed, jew anki diversi eżempji rari ma jistgħux waħedhom jinvalidaw il-fatt li l-maġġoranza l-kbira tal-klijenti tas-settur tal-karozzi ma jiġux fornuti minn fornituri stabbiliti barra miż-ŻEE, jew jagħmlu dan b’mod negliġibbli”, għandu jiġi miċħud l-argument kollu ta’ thyssenkrupp li jikkonċerna lil FCA bħala ineffettiv. |
|
323 |
It-tielet nett, għandu jiġi eżaminat it-tieni argument ifformulat fil-kuntest tal-ewwel ilment ta’ thyssenkrupp, li teżisti kontradizzjoni fil-punt 545 tas-sentenza appellata, peress li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat, minn naħa, li Posco, Hyundai Steel u Baosteel irnexxielhom jipprovdu proporzjon sinjifikattiv tal-bżonnijiet ta’ ċerti klijenti u, min-naħa l-oħra, li “l-klijenti kienu esprimew huma stess preferenza ċara għall-provvista fi ħdan iż-ŻEE”. |
|
324 |
Issa, dan l-argument huwa wkoll ibbażat fuq qari żbaljat tal-punt 545 tas-sentenza appellata. Fil-fatt, f’dan il-punt 545, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma kkunsidrat li Posco, Hyundai Steel u Baosteel kien irnexxielhom jipprovdu proporzjon sinjifikattiv tal-bżonnijiet ta’ ċerti klijenti jew tal-klijenti kollha stabbiliti fiż-ŻEE. Għall-kuntrarju, kif tfakkar fil-punt 313 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, essenzjalment, li l-eżempju rari ta’ FCA invokat minn thyssenkrupp ma jistax fih innifsu jinvalida l-fatt li l-maġġoranza l-kbira tal-klijenti tas-settur tal-karozzi stabbiliti fiż-ŻEE ma kinux fornuti mingħand fornituri stabbiliti barra miż-ŻEE, jew kienu jagħmlu dan b’mod negliġibbli. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-fatt li klijent speċifiku tal-karozzi jiġi fornut mill-importazzjonijiet ma kienx ifisser li dan kien l-istess għall-klijenti kollha. Din il-kunsiderazzjoni hija konsistenti mal-konstatazzjoni li dawn il-klijenti ma kinux jikkostitwixxu mira strateġika għall-fornituri stabbiliti barra miż-ŻEE. |
|
325 |
Fir-raba’ u l-aħħar lok, għandu jiġi ttrattat l-ewwel argument ifformulat fil-kuntest tal-ewwel ilment ta’ thyssenkrupp, li permezz tiegħu din il-kumpannija tqis li, mingħajr ma titlob direttament lil Posco, lil Hyundai Steel u lil Baosteel x’kienet il-mira strateġika tagħhom, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tikkunsidra, abbażi tal-informazzjoni li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, li l-klijenti taż-ŻEE ma kinux jikkostitwixxu mira strateġika għal dawn il-fornituri Asjatiċi. |
|
326 |
Dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv. Fil-fatt, il-kwistjoni dwar jekk il-klijenti stabbiliti fiż-ŻEE kinux jikkostitwixxu mira strateġika għal Posco, Hyundai Steel u Baosteel hija irrilevanti peress li, minn naħa, kif jirriżulta mill-punti 541 sa 544 tas-sentenza appellata, l-investigazzjoni tas-suq imwettqa mill-Kummissjoni żvelat li l-flussi futuri ta’ importazzjonijiet possibbli ta’ Auto HDG lejn iż-ŻEE kienu minimi u li l-importazzjonijiet kienu jikkostitwixxu restrizzjoni limitata minħabba fatturi ta’ natura strutturali u regolamentari, bħall-iskadenzi itwal għall-eżekuzzjoni, in-nuqqas ta’ reattività tal-importaturi, ir-riskju ta’ ħsara matul it-trasport, in-nuqqas ta’ kapaċitajiet tekniċi tal-fornituri stabbiliti barra miż-ŻEE, in-nuqqas ta’ preżenza kummerċjali fiż-ŻEE kif ukoll il-miżuri ta’ difiża kummerċjali imposti reċentement fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ Auto HDG. |
|
327 |
Min-naħa l-oħra, kif jirriżulta mill-punti 545 u 546 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-maġġoranza l-kbira tal-klijenti tas-settur tal-karozzi ma kinux jiġu fornuti mingħand fornituri stabbiliti barra miż-ŻEE jew kienu jagħmlu dan b’mod negliġibbli, fatt li ma kellux jinbidel fil-futur, kif jirriżulta mill-premessi 974 u 981 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li ma ġewx ikkontestati minn thyssenkrupp. |
|
328 |
Għalhekk, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni ddeduċiet b’mod żbaljat mill-istrateġija attwali ta’ TSE l-konstatazzjoni li dawn il-klijenti ma kinux jikkostitwixxu tali mira għal dawn il-fornituri, tali żball possibbli ma jistax jaffettwa l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, li tinsab fil-punt 551 tas-sentenza appellata, li tgħid li, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha li jinsabu fil-punti 540 sa 550 ta’ dik is-sentenza, thyssenkrupp ma tistax validament tikkritika lill-Kummissjoni talli wettqet, fil-premessi 967 sa 1033 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw il-konklużjoni li l-importazzjonijiet kienu jikkostitwixxu restrizzjoni kompetittiva limitata fuq il-fornituri stabbiliti fiż-ŻEE fis-settur tal-Auto HDG fi ħdan iż-ŻEE. |
|
329 |
Għaldaqstant, l-ewwel ilment għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
330 |
Fir-rigward tal-ewwel wieħed mit-tliet argumenti mqajma fil-kuntest tat-tieni lment, imsemmi fil-punt 305 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkunsidrat li dan l-argument huwa bbażat fuq qari żbaljat tal-punt 645 tas-sentenza appellata. F’dan il-punt 645, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li “mill-investigazzjoni tas-suq imwettqa mill-Kummissjoni u, b’mod partikolari, mit-tweġibiet għall-kwestjonarju 13 (Anness A.4h) jirriżulta li l-Kummissjoni ma kinitx tat, kif tallega [thyssenkrupp], piż sproporzjonat lil ċerti dikjarazzjonijiet tal-klijenti. Fil-fatt, il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, fil-premessi 1307 sa 1309 tad-Deċiżjoni [kontenzjuża], [kienu] jirriflettu dawn it-tweġibiet b’mod raġonevoli”. Hija żiedet “li għalkemm il-Kummissjoni ma [kinitx semmiet], fid-Deċiżjoni [kontenzjuża], id-dikjarazzjonijiet tal-klijenti li kkonfermaw l-użu ta’ ħażniet irreġistrati fiż-ŻEE jew il-fatt li huma ttolleraw termini twal, dan ma [kienx] neċessarjament [ifisser] li l-Kummissjoni injorathom. F’dan il-każ, il-Kummissjoni sempliċement qieset, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 1311 tal-imsemmija deċiżjoni, li dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux suffiċjentement rappreżentattivi jew rilevanti fost it-tweġibiet kollha tal-klijenti miksuba fil-kuntest tal-investigazzjoni tagħha tas-suq”. Fl-aħħar nett, hija tenfasizza “li, minn qari tat-tweġibiet għall-imsemmi kwestjonarju 13, dan [kien] fil-fatt il-każ.” |
|
331 |
Minn dan il-punt jirriżulta b’mod suffiċjentement ċar li, meta l-Qorti Ġenerali tirreferi għall-investigazzjoni tas-suq imwettqa mill-Kummissjoni u, b’mod partikolari, għat-tweġibiet għall-kwestjonarju 13, u minn dan iddeduċiet li l-Kummissjoni ma kinitx tat piż sproporzjonat lid-dikjarazzjonijiet tal-klijenti, dik il-qorti wettqet l-eżami tagħha stess tal-provi. Barra minn hekk, ir-realtà ta’ dan l-eżami hija sostnuta, minn naħa, mit-tieni sentenza tal-punt 645 tas-sentenza appellata, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali qieset li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni “[kienu] jirriflettu raġonevolment dawn it-tweġibiet” u, min-naħa l-oħra, permezz tal-aħħar sentenza ta’ dan il-punt li minnha jirriżulta, mingħajr ebda ambigwità, li l-Qorti Ġenerali wettqet il-qari tagħha stess ta’ dawn it-tweġibiet. |
|
332 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel argument ta’ thyssenkrupp fil-kuntest tat-tieni lment għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
333 |
Fir-rigward tat-tieni argument imqajjem fil-kuntest tat-tieni lment, imsemmi fil-punt 306 ta’ din is-sentenza, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li dan l-argument jirriżulta minn qari żbaljat tal-punt 646 tas-sentenza appellata, peress li, kif jirriżulta minn dan il-punt, il-Qorti Ġenerali, fir-realtà, ikkunsidrat li dan l-ilment huwa prattikament irrilevanti għall-analiżi tal-Kummissjoni dwar ir-restrizzjoni kompetittiva fuq l-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet. Għaldaqstant, l-imsemmi argument għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
334 |
Fir-rigward tat-tielet argument imqajjem fil-kuntest tat-tieni lment, imsemmi fil-punt 307 ta’ din is-sentenza, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat, fir-rigward tal-allegat żnaturament tal-provi, li, f’dan il-każ, thyssenkrupp sempliċement tikkritika b’mod ġenerali l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali mingħajr madankollu ma tistabbilixxi li r-raġunament ta’ din tal-aħħar huwa bbażat fuq żnaturament tal-provi konkreti li jidher b’mod manifest li dik il-qorti marret manifestament lil hinn mil-limiti ta’ evalwazzjoni raġonevoli. Għaldaqstant, u f’dan ir-rigward, l-argument ta’ thyssenkrupp għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli, peress li ma huwiex konformi mar-rekwiżiti mfakkra fil-punt 102 ta’ din is-sentenza. |
|
335 |
Sa fejn thyssenkrupp issostni barra minn hekk li r-raġunament li jinsab fil-punt 647 tas-sentenza appellata huwa kontradittorju, għandu jiġi rrilevat li l-argument tagħha jirriżulta minn qari żbaljat ta’ dan il-punt. Fil-fatt, fl-imsemmi punt 647, il-Qorti Ġenerali qieset li l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-importanza tat-termini ta’ kunsinna bħala fattur rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk l-importazzjonijiet kinux jeżerċitaw pressjoni kompetittiva fuq l-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni ppjanata fis-settur tal-azzar miksi bil-metall intiż għall-imballaġġ fiż-ŻEE kienu debitament u suffiċjentement issostanzjati, fil-premessi 1307 sa 1309 u 1311 tad-Deċiżjoni kontenzjuża. |
|
336 |
Għalhekk, dik il-qorti kkunsidrat li l-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni kinitx wettqet żball ta’ interpretazzjoni tad-dokumenti interni, riprodotti fl-istampi 200 u 201 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li sempliċement “jikkorroboraw” il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni, ma jista’ jkollha l-ebda effett deċiżiv fuq l-analiżi tal-Kummissjoni li hija suffiċjentement sostnuta minn provi oħra. |
|
337 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argument ta’ thyssenkrupp, ibbażat fuq motivazzjoni kontradittorja fil-punt 647 tas-sentenza appellata, għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
338 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument li, fil-punt 649 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali sempliċement irreferiet għat-tweġibiet għal mistoqsija ta’ kwestjonarju użat mill-Kummissjoni mingħajr ma wettqet l-analiżi tagħha stess, għandu jiġi kkunsidrat li dan l-argument jirriżulta wkoll minn qari żbaljat ta’ dan il-punt 649. |
|
339 |
Fil-fatt, mill-imsemmi punt 649 jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-argument ta’ thyssenkrupp li inqas minn nofs il-klijenti kkonsultati ddikjaraw li kienu jeżistu differenzi bejn il-fornituri stabbiliti fi ħdan iż-ŻEE u l-importaturi li jinsabu barra miż-ŻEE fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jwieġbu għad-domanda tal-klijenti kellu jiġu miċħud. Sabiex tiġġustifika din l-evalwazzjoni, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-qari ta’ thyssenkrupp tat-tweġibiet mogħtija mill-klijenti għall-mistoqsija inkwistjoni kien parzjali u ppreġudikat. Kif jirriżulta mit-tielet sentenza tal-punt 649 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali neċessarjament wettqet l-eżami tagħha stess tat-tweġibiet għal din il-mistoqsija ta’ dan il-kwestjonarju, meta hija kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li tafferma thyssenkrupp, minn dawn it-tweġibiet jirriżulta li l-maġġoranza tal-klijenti li wieġbu din il-mistoqsija semmew l-eżistenza ta’ tali differenzi. |
|
340 |
Għaldaqstant, it-tieni lment tal-ħames parti għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondat. |
|
341 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, il-ħames parti tat-tielet aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondata. |
Fuq is‑sitt parti tat‑tielet aggravju
– L‑argumenti tal‑partijiet
|
342 |
thyssenkrupp issostni li, fil-punti 377 sa 384 u 594 sa 597 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi li kellha quddiemha u wettqet żball ta’ liġi waqt l-istħarriġ ġudizzjarju tal-kalkolu tal-IHH imwettaq mill-Kummissjoni, f’dak li jirrigwarda s-swieq tal-HDG, ta’ TP u ta’ ECCS. |
|
343 |
F’dan il-każ, skont thyssenkrupp, l-IHH ikkalkolati mill-Kummissjoni għas-swieq rilevanti rispettivi kienu miżjuda artifiċjalment u l-Qorti Ġenerali kellha tqis li dawn iċ-ċifri manifestament żbaljati ma setgħux jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza possibbli ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva f’dawn is-swieq. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li dawn l-IHH ma kellhom l-ebda effett fuq l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u li l-applikazzjoni tal-IHH korretti wasslet lil dik l-istituzzjoni għall-istess riżultat, jiġifieri għall-konstatazzjoni ta’ tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva. |
|
344 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument ta’ thyssenkrupp. |
– Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
345 |
F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, is-suq tal-HDG, għandu jiġi rrilevat li, fil-punti 370 sa 384 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-kritiki ta’ thyssenkrupp dwar il-kalkolu tal-IHH qabel u wara l-implementazzjoni tal-konċentrazzjoni ppjanata. |
|
346 |
Fil-kuntest tal-eżami tagħha, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, essenzjalment, fil-punti 379 u 381 ta’ dik is-sentenza, li, anki jekk jiġi ammess li l-kalkolu propost minn thyssenkrupp, li kien jissuġġerixxi li l-IHH tas-suq tal-HDG kien ikun ta’ 1821 qabel il-konċentrazzjoni ppjanata u ta’ 2013 warajha, b’delta ta’ 192, il-livelli u t-tkabbir tal-IHH għas-suq tal-HDG kienu jaqbżu l-limiti stabbiliti fil-punti 19 sa 21 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali, li lil hinn minnhom jista’ jkun hemm problemi ta’ kompetizzjoni orizzontali fis-suq ikkonċernat, kif inhu l-każ ukoll fil-kalkolu tal-Kummissjoni. |
|
347 |
Barra minn hekk, mill-punt 381 tal-imsemmija sentenza jirriżulta li l-Qorti Ġenerali enfasizzat li d-delta kienet identika, kemm fil-kalkolu tal-Kummissjoni kif ukoll f’dak ta’ thyssenkrupp, li kien ifisser li lanqas ma kien hemm differenza f’dan ir-rigward bejn iż-żewġ kalkoli tal-IHH. |
|
348 |
F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, is-swieq ta’ TP u tal-ECCS, mill-punti 594 sa 596 tas-sentenza appellata jirriżulta li għalkemm thyssenkrupp kienet ikkritikat, essenzjalment, lill-Kummissjoni talli wettqet l-istess żball ta’ kalkolu bħal dak imwettaq għas-suq tal-Auto HDG, il-Qorti Ġenerali ċaħdet din il-kritika bħala ineffettiva għall-istess raġunijiet. |
|
349 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali setgħet tqis, mingħajr ma twettaq żball ta’ liġi, li kien hemm lok li l-argument ta’ thyssenkrupp, ibbażat fuq żbalji fil-kalkolu tal-IHH, jiġi miċħud bħala ineffettiv. |
|
350 |
Fil-fatt, mill-punti 16 u 21 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali jirriżulta li l-livell assolut tal-IHH jista’ jagħti l-ewwel indikazzjoni tal-pressjonijiet kompetittivi li ser jiġu eżerċitati fis-suq wara l-konċentrazzjoni ppjanata. Barra minn hekk, id-delta tintuża mill-Kummissjoni bħala indikatur utli dwar il-bidla fil-livell ta’ konċentrazzjoni li ser jirriżulta direttament minn din it-tranżazzjoni. Fi kwalunkwe każ, dawn il-valuri ma jagħtux lok għal preżunzjoni ta’ eżistenza jew ta’ assenza ta’ tali problemi. |
|
351 |
Issa, sa fejn il-valuri tal-IHH u tad-delta jaqbżu l-limiti stabbiliti fil-punt 20 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali, din iċ-ċirkustanza tista’ tintuża bħala indikatur tal-effetti antikompetittivi potenzjali tal-konċentrazzjoni kkonċernata. |
|
352 |
Għalhekk, peress li thyssenkrupp ma tikkontestax il-fatt li, irrispettivament mill-metodu ta’ kalkolu applikat (inkluż il-metodu ta’ kalkolu propost minn thyssenkrupp), l-IHH u d-delta huma ogħla mil-limiti stabbiliti fil-punt 20 tal-Linji Gwida dwar il-konċentrazzjonijiet orizzontali, is-sitt parti tat-tielet aggravju għandha tiġi miċħuda bħala ineffettiva. |
|
353 |
Fir-rigward tal-argument ta’ thyssenkrupp ibbażat fuq żnaturament ta’ ċerti provi li jinsabu fil-proċess li kellha quddiemha l-Qorti Ġenerali, dan għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli peress li din il-kumpannija ma tidentifikax dawn il-provi b’mod preċiż. |
|
354 |
Għaldaqstant, is-sitt parti tat-tielet aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondata. |
|
355 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondat. |
Fuq ir‑raba’ aggravju
L‑argumenti tal‑partijiet
|
356 |
Permezz tal-ewwel ilment tagħha, thyssenkrupp tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli żnaturat, fil-punti 300 sa 303 tas-sentenza appellata, ċerti provi u, konsegwentement, li ma ddeċidietx dwar l-argumenti tagħha li jagħmlu parti mit-tielet ilment tat-tieni parti tat-tielet motiv fl-ewwel istanza bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet ikkomunikat lill-partijiet fil-konċentrazzjoni ppjanata l-analiżi ekonomika l-ġdida tagħha, kif żviluppata fil-premessa 1095 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, biss fl-istadju tad-deċiżjoni finali. |
|
357 |
thyssenkrupp issostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi li jinsabu fil-proċess tagħha b’mod li, evidentement, jikkontradixxi l-interpretazzjoni korretta tal-imsemmija premessa. Din il-kumpannija tosserva li, fil-punti 301 u 302 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rreferiet biss għall-ittra tal-fatti u ddikjarat b’mod żbaljat li l-Kummissjoni bl-ebda mod ma kienet biddlet l-analiżi ekonomika li hija kienet esponiet fl-imsemmija premessa. |
|
358 |
Permezz tat-tieni lment tagħha, thyssenkrupp issostni li, peress li l-premessa 1095 tad-Deċiżjoni kontenzjuża tinkludi analiżi ekonomika ġdida tal-Kummissjoni li ġiet ikkomunikata lilha għall-ewwel darba mad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 300 sa 303 tas-sentenza appellata meta kkonstatat li l-Kummissjoni ma kinitx kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ thyssenkrupp. B’mod partikolari, din il-kumpannija ma kellhiex l-okkażjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li tisma’ l-oġġezzjonijiet tagħha dwar din l-analiżi, li jikkostitwixxi, skont thyssenkrupp, ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 139/2004 u mill-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 802/2004, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1269/2013. |
|
359 |
Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument ta’ thyssenkrupp. |
Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
360 |
Fir-rigward tal-ewwel ilment ta’ thyssenkrupp ibbażat fuq żnaturament ta’ ċerti provi li jinsabu fil-proċess li kellha quddiemha l-Qorti Ġenerali, għandu jitfakkar, kif ġie rrilevat fil-punt 102 ta’ din is-sentenza, li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba. Għalhekk, meta appellant jallega żnaturament tal-provi mill-Qorti Ġenerali, huwa għandu jindika b’mod preċiż il-provi li allegatament ġew żnaturati minnha u juri l-iżbalji fl-analiżi li, fl-evalwazzjoni tagħha, wasslu lill-Qorti Ġenerali għal dan l-iżnaturament. |
|
361 |
Issa, f’dan il-każ, thyssenkrupp tikkuntenta ruħha, essenzjalment, li tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli żnaturat il-provi li jinsabu fil-proċess tagħha u, konsegwentement, talli qieset b’mod żbaljat, fil-punti 300 sa 302 tas-sentenza appellata, li l-premessa 1095 tad-Deċiżjoni kontenzjuża ma kienet tinkludi l-ebda analiżi ekonomika ġdida tal-Kummissjoni. |
|
362 |
Madankollu, din il-kumpannija ma tidentifikax l-iżbalji ta’ analiżi li, fl-evalwazzjoni tagħha tad-dokument imsemmi fl-appell, wasslu lill-Qorti Ġenerali għall-iżnaturament invokat. Hija sempliċement tikkritika b’mod ġenerali l-konstatazzjonijiet magħmula minn dik il-qorti mingħajr madankollu ma tistabbilixxi la li r-raġunament tagħha huwa bbażat fuq żnaturament konkret tal-provi u lanqas li jidher b’mod manifest li dik il-qorti manifestament marret lil hinn mil-limiti ta’ evalwazzjoni raġonevoli. |
|
363 |
Għaldaqstant, l-ewwel ilment tar-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
|
364 |
Fir-rigward tat-tieni lment ta’ thyssenkrupp ibbażat fuq il-fatt li d-drittijiet tad-difiża ta’ din il-kumpannija nkisru peress li din ma kellhiex l-okkażjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li ssemma’ l-oġġezzjonijiet tagħha dwar l-allegata analiżi ekonomika l-ġdida li tinsab fil-premessa 1095 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, mill-punt 302 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali qieset li din il-premessa ma kien fiha l-ebda analiżi ekonomika ġdida tal-Kummissjoni. |
|
365 |
Konsegwentement, peress li, kif jirriżulta mill-punti 361 u 362 ta’ din is-sentenza, thyssenkrupp ma rnexxilhiex tipprova li l-Qorti Ġenerali kienet żnaturat il-provi meta waslet għal tali konstatazzjoni, it-tieni lment tar-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
366 |
Għaldaqstant, ir-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u bħala parzjalment infondat. |
Fuq il‑ħames aggravju
L‑argumenti tal‑partijiet
|
367 |
Permezz tal-ħames aggravju tagħha, thyssenkrupp issostni, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx dwar is-seba’ motiv imqajjem fir-rikors fl-ewwel istanza għaliex hija ma fehmitx dan tal-aħħar korrettament. |
|
368 |
Permezz ta’ dan is-seba’ motiv, thyssenkrupp ma sostnietx biss li l-Kummissjoni kienet wettqet żball proċedurali meta ma użatx is-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha sabiex tirċievi numru ikbar ta’ tweġibiet għat-talbiet għal informazzjoni sempliċi mibgħuta skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 139/2004. Fil-fatt, permezz ta’ dan il-motiv, thyssenkrupp sostniet ukoll, essenzjalment, li l-Kummissjoni ma kellhiex tagħti valur probatorju lit-tweġibiet aleatorji u inkompleti li hija kienet irċeviet matul il-proċedura amministrattiva, b’mod partikolari, peress li inqas minn nofs id-destinatarji li l-Kummissjoni kienet qieset li kien neċessarju li jintbagħtu talbiet għal informazzjoni sempliċi kienu fil-fatt wieġbu. |
|
369 |
Sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li hija kellha tikseb l-informazzjoni neċessarja, fis-sens tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 139/2004, hija ma tistax tibgħat talbiet għal informazzjoni sempliċi, taħt piena ta’ illegalità ta’ tali approċċ proċedurali. Għalhekk, minħabba n-numru baxx ħafna ta’ tweġibiet irċevuti, dawn tal-aħħar ma setgħux jitqiesu li jistgħu jirrappreżentaw l-opinjoni tal-parteċipanti kollha fis-suq jew, tal-inqas, tal-parteċipanti kollha fis-suq li jkunu rċevew talba għal informazzjoni. Għaldaqstant, it-tweġibiet li rċeviet il-Kummissjoni, f’dan il-każ, ma setgħux jiġġustifikaw id-deċiżjoni li tipprojbixxi l-konċentrazzjoni ppjanata. |
|
370 |
Fit-tieni lok, thyssenkrupp issostni li, fil-punt 956 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li kienet teżisti rata ta’ tweġiba għat-talbiet għal informazzjoni preċiżi li tippermetti li tiġi evalwata b’mod affidabbli r-rappreżentattività tas-suq ikkonċernat. B’mod partikolari, thyssenkrupp tqis li huwa irrilevanti li l-perċentwal tat-tweġibiet rċevuti mingħand il-kompetituri jkun ogħla jew inqas minn “limitu ta’ 50 %” tan-numru totali ta’ talbiet għal informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni, peress li tali limitu ma jeżistix u n-numru ta’ tweġibiet irċevuti f’dan il-każ kien manifestament baxx wisq. |
|
371 |
Barra minn hekk, thyssenkrupp tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat, fil-punt 956 tas-sentenza appellata, li l-affidabbiltà tal-affermazzjoni tal-Kummissjoni li l-limitu ta’ 50 % tat-tweġibiet inqabeż ma setgħetx tiġi kkontestata. |
|
372 |
Il-Kummissjoni tqis li l-argumenti ta’ thyssenkrupp huma inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, infondati. |
Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja
|
373 |
Fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-ħames aggravju mqajjem minn thyssenkrupp, għandu jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, dan l-aggravju intiż sabiex jikkritika lill-Qorti Ġenerali dwar, minn naħa, assenza ta’ eżami tas-seba’ motiv tar-rikors fl-ewwel istanza u, min-naħa l-oħra, l-impożizzjoni ta’ limitu li jippermetti li jitkejjel b’mod affidabbli r-rappreżentattività tas-suq ikkonċernat, iqajjem punti ta’ liġi u ma jistax jiġi miċħud bħala inammissibbli. |
|
374 |
Fir-rigward tal-fondatezza, fl-ewwel lok, tal-argument ta’ thyssenkrupp, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx fuq is-seba’ motiv tar-rikors fl-ewwel istanza peress li ma fehmitx dan tal-aħħar korrettament, għandu jiġi kkunsidrat li dan l-argument huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. |
|
375 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li mir-rikors fl-ewwel istanza jirriżulta li s-seba’ motiv invokat fl-ewwel istanza kien intitolat “Żball proċedurali li jikkonsisti fin-nuqqas ta’ neċessità għal tweġibiet għat-talbiet għal informazzjoni”. Konsegwentement, dan kien jimplika żball proċedurali possibbli tal-Kummissjoni. |
|
376 |
Mill-kontenut tal-imsemmi motiv u, b’mod partikolari, mill-punti 197 sa 199 tar-rikors fl-ewwel istanza jirriżulta wkoll li thyssenkrupp sempliċement ikkritikat il-fatt li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni kienet bagħtet lill-atturi tas-suq inkwistjoni sempliċi talbiet għal informazzjoni u għalhekk ma kinitx talbet lid-destinatarji ta’ dawn it-talbiet sabiex iwiġbuhom, minkejja li hija kellha s-setgħa li teżiġi tweġibiet għat-talbiet tagħha għal informazzjoni skont l-Artikoli 11, 14 u 15 tar-Regolament Nru 139/2004. Konsegwentement, kif jirriżulta mill-punt 198 ta’ dan ir-rikors, thyssenkrupp kienet tal-fehma li t-test tas-suq imwettaq mill-Kummissjoni permezz tat-tweġibiet li rċeviet l-imsemmija talbiet kien null minħabba żball proċedurali, b’mod partikolari għaliex din kienet sitwazzjoni li fiha “[…] nofs jew iktar mill-persuni intervistati ma [weġbux għat-talbiet għal informazzjoni tal-Kummissjoni] u [għadditilhom] lixxa mingħajr ebda miżura koerċittiva”. |
|
377 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li l-punt 947 tas-sentenza appellata jirrifletti fedelment l-argument ta’ thyssenkrupp li jinsab fil-punti 197 sa 199 tar-rikors fl-ewwel istanza. |
|
378 |
Fil-punti 950 sa 955 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument ta’ thyssenkrupp li l-Kummissjoni ma kinitx wettqet it-testijiet tagħha tas-suq b’mod xieraq fuq livell proċedurali. |
|
379 |
L-ewwel nett, wara tfakkira, fil-punt 950 tas-sentenza appellata, tal-kontenut tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 139/2004, il-Qorti Ġenerali ġustament għamlet distinzjoni bejn it-talbiet għal informazzjoni tal-Kummissjoni skont jekk dawn sarux permezz ta’ sempliċi talba jew permezz ta’ deċiżjoni. F’dan il-kuntest, fil-punti 951 u 952 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li, jekk id-destinatarji ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba fit-terminu mogħti, il-Kummissjoni tista’, biss meta t-talbiet għal informazzjoni saru permezz ta’ deċiżjoni, timponi multa skont l-Artikolu 14(1)(ċ) tar-Regolament Nru 139/2004 jew pagamenti ta’ penalità abbażi tal-Artikolu 15(1)(a) ta’ dan tal-aħħar. |
|
380 |
Sussegwentement, fil-punti 953 sa 955 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni indikat li hija kienet bagħtet sempliċi talbiet għal informazzjoni u li hija kienet bagħtet sistematikament tfakkiriet lid-destinatarji li ma wiġbux fit-terminu mogħti, ħaġa li thyssenkrupp ma kkontestatx. Fir-rigward tal-kritika ta’ din il-kumpannija li tgħid li l-Kummissjoni kellha tadotta deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 139/2004, u sussegwentement eventwalment tibda l-proċeduri għall-impożizzjoni ta’ multi jew ta’ pagamenti ta’ penalità għal kull każ ta’ nuqqas ta’ tweġiba minn attur tas-suq, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li tali talbiet għal informazzjoni kienu inkompatibbli mar-rekwiżit ta’ ħeffa li jikkaratterizza l-istruttura ġenerali tar-Regolament Nru 139/2004 u li jimponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li tosserva t-termini stretti għall-adozzjoni tad-deċiżjoni finali. Għaldaqstant, fid-dawl tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa li għandha l-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 14 u 15 tar-Regolament Nru 139/2004, hija ma tistax tiġi kkritikata talli, minbarra t-tfakkiriet mibgħuta lid-destinatarji li ma wiġbux fit-terminu mogħti, ma eżiġietx mingħand kulħadd jew, tal-inqas, mingħand numru suffiċjenti minnhom li tinkiseb tweġiba għat-talbiet tagħha għal informazzjoni skont l-imsemmija artikoli. |
|
381 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument ta’ thyssenkrupp, li jinsab fil-punt 198 tar-rikors fl-ewwel istanza, li jgħid li “[j]ekk sa nofs jew iktar mill-persuni intervistati ma jweġbux u tgħaddilhom lixxa mingħajr ebda miżura koerċittiva, ir-riżultat tal-konsultazzjoni tal-atturi tas-suq huwa diġà vvizzjat b’nullità mill-perspettiva tal-proċess”, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 956 tas-sentenza appellata, li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni kienet iddikjarat li r-rata medja ta’ tweġiba għall-kwestjonarji rilevanti mibgħuta lill-atturi tas-swieq rilevanti kienet ogħla minn 50 % u li din ir-rata ma setgħetx titqies li ma kinitx rappreżentattiva biżżejjed. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li thyssenkrupp ma kienx irnexxielha turi l-kuntrarju. |
|
382 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali la tista’ tiġi kkritikata talli ma fehmitx korrettament is-seba’ motiv tar-rikors fl-ewwel istanza u lanqas li ma tatx deċiżjoni dwar dan tal-aħħar. |
|
383 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argument ta’ thyssenkrupp ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat, fil-punt 956 tas-sentenza appellata, li kienet teżisti rata ta’ tweġiba għat-talbiet għal informazzjoni preċiżi li tippermetti li tiġi evalwata b’mod affidabbli r-rappreżentattività tas-suq ikkonċernat, għandu jiġi rrilevat li dan l-argument huwa bbażat ukoll fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. |
|
384 |
Huwa minnu li l-Qorti Ġenerali għamlet riferiment għal “limitu ta’ 50 %” meta kkonstatat li, f’dan il-każ, ir-rata medja ta’ tweġiba għall-kwestjonarji kienet teċċedi din il-perċentwali. |
|
385 |
Madankollu, il-Qorti Ġenerali rreferiet għall-imsemmi livell sabiex tagħti tweġiba għall-argument preċiż ta’ thyssenkrupp li l-Kummissjoni ma kellhiex tieħu inkunsiderazzjoni t-tweġibiet għat-talbiet għal informazzjoni li hija kienet irċeviet matul il-proċedura amministrattiva, peress li 50 %, jew saħansitra iktar, tal-impriżi kkonsultati ma kinux wieġbu għal dawn it-talbiet. |
|
386 |
Fil-fatt, mill-punt 197 tar-rikors fl-ewwel istanza u mill-punt 65 tar-risposta ta’ thyssenkrupp fl-ewwel istanza jirriżulta b’mod partikolari li kienet ir-rikorrenti, jiġifieri din il-kumpannija, li kienet invokat din il-perċentwali quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
387 |
Dan il-fatt huwa kkonfermat fil-punt 947 tas-sentenza appellata li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ġabret fil-qosor l-argumenti prinċipali ta’ thyssenkrupp. Minn dan il-punt jirriżulta li din il-kumpannija kkunsidrat li, “fl-assenza ta’ pressjoni eżerċitata mill-Kummissjoni […] sabiex jinkisbu t-tweġibiet neqsin tal-atturi kkonsultati u fid-dawl tar-rata medja ta’ tweġiba ta’ inqas minn 50 %, kif jirriżulta mill-proċess, l-ebda konklużjoni ma [setgħet] tinsilet, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, mit-tweġibiet irċevuti fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-maġġoranza tal-klijenti jew tal-kompetituri [kinux] jikkondividu ċerta perspettiva jew le”. |
|
388 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkunsidrat li, fil-punt 956 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali għamlet riferiment għal din il-perċentwali biss sabiex tagħti tweġiba għall-argument ta’ thyssenkrupp. |
|
389 |
Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata talli ddeduċiet regola li, sabiex tweġibiet għal sempliċi talbiet għal informazzjoni indirizzati lill-atturi tas-suq inkwistjoni jkunu jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-analiżi ta’ dik l-istituzzjoni ta’ konċentrazzjoni, huwa neċessarju li, tal-inqas, 50 % tad-destinatarji ta’ dawn it-talbiet ikunu wieġbu. |
|
390 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument ta’ thyssenkrupp li l-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod żbaljat, fil-punt 956 tas-sentenza appellata, li l-affidabbiltà tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-limitu ta’ 50 % tat-tweġibiet kien inqabeż f’dan il-każ ma setgħetx tiġi kkontestata, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, għalkemm thyssenkrupp tikkontesta din l-allegata konstatazzjoni, din il-kumpannija madankollu ma tikkontestax li r-rata medja ta’ tweġiba għall-kwestjonarji rilevanti mibgħuta lill-atturi tas-swieq li għalihom il-Kummissjoni kienet ikkonstatat tfixkil sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva, jiġifieri s-swieq tal-Auto HDG u tal-azzar intiż għall-imballaġġ (TP, ECCS u azzar illaminat), kienet effettivament ogħla mil-limitu ta’ 50 %, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punt 956 tas-sentenza appellata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argument ta’ thyssenkrupp dwar din l-allegata konstatazzjoni huwa ineffettiv. |
|
391 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-ħames aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat. |
|
392 |
Peress li l-ebda wieħed mill-aggravji mqajma minn thyssenkrupp insostenn tal-appell tagħha ma ntlaqa’, hemm lok li dan tal-aħħar jiġi miċħud kollu kemm hu. |
Fuq l‑ispejjeż
|
393 |
Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tal-imsemmija Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. |
|
394 |
F’dan il-każ, peress li l-appellanti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż relatati ma’ dan l-appell, kif mitlub mill-Kummissjoni. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.