SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
5 ta’ Marzu 2009 ( *1 )
“Talba għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 12 KE — Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza — Artikoli 39 KE, 43 KE, 49 KE u 56 KE — Libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat KE — Artikolu 87 KE — Għajnuna mill-Istat — Direttiva 89/552/KEE — Twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni — Obbligu fuq l-operaturi tat-televiżjoni, li jirriżervaw parti mid-dħul tal-operat tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej, b’60% mill-imsemmi ffinanzjar ikun iddedikat għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali tar-Renju ta’ Spanja u li huma fil-parti l-kbira tagħhom prodotti mill-industrija ċinematografika Spanjola”
Fil-Kawża C-222/07
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-18 ta’ April 2007, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-, fil-kawża
Unión de Televisiones Comerciales Asociadas (UTECA)
vs
Administración General del Estado,
fil-preżenza ta’:
Federación de Asociaciones de Productores Audiovisuales
Radiotelevisión Española (RTVE),
Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (Egeda),
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn C. W. A. Timmermans (Relatur), President tal-Awla, J.-C. Bonichot, J. Makarczyk, P. Kūris u L. Bay Larsen, Imħallfin
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-3 ta’ Lulju 2008,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għall-Unión de Televisiones Comerciales Asociadas (UTECA), minn S. Muñoz Machado, abogado, u M. Cornejo Barranco, procuradora, |
|
— |
għall-Federación de Asociaciones de Productores Audiovisuales, minn A. Albaladejo u E. Klimt, abogados, kif ukoll minn A. Blanco Fernández, procurador, |
|
— |
għall-Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (Egeda), minn J. Suárez Lozano u M. Benzal Medina, abogados, |
|
— |
għall-Gvern Spanjol, minn N. Díaz Abad, bħala aġent, |
|
— |
għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet, bħala aġent, assistita minn A. Berenboom u A. Joachimowicz, avukati, |
|
— |
għall-Gvern Elleniku, minn E.-M. Mamouna u O. Patsopoulou, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u A.-L. During, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Taljan, minn I. M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn F. Arena, avvocato dello Stato, |
|
— |
għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent, |
|
— |
għall-Gvern Pollakk, minn P. T. Kozek, bħala aġent, |
|
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn E. Montaguti, kif ukoll minn R. Vidal Puig u T. Scharf, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, minn B. Alterskjær u L. Young, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-4 ta’ Settembru 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 12 KE u 87 KE, kif ukoll l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224), kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 321, iktar ’il quddiem id-“Direttiva”). |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ rikors magħmul mill-Unión de Televisiones Comerciales Asociadas (iktar ’il quddiem l-“UTECA”) kontra digriet irjali li jobbliga lill-operaturi tat-televiżjoni sabiex jirriżervaw 5% mid-dħul tal-operat annwali preċedenti tagħhom għall-iffinanzjar tal-produzzjoni ta’ films ċinematografiċi twal u qosra kif ukoll ta’ films tat-televiżjoni Ewropej u, min-naħa l-oħra, li jirriżervaw 60% minn dan l-iffinanzjar għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ Renju ta’ Spanja. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
|
3 |
Is-sitta u għoxrin premessa tad-Direttiva 89/552 tipprovdi: “[…] sabiex ikun hemm lok għal politika attiva favur lingwa speċifika, l-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu regoli aktar dettaljati jew aktar stretti partikolarment skont il-bażi tal-kriterji tal-lingwa, sakemm dawn ir-regoli jkunu konformi mal-liġi tal-Komunità, u b’mod partikolari ma jkunux applikabbli għat-trasmissjoni mill-ġdid ta’ xandiriet li joriġinaw fi Stati Membri oħrajn”. |
|
4 |
Skont is-seba’ premessa tad-Direttiva 97/36: “[…] kull qafas leġislattiv dwar servizzi awdjoviżivi ġodda jrid ikun kompatibbli ma l-objettiv ewlieni ta’ din id-Direttiva li huwa li jinħoloq qafas legali għall-moviment liberu ta servizzi ”. |
|
5 |
L-erbgħa u erbgħin premessa tad-Direttiva 97/36 tiddisponi: “[…] l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li japplikaw għax-xandara taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom regoli aktar iddettaljati jew aktar stretta fl-oqsma koordinati minn din id-Direttiva, inklużi, inter alia, regoli dwar il-kisba ta’ għanijiet ta’ politika dwar il-lingwa […]”. |
|
6 |
Il-ħamsa u erbgħin premessa tad-Direttiva 97/36 tistabbilixxi: “[…] l-għan li tingħata għajnuna lill-produzzjoni awdjoviżivi fl-Ewropa jista jiġi segwit fl-Istati Membri fil-qafas ta’ l-organizzazzjoni tas-servizzi tax-xandir tagħhom, inter alia, permezz tad-definizzjoni ta’ missjoni ta’ interess pubbliku għal ċerti organizzazzjonijiet tax-xandir, inkluża l-obbligazzjoni li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-investiment fil-produzzjoni Ewropea”. |
|
7 |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jeħtieġu lix-xandara tat-televiżjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom sabiex iħarsu regoli aktar dettaljati jew aktar stretti fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.” |
|
8 |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva jiddisponi: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw meta prattikabbli u b’mezzi approprjati, li x-xandara jirriservaw għal xogħlijiet Ewropej, fis-sens ta’ l-Artikolu 6, proporzjon ta’ maġġoranza tal-ħin ta’ trasmissjoni tagħhom, eskluż il-ħin appuntat għal aħbarijiet, avvenimenti sportivi, logħob, reklamar u servizzi tat-teletext u t-teleshopping. Dan il-proporzjon, waqt li jikkunsidra r-responsabbiltajiet tax-xandar dwar informazzjoni, edukazzjoni, kultura u divertiment lejn il-pubbliku li jsegwih, għandu jinkiseb progressivament, skond il-bażi ta’ kriterji xierqa.” |
|
9 |
Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw, meta prattikabbli u b’mezzi approprjati, li x-xandara jirriservaw mill-inqas 10% tal-ħin tat-trasmissjoni tagħhom eskluż il-ħin appuntat għal aħbarijiet, avvenimenti sportivi, logħob, reklamar u servizzi tat-teletext u teleshopping, jew alternattivament, għad-diskrezzjoni ta’ l-Istat Membru, mill-inqas 10% tal-budget ta’ l-ipprogrammar tagħhom, għal xogħlijiet Ewropej maħluqa minn produtturi li huma indipendenti minn xandara. Dan il-proporzjon, waqt li jikkunsidra r-responsabbiltajiet tax-xandara dwar informazzjoni, edukazzjoni, kultura u divertiment lejn il-pubbliku li jsegwih, għandu jintlaħaq progressivament, skond il-bażi ta’ kriterji xierqa; għandu jintlaħaq billi jiġi assenjat proporzjon adegwat għal xogħlijiet riċenti, jiġifieri xogħlijiet trasmessi fi żmien ħames snin mill-produzzjoni tagħhom.” |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
|
10 |
Id-Digriet Irjali 1652/2004, li approva r-regolament dwar l-investiment obbligatorju għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi twal u qosra u films tat-televiżjoni, Ewropej u Spanjoli (Real decreto 1652/2004 por el que se aprueba el Reglamento que regula la inversión obligatoria para la financiación anticipada de largometrajes y cortometrajes cinematográficos y películas para televisión, europeos y españoles), tad-9 ta’ Lulju 2004 (BOE Nru 174, tal-, p. 26264), jimplementa parzjalment il-leġiżlazzjoni Spanjoli fl-oqsma tat-televiżjoni u taċ-ċinematografija. Din il-leġiżlazzjoni hija kkostitwita mil-Liġi 25/1994, li tinkludi fis-sistema legali Spanjola d-Direttiva 89/552/KEE, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (Ley 25/1994 por la que se incorpora al ordenamiento jurídico español la Directiva 89/552/CEE del Consejo, sobre la coordinación de disposiciones legales, reglamentarias y administrativas de los Estados miembros relativas al ejercicio de la actividad de radiodifusión televisiva), tat-12 ta Lulju 1994 (BOE Nru 166, tat-, p. 22342), kif emendata bil-Liġi 22/1999, tas- (BOE Nru 136, tat-), u wara bit-tieni dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 15/2001, li tiffavorixxi u tippromwovi ċ-ċinematografija u s-settur awdjoviżiv (Ley 15/2001 de fomento y promoción de la cinematografía y el sector audiovisual), tad- (BOE Nru 164, tal-, p. 24904). |
|
11 |
Skont l-Artikolu 5(1) tal-Liġi 25/1994, kif emendata bil-Liġi 22/1999: “1. L-operaturi tat-televiżjoni għandhom jirriżervaw 51% tal-ħin tat-trasmissjoni annwali tagħhom għax-xandir ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej. Sabiex jissodisfaw dan l-obbligu, għandhom jirriżervaw, kull sena, 5% tal-ammont totali tad-dħul tal-operat irċevut fis-sena tan-negozju preċedenti, skont il-kont tal-operat tagħhom, għall-iffinanzjar tal-produzzjoni ta’ films ċinematografiċi twal u qosra u ta’ films tat-televiżjoni Ewropej.” |
|
12 |
Permezz tal-emenda bit-tieni dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 15/2001, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1), ġie mibdul mid-dispożizzjonijiet li ġejjin: “L-operaturi tat-televiżjoni li għandhom ir-responsabbiltà editorjali ta’ stazzjonijiet televiżivi li l-programmi tagħhom jinvolvu films twal ċinematografiċi prodotti reċentament, jiġifieri li ma jkunux eqdem minn seba’ snin mid-data tal-produzzjoni tagħhom, kull sena għandhom jirriżervaw ta’ mill-inqas, 5% tal-ammont totali tad-dħul irċevut fis-sena tan-negozju preċedenti, skont il-kont tal-operat tagħhom, għall-iffinanzjar antiċipat tal-produzzjoni ta’ films ċinematografiċi twal u qosra u ta’ films tat-televiżjoni Ewropej, inkluż dawk li jaqgħu taħt il-każijiet ikkontemplati fl-Artikolu 5(1) tal-Liġi li tiffavorixxi u tippromwovi ċ-ċinematografija u s-settur awdjoviżiv. 60% ta’ dan l-iffinanzjar huwa destinat għall-produzzjonijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ Spanja. Għal dan il-għan, b’films tat-televiżjoni wieħed għandu jifhem ix-xogħlijiet awdjoviżivi li l-karatteristiċi tagħhom huma simili għal dawk ta’ films twal ċinematografiċi, jiġifieri ix-xogħlijiet li jdumu iktar minn sittin minuta bi tmiem finali, li l-karatteristika tagħhom hija li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom ma tinkludix li dawn jiġu murija fis-swali taċ-ċinema; u bid-dħul mill-kummerċjalizzazzjoni, wieħed għandu jifhem dak id-dħul provenjenti mill-programmi u mill-użu tal-istazzjon jew stazzjonijiet televiżivi li jagħtu lok għall-obbligu inkwistjoni, kif rifless fil-kontijiet tal-operat tagħhom li jkunu suġġetti għall-verifika. Il-gvern, wara konsultazzjoni mas-setturi kollha interessati, jista’ b’liġi jistabbilixxi d-dewmien rikjest biex xogħol adwjoviżiv jiġi kkunsidrat bħala film tat-televiżjoni”. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
13 |
L-UTECA ppreżentat rikors kontra d-Digriet Irjali 1652/2004 quddiem it-Tribunal Supremo. Fir-rikors tagħha, hija titlob li kemm id-digriet irjali kif ukoll id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li fuqhom huwa bbażat ikunu ddikjarati inapplikabbli, billi l-obbligi ta’ investiment imposti minn dawn jiksru mhux biss ċerti dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Spanjola iżda wkoll ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju. |
|
14 |
Il-pretensjonijiet tal-UTECA huma kkontestati mill-Administración General del Estado (amministrazzjoni ġenerali tal-Istat Spanjol) kif ukoll mill-Federación de Asociaciones de Productores Audiovisuales Españoles (federazzjoni tal-assoċjazzjonijiet tal-produtturi awdjoviżivi Spanjoli) u mill-Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (organizzazzjoni għall-ġestjoni tad-drittijiet tal-produtturi awdjoviżivi), li intervjenew sabiex jiddefendu l-validità tad-dispożizzjonijiet ikkontestati. |
|
15 |
Billi t-Tribunal Supremo, kellu dubji, minn naħa, fir-rigward tal-marġini ta’ diskrezzjoni li minnu jiddisponu l-Istati Membri sabiex jimponu normi iktar stretti fl-oqsma kkoordinati mid-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 3(1) ta’ dan, kif ukoll, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kompatibbiltà mal-Artikoli 12 KE u 87 KE tal-obbligu li jirriżervaw 60% tal-finazjament obbligatorju għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali tar-Renju ta’ Spanja, iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq l-ewwel u t-tieni domanda
|
16 |
Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda preliminari, li għandhom jiġu kkunsidrati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3 tagħha kif ukoll l-Artikolu 12 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-operaturi tat-televiżjoni jirriżervaw 5% mid-dħul tal-operat tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej kif ukoll, b’mod iktar speċifiku, 60% minn dan il-5% għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru. |
|
17 |
L-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li, d-Direttiva ma fiha l-ebda dispożizzjoni li tirregola l-kwistjoni sa fejn Stat Membru jista’ jobbliga lill-operaturi tat-televiżjoni li jirriżervaw parti mid-dħul tal-operat tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej jew fejn il-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru. B’mod partikolari, l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva ma jirrigwardawx din iċ-ċifra. |
|
18 |
Insegwitu, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà, f’dak li jirrigwarda x-xandara taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, li jipprovdu regoli iktar dettaljati jew iktar stretti fl-oqsma koperti minn din. Madankollu, tali kompetenza għandha tiġi eżerċitata filwaqt li jiġu rrispettati l-libertajiet fundamentali ggarantiti permezz tat-Trattat KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-28 ta’ Ottubru 1999, ARD, C-6/98, Ġabra p. I-7599, punt 49, u tas-, Corporación Dermoestética, C-500/06, Ġabra, p. I-5785, punt 31). |
|
19 |
Fl-aħħar nett, għandu jiġi mfakkar li d-Direttiva ma tipproċedix għal armonizzazzjoni sħiħa tar-regoli dwar l-oqsma li tkopri, iżda hija tistabbilixxi ħtiġijiet minimi għall-programmi li ġejjin mill-Komunità li huma intiżi sabiex jiġu mxandra fi ħdan din (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-9 ta’ Frar 1995, Leclerc-Siplec, C-412/93, Ġabra p. I-179, punti 29 u 44, u tad-, De Agostini u TV-Shop, C-34/95 sa C-36/95, Ġabra p. I-3843, punt 3). |
|
20 |
Minn dan jirriżulta, li indipendentement mill-kwistjoni jekk miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, taqax taħt l-oqsma koperti mid-Direttiva, l-Istati Membri jibqgħu, fil-prinċipju, kompetenti sabiex jadottaw miżura bħal din, bil-kundizzjoni li jirrispettaw il-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat. |
|
21 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi eżaminat jekk din il-miżura tirrispetta dawn il-libertajiet fundamentali. |
|
22 |
Fir-rigward ta’ miżura meħuda minn Stat Membry, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tobbliga lill-operaturi tat-televiżjoni li jirriżervaw 5% mid-dħul tal-operat tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej, l-inkartament ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja ma fih l-ebda element li skont dan tali miżura tikkostitwixxi, fil-prattika, restrizzjoni għal waħda mil-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat. |
|
23 |
Barra minn dan, għandu jiġi enfasizzat i jirriżulta mill-qari flimkien tas-seba’ u tal-ħamsa u erbgħin premessa tad-Direttiva 97/36 li l-għan priniċpali ta’ din tal-aħħar huwa li toħloq kuntest ġuridiku għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, billi fl-istess ħin issemma, b’mod partikolari, l-għan ta’ “għajnuna lill-produzzjoni awdjoviżivi fl-Ewropa”, b’dan tal-aħħar li jista’ jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ “l-obbligazzjoni li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-investiment fil-produzzjoni Ewropea”. |
|
24 |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ miżura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn tirrigwarda l-obbligu li jiġu rriżervati għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat 60% mill-5% tad-dħul tal-operat irriżervat għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej, tali miżura tikkostitwixxi, hekk kif qieset l-Avukat Ġenerali fil-punti 78 sa 87 tal-konklużjonijiet tagħha, restrizzjoni għal numru ta’ libertajiet fundamentali, jiġifieri l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-libertà ta’ stabbiliment, il-moviment liberu tal-kapital u l-moviment liberu tal-ħaddiema. |
|
25 |
Madankollu, restrizzjoni bħal din għal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat tista’ tiġi ġġustifikata meta din tkun ġustifikabbli permezz ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, sa fejn din tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minnha u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tinkiseb (sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2007, United Pan-Europe Communications Belgium et, C-250/06, Ġabra p. I-11135, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
26 |
Skont il-Gvern Spanjol, il-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija bbażata fuq raġunijiet kulturali ta’ difiża tal-multilingwiżmu Spanjol. |
|
27 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet bħala li jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, l-għan imfittex minn Stat Membru, li tiġi difiża u promossa waħda jew iktar mil-lingwi uffiċjali tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-28 ta’ Novembru 1989, Groener, C-379/87, Ġabra p. 3967, punt 19, kif ukoll United Pan-Europe Communications Belgium et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43). |
|
28 |
Hekk kif qieset l-Avukat Ġenerali fil-punt 91 tal-konklużjonijiet tagħha, għan bħal dan ġie wkoll rikonoxxut bħala leġittimu mil-leġiżlatur Komunitarju, kif indikat mis-sitta u għoxrin premessa tad-Direttiva 89/552 u mill-erbgħa u erbgħin premessa tad-Direttiva 97/36. |
|
29 |
Miżura bħal din meħuda minn Stat Membru, bħal dak fil-kawża prinċipali, sa fejn tistabbilixxi obbligu ta’ investiment f’films ċinematografiċi u tat-televiżjoni li l-lingwa oriġinali tagħhom tkun waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru tidher li hija adegwata sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta’ għan bħal dan. |
|
30 |
Barra minn dan, ma jidhirx li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, tali miżura tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan. |
|
31 |
Fil-fatt, billi jobbliga lill-operaturi tat-televiżjoni li jirriżervaw għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru madwar 60% minn dan il-5% tad-dħul tal-operat irriżervat għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej, miżura meħuda minn Stat Membri, bħal dik fil-kawża prinċipali, fl-aħħar mill-aħħar, tirrigwarda biss 3% mid-dħul tal-operat ta’ dawn l-operaturi. L-inkartament ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja ma fih l-ebda element li jippermetti li jiġi konkluż li perċentwali bħal din hija sproporzjonata mal-għan li titfittex it-twettiq tagħha. |
|
32 |
Barra minn dan, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lanqas ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex minħabba s-sempliċi fatt li din ma tipprovdix kriterji li jippermettu li x-xogħlijiet iikkonċernati jiġu kklassifikati bħala “prodotti kulturali”. |
|
33 |
Fil-fatt, peress li l-lingwa u l-kultura huma intrinsikament marbuta, kif tfakkar, b’mod partikolari, il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, adotta mill-Konferenza Ġenerali tal-Unesco fl-20 ta’ Ottubru 2005 f’Pariġi u approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/515/KE tat- (ĠU L 76M, p. 103), li tistabbilixxi fl-erbatax-il premessa tal-preambolu tagħha li “d-diversità lingwistika hija element fundamentali tad-diversità kulturali”, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-għan, imfittex minn Stat Membru, li jikkonsisti fid-difiża u l-promozzjoni ta’ waħda jew iktar mil-lingwi uffiċjali tiegħu, bilfors irid ikun neċessarjament marbut ma’ kriterji kulturali oħrajn sabiex ikun jista’ jiġġustifika restrizzjoni għal waħda mil-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat. Wara kollox, il-Kummissjoni ma setgħetx tippreċiża b’mod konkret, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, liema kellhom ikunu dawn il-kriterji. |
|
34 |
Miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan imfittex, minħabba fil-fatt li l-benefiċjarji tal-finanzjament ikkonċernat huma fil-parti l-kbira impriżi produtturi taċ-ċinema stabbiliti f’dan l-Istat Membru. |
|
35 |
Fil-fatt, hekk kif tqis l-Avukat Ġenerali fil-punt 110 tal-konklużjonijiet tagħha, il-kriterju li jsir użu minnu minn permezz ta’ miżura bħal din huwa kriterju lingwistiku. |
|
36 |
Il-fatt li kriterju bħal dan jista’ jikkostitwixxi vantaġġ għal impriżi produtturi taċ-ċinema li jaħdmu bil-lingwa msemmija minn dan il-kriterju u li, għalhekk, jistgħu, fil-prattika, ikunu fil-parti l-kbira joriġinaw mill-Istat Membru fejn din il-lingwa tikkostitwixxi lingwa uffiċjali, jidher li huwa inerenti għall-għan imfittex. Tali sitwazzjoni ma tistax tikkostitwixxi, minnha nfisha, il-prova tan-natura sproporzjonata tal-miżura tal-miżura msemmija, għaliex altrimenti jitneħħa s-sens tar-rikonoxximent, bħala raġuni imperattiva ta’ interess pubbliku, tal-għan imfittex minn Stat Membru, jiġifieri li jiddefendi u li jippromwovi waħda jew iktar mil-lingwi uffiċjali tiegħu. |
|
37 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-Artikolu 12 KE, li l-qorti tar-rinviju titlob ukoll l-interpretazzjoni tiegħu u li jistabbilixxi l-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba fin-nazzjonalità, għandu jiġi mfakkar li din id-dispożizzjoni hija intiża li tiġi applikata b’mod awtonomu biss f’sitwazzjonijiet irregolati mid-dritt Komunitarju li għalihom it-Trattat ma jipprevedix regola speċifika ta’ nondiskriminazzjoni (sentenza tal-11 ta’ Jannar 2007, Lyyski, C-40/05, Ġabra p. I-99, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
38 |
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ġie implementat, fl-oqsma tal-moviment liberu tal-ħaddiema, tad-dritt ta’ stabbiliment, tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-moviment liberu tal-kapital mill-Artikoli 39(2) KE, 43 KE, 49 KE u 56 KE rispettivament (ara, fir-rigward tal-Artikolu 39(2) KE, is-sentenza Lyyski, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 49 KE, is-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2003, AMOK, C-289/02, Ġabra p. I-15059, punt 26, u fir-rigward tal-Artikoli 43 KE u 56 KE, is-sentenza tal-, Cassa di Risparmio di Firenze et, C-222/04, Ġabra p. I-289, punt 99). |
|
39 |
Billi minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tidhirx li tmur kontra dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, hija lanqas ma tista’ tiġi kkunsidrata bħala li tikser l-Artikolu 12 KE. |
|
40 |
Konsegwentement, jeħtieġ li tingħata bħala risposta għall-ewwel u t-tieni domanda preliminari li d-Direttiva u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3 tagħha kif ukoll l-Artikolu 12 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-operaturi tat-televiżjoni jirriżervaw 5% mid-dħul tal-operat tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej kif ukoll, b’mod iktar speċifiku, 60% minn dan il-5% għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru. |
Fuq it-tielet domanda preliminari
|
41 |
Permezz tat-tielet domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 87 KE għandu jiġu interpretat fis-sens li jipprekludi miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-operaturi tat-televiżjoni jirriżervaw 5% mid-dħul tal-operat tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej kif ukoll, b’mod iktar speċifiku, 60% minn dan il-5% għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru, billi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur l-industrija ċinematografika ta’ dan l-Istat Membru. |
|
42 |
Għandu jiġi mfakkar, li skont ġurisprudenza stabbilita, il-kwalifika ta’ għajnuna mogħtija mill-Istat titlob li l-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 87 KE jkunu sodisfatti, jiġifieri li, l-ewwel nett, għandu jkun intervent tal-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, it-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun kapaċi jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, it-tielet nett, dan għandu jagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tiegħu u, ir-raba’ nett, irid iwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, Ġabra p. I-7747, punti 74 u 75 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
43 |
B’mod partikolari, jirriżulta mill-ġurisprundenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-vantaġġi mogħtija direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat biss huma kkunsidrati bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE. Fil-fatt, id-distinzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni bejn “l-għajnuna mogħtija mill-Istati” u l-għajnuna mogħtija “permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat” ma tfissirx li l-vantaġġi kollha kkonsentiti minn Stat jikkostitwixxu għajnuna, indipendentament minn jekk humiex jew le ffinanzjati permezz ta’ riżorsi li ġejjin mill-Istat, imma hija intiża biss li tinkludi f’dan il-kunċett il-vantaġġi mogħtija direttament mill-Istat, kif ukoll dawk mogħtija permezz ta’ korp pubbliku jew privat, innominat jew stabbilit minn dan l-Istat (sentenza tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra, C-379/98, Ġabra p. I-2099, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
44 |
Ma jidhirx li l-vantaġġ mogħti minn miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lill-industrija ċinematografika ta’ dan l-istess Stat Membru, tikkostitwixxi vantaġġ li huwa mogħti direttament mill-Istat jew permezz ta’ korp pubbliku jew privat, innominat jew stabbilit minn dan l-Istat |
|
45 |
Fil-fatt, vantaġġ bħal dan jirriżulta minn liġi li tobbliga lill-operaturi tat-televiżjoni, kemm jekk dawn huma pubbliċi jew privati, li jirriżervaw parti mid-dħul tal-operat tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni. |
|
46 |
Barra minn dan, billi hija miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tapplika għal operaturi tat-televiżjoni pubbliċi, ma jidhirx li l-vantaġġ ikkonċernat jiddependi mill-kontroll imwettaq mill-entitajiet pubbliċi fuq tali operaturi jew mid-direttivi mogħtija minn dawn l-istess entititajiet lil tali operaturi (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-2 ta’ Frar 1988, Kwekerij van der Kooy et vs Il-Kummissjoni, 67/85, 68/85 u 70/85, Ġabra p. 219, punt 37). |
|
47 |
Konsegwentement, jeħtieġ li tingħata bħala risposta għat-tielet domanda preliminari li l-Artikolu 87 KE għandu jiġu interpretat fis-sens li miżura meħuda minn Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-operaturi tat-televiżjoni jirriżervaw 5% mid-dħul tal-operat tagħhom għall-iffinanzjar antiċipat ta’ films ċinematografiċi u tat-televiżjoni Ewropej kif ukoll, b’mod iktar speċifiku, 60% minn dan il-5% għal xogħlijiet li l-lingwa oriġinali tagħhom hija waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat favur l-industrija ċinematografika ta’ dan l-Istat Membru. |
Fuq l-ispejjeż
|
48 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla), taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.