02011R0343 — MT — 01.02.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 343/2011

tat-8 ta’ April 2011

li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tat-tariffi Komunitarji għall-inbejjed li joriġinaw mill-Bosnja u Ħerzegovina

(ĠU L 096 9.4.2011, p. 12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/822 tal-15 ta' Mejju 2017

  L 123

1

16.5.2017




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 343/2011

tat-8 ta’ April 2011

li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tat-tariffi Komunitarji għall-inbejjed li joriġinaw mill-Bosnja u Ħerzegovina



Artikolu 1

1.  Kwota tat-tariffa fuq l-importazzjoni b'rata ta’ dazju żero hija għalhekk miftuħa għall-inbejjed importati fl-Unjoni u li joriġinaw mill-Bosnja u Ħerzegovina kif imniżżel fl-Anness.

2.  Id-dazju b'rata zero jiġi applikat suġġett għal dawn il-kondizzjonijiet:

(a) l-inbejjed importati jrid ikollhom magħhom prova tal-oriġini kif stipulat fil-Protokoll 2 għall-Ftehim Interim u għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni;

(b) l-inbejjed importati ma jibbenefikawx minn sussidji ta’ esportazzjoni.

Artikolu 2

Il-kwoti tat-tariffi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw flimkien mill-qrib sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

Il-kwoti tariffarji għall-inbejjed li joriġinaw mill-Bożnija-Ħerzegovina importati fl-Unjoni



Numru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM (1)

Estensjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni

Volum tal-kwota annwali (f'hl) (2)

Dazju tal-kwota tariffarja (3)

09.1528

2204 10 93

 

Inbid effervexxenti ta' kwalità; inbid ieħor ta' għeneb frisk, f'kontenituri li jesgħu żewġ litri jew inqas'

25 500

Eżenzjoni

2204 10 94

 

2204 10 96

 

2204 10 98

 

2204 21 06

 

2204 21 07

 

2204 21 08

 

2204 21 09

 

ex 2204 21 93

19, 29, 31, 41 u 51.

ex 2204 21 94

19, 29, 31, 41 u 51.

2204 21 95

 

ex 2204 21 96

11, 21, 31, 41 u 51.

2204 21 97

 

ex 2204 21 98

11, 21, 31, 41 u 51.

09.1529

2204 22 10

 

“Inbid ieħor ta' għeneb frisk, f'kontenituri li jesgħu iktar minn żewġ litri iżda mhux iktar minn 10 litri”

15 100

Eżenzjoni

2204 22 93

11, 21, 31, 41 u 51.

ex 2204 22 94

 

2204 22 95

11, 21, 31, 41 u 51.

ex 2204 22 96

 

2204 22 97

11, 21, 31, 41 u 51.

2204 22 98

 

2204 29 10

 

2204 29 93

 

ex 2204 29 94

11, 21, 31, 41 u 51

2204 29 95

 

ex 2204 29 96

11, 21, 31, 41 u 51

2204 29 97

 

ex 2204 29 98

11, 21, 31, 41 u 51

(1)   Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta'dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti flimkien.

(2)   Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet sabiex jiġu adattati l-kwoti permezz tat-trasferiment ta' kwantitajiet mill-kwota li tapplika għall-pożizzjonijiet ex 2204 22 u ex 2204 29 (numru tal-ordni 09.1529) tal-kwota li tapplika għall-pożizzjonijiet ex 2204 10 u ex 2204 21 (numru tal-ordni 09.1528). Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll.

(3)   Iċ-ċertifikat VI1 stabbilit skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta' programmi ta' appoġġ, kummerċ ma' pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1), għandu jsemmi l-konformità ma' dan ir-rekwiżit kif ġej: “Il-prodotti elenkati f'dan iċ-ċertifikat ma jibbenefikawx mis-sussidji ta' esportazzjoni.”