European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2432

23.4.2026

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484 u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja

(C/2026/2432)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni ta' Andrey Vladimirovich FEDOROV (Nru. 3), Sergey Vladimirovich BLINOV (Nru. 12), Denis Gennadievich POPOV (Nru. 36), Ekaterina Feliksovna TIAMINA (Nru. 43), persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1484 (1) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja.

Il-Kunsill qed jipprevedi li jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati.

Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet previsti għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it- 30 ta' April 2026 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1 Horizontal and Global Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L, 2024/1484, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1484/oj.

(2)   ĠU L, 2024/1485, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1485/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2432/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)