31996E0184



Official Journal L 058 , 07/03/1996 P. 0001 - 0002


Pożizzjoni komuni

tas-26 ta’ Frar 1996

deċiża mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fejn jirrigwarda l-esportazzjoni ta’ l-armi lil Dik li Qabel Kienet il-Jugożlavja

(96/184/CFSP)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu J.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 1021 adottata fit-22 ta’ Novembru 1995 mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,

Billi l-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri ddeċidew fil-5 ta’ Lulju 1991 li jimponu embargo fuq l-armamenti u tagħmir militari applikabbli għall-Jugoslavja kollha,

IDDEĊIEDA L-POŻIZZJONI KOMUNI li ġejja:

1. Bil-għan li jiġu stabbiliti l-paċi u l-istabbilità għall-poplu tar-regjun ta’ l-Dik li Qabel Kienet il-Jugoslavja, u partikolarment waqt li jieħdu in konsiderazzjoni s-sigurtà tat-truppi internazzjonali u l-personal li qegħdin fil-Bożnja u l-Erzegovina u fil-Kroazja waqt l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ paċi, l-Unjoni Ewropea temmen li trażżin min-naħa tal-pajjiżi esportaturi ser ikun meħtieġ anki wara li jintemm l-embargo ta’ tan-NU dwar l-armi għall-Istati ta’ Dik li Qabel Kienet il-Jugoslavja ikunu imneħħija skond ir-Reżoluzzjoni Nru 1021 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

2. IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA għalhekk jiddiċiedi illi:

(i) waqt il-perjodu li fih ikunu stazzjonati l-IFOR u l-Untaes, kif ukoll movimenti oħra inklużi l-IPTF, l-embargo tal-KE dwar l-armi, il-munizzjon u t-tagħmir militari [1] ser jinżammu rigward il-Bosnja u Erzegovina, il-Kroazja u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja.

Moviment ta’ tagħmir meħtieġ biex jirrendi splussivi ħielsa mill-periklu ma jaqgħux taħt dan l-embargo. L-Istati Membri ser informaw lill-Kunsill dwar dawn il-movimenti;

(ii) soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni Nru 1021 [2] tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti applikazzjonijiet għal licenzji għall-esportazzjoni lejn is-Slovenja u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) għandhom ikunu kkonsidrati każ b` każ.

Din id-dispożizzjonijiet hija adottata fuq il-bażi li l-Istati Membri jħaddmu politika ta’ trażżin fl-esportazzjoni tagħhom ta’ armi lejn is-Slovenja u Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) ibbażata fuq il-kriterji komuni għall-esportazzjoni ta’ armi li jinsabu fil-konklużjonijiet tat-28 u d-29 ta’ Ġunju 1991 tal-Kunsill Ewropew fil-Lussemburgu u s-26 u s-27 ta’ Ġunju 1992 tal-Kunsill Ewropew f’ Lisbona. Huma sejrin jżommu in konsiderazzjoni l-għanijiet tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea fir-reġjun,essenzjalment immirati lejn il-paċifikazzjoni u l-istabbilizzazjoni fir-reġjun, inklużi l-ħtieġa għall-kontroll ta’ l-armi u r-riduzzjoni tagħhom għal-livell l-aktar baxx u miżuri biex tinbena fiduċja;

(iii) l-Unjoni Ewropea ser titħabat biex tinkoraġġixxi pajjiżi oħrajn jadottaw politika simili ta’ trażżin.

3. Din il-pożizzjoni komuni għandha terġa’ tiġi eżaminata qabel ma jintemm l-istazzjonar ta’ l-IFOR u l-Untaes.

4. Din il-pożizzjoni komuni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Marzu 1996.

5. Din il-pożizzjoni komuni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmul fi Brussell, fis-26 ta’ Frar 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Agnelli

[1] L-embargo hawn imsemmi aktar ’il fuq ikopri armi li huma maħsuba biex joqtlu u l-munizzjoni tagħhom, pjattaformi għal armi, pjattaformi mhux għall-armi u tagħmir anċillarju kif imniżżla fil-lista ta’ l-embargo tal-KE tat-8 u d-9 ta’ Lulju 1991. L-embargo jkopri wkoll partijiet, tiswija, trasferiment ta’ teknoloġija u militari u appalti miftehma qabel ma beda l-embargo.

[2] (2) Paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni Nru 1021 tal-Kunsill Tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jaħseb biex il-forniment ta’ armamenti ta’ kalibru kbir (kif definit fil-ftehim ta’ paċi), il-munizzjon għalih, mini, inġenji ta’ l-ajru u ħelikopters għandhom jibqgħu jkunu pprojbiti għall ex-Repubblica Jugoslava kollha kemm hi matul it-tieni perijodu ta’ 90 jum ta’ wara s-sottomissjoni tar-rapport tas-Segretarju-Ġenerali dwar l-iffirmar formali tal-fteħim ta’ paċi u sakemm il-ftehim dwar il-kontroll ta’ l-armi li hemm referenza għalih fl-Anness 1jidħol fis-seħħ.Wara s-sotttomissjoni ta’ rapport mis-Segretarju-Ġenerali fuq l-implimentazzjoni ta’ l-Anness 1b (ftehim fdwar l-istabbilizzazzjoni tar-reġjun) kif miftiehem mill-partijiet kollha, id-dispożizzjonijiet kollha tal-embargo tal-ĠM jintemm kemm-il darba l-Kunsill tas-Sigurtà ma jiddeċidiex mod ieħor.

--------------------------------------------------