19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/103


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1183

tas-16 ta’ Lulju 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għal ċerti prodotti tal-bini

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jridu jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk id-dokumenti b’rabta mal-karatteristiki essenzjali tagħhom.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet mill-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika fasslet u adottat 16-il Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni u korrezzjoni waħda (2).

(3)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew imfassla u adottati mill-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mal-prodotti għall-bini li ġejjin:

—

Settijiet tal-bibien interni b’folja waħda jew doppja li jirreżistu għan-nar u/jew li għandhom kontroll tad-duħħan magħmula minn profili speċjali tal-frejms tal-azzar;

—

Xibka tal-fibra tal-ħġieġ għar-rinfurzar ta’ rendimenti tas-siment jew ibbażati fuq is-siment;

—

Pannelli minerali diġà miksija għas-soqfa;

—

Sistemi komposti ta’ iżolazzjoni termali esterni (external thermal insulation composite systems, ETICS) b’kisi fuq boards ta’ siment tal-polistiren;

—

Injam laminat inkullat magħmul minn injam iebes solidu;

—

Folji tal-metall b’forma ta’ L jew Z għaż-żieda tar-reżistenza għall-punching shear ta’ ċangaturi ċatti jew sisien għall-pedamenti u ċangaturi tal-pedamenti;

—

Akkoppjaturi għal ċombaturi mekkaniċi ta’ vireg tal-azzar għar-rinforzar;

—

Impjanti prefabbrikati għat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ għal mill-inqas 51 sa 500 PT;

—

Sistemi tal-iżolazzjoni termiċi u akustiċi magħmula minn sistemi ta’ kontrabejt niexef għall-invellar tal-art u b’elementi tal-pavimentar iffabbrikati minn qabel;

—

Kitt tal-ħitan esterni u ħitan diviżorji li jifilħu għat-tagħbija;

—

Taħlita ta’ impermeabilizzazzjoni għall-konkos;

—

Ankri tal-plastik għal sistemi ridondanti mhux strutturali fil-konkos u l-ġebel;

—

Element tal-irbit ippuntat għal materjali tal-kisi tal-ħġieġ;

—

Kitt tal-bini b’pannelli strutturali;

—

Struttura modulari prefabbrikata għall-kostruzzjoni fiċ-ċimiterji;

—

Sistema ta’ drenaġġ użata f’għerien tal-blat taħt l-art;

—

Kavilji għal ġonot strutturali taħt tagħbija statika u kważi statika.

(4)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni mfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw it-talbiet li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk, huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (3). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 tiġi emendata skont dan.

(7)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni minn kmieni kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni dwar “kavilji għal ġonot strutturali taħt tagħbija statika u kważi statika” huwa korrezzjoni tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni ppubblikat fil-ĠU L 359, 29.10.2020

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:

“020062-00-1102

Settijiet tal-bibien interni b’folja waħda jew doppja li jirreżistu għan-nar u/jew li għandhom kontroll tad-duħħan magħmula minn profili speċjali tal-frejms tal-azzar”

“040016-01-0404

Xibka tal-fibra tal-ħġieġ għar-rinfurzar ta’ rendimenti tas-siment jew ibbażati fuq is-siment

(tissostitwixxi l-EAD 040016-00-0404)”

“040036-00-0501

Pannelli minerali diġà miksija għas-soqfa”

“040759-00-0404

Sistemi komposti ta’ iżolazzjoni termali esterni (external thermal insulation composite systems, ETICS) b’kisi fuq boards ta’ siment tal-polistiren”

“130320-00-0304

Injam laminat inkullat magħmul minn injam iebes solidu”

“160057-00-0301

Folji tal-metall b’forma ta’ L jew Z għaż-żieda tar-reżistenza għall-punching shear ta’ ċangaturi ċatti jew sisien għall-pedamenti u ċangaturi tal-pedamenti”

“160129-00-0301

Akkoppjaturi għal ċombaturi mekkaniċi ta’ vireg tal-azzar għar-rinforzar”

“180025-00-0704

Impjanti prefabbrikati għat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ għal mill-inqas 51 sa 500 PT”

“190013-00-0502

Sistemi tal-iżolazzjoni termiċi u akustiċi magħmula minn sistemi ta’ kontrabejt niexef għall-invellar tal-art u b’elementi tal-pavimentar iffabbrikati minn qabel”

“200207-00-0302

Kitt tal-ħitan esterni u ħitan diviżorji li jifilħu għat-tagħbija”

“260026-00-0301

Taħlita li tirreżisti l-ilma għall-konkos”

“330284-00-0604

Ankri tal-plastik għal sistemi ridondanti mhux strutturali fil-konkos u l-ġebel

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ETAG 020)”

“332229-00-0602

Element tal-irbit ippuntat għal materjali tal-kisi tal-ħġieġ”

“340179-00-0203

Kitt tal-bini b’pannelli strutturali”

“340383-00-0203

Struttura modulari prefabbrikata għall-kostruzzjoni fiċ-ċimiterji”

“360027-00-0101

Sistema ta’ drenaġġ użata f’għerien tal-blat taħt l-art”

(b)

Ir-ringiela li jmiss

“050019-00-0601

Kavilji għal ġonot strutturali taħt tagħbija statika u kważi statika

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ETAG 030)”

hija sostitwita b’dan li ġej:

“050019-00-0301

Kavilji għal ġonot strutturali taħt tagħbija statika u kważi statika

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ETAG 030)”