Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0007 - 0008
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/83/KE tal-5 ta' Frar 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE li tintroduċi l-miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard li jaffettwa l-molluski bivalvi [2] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/114/KE tad-19 ta' Frar 2003 li temenda għat-tielet darba d-Deċiżjoni 2002/308/KE li tistabbilixxi l-listi taż-żoni appovati u tal-farmsapprovati tas-septisemja emorraġika virali (il-VHS) tal-ħut u n-nekrosi ematopojtiċi infezzjużi (il-IHN) [3] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim. (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/236/KE tat-3 ta' April 2003 li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE li tistabbilixxi l-għamla ta' kooperazzjoni bejn iċ-ċentru ospiti ANIMO u l-Istati Membri [4] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim. (5) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. l-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 12 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/486/KE) fil-parti 1.2: "- 32003 D 0236: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/236/KE tat-3 ta' April 2003 (ĠU L 87, ta' l-4.4.2003, p. 12)."; 2. l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE) fil-Parti 3.1: "- 32003 D 0083: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/83/KE tal-5 ta' Frar 2003 (ĠU L 32, tas-7.2.2003, p. 13)."; 3. l-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/308/KE) fil-parti 4.2: "- 32003 D 0114: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/114/KE tad-19 ta' Frar 2003 (ĠU L 46, tal-20.2.2003, p. 29)." Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2003/83/KE, 2003/114/KE u 2003/236/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103 [5] tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu. Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 331, tat-18.12.2003, p. 8. [2] ĠU L 32, tas-7.2.2003, p. 13. [3] ĠU L 46, tal-20.2.2003, p. 29. [4] ĠU L 87, ta' l-4.4.2003, p. 12. [5] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------