|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1272 |
20.2.2025 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni koperti mill-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet, u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran.
(C/2025/1272)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' PIR-ABASSI Abbas (Nru 23), BOZORGNIA Mostafa (Nru 29), ABBASZADEH-MESHKINI Mahmoud (Nru 33), HABIBI Mohammad Reza (Nru 40), KAMALIAN Behrouz (magħruf ukoll bħala Hackers Brain, Behrooz_Ice) (Nru 46), MAHSOULI Sadeq (magħruf ukoll bħala MAHSULI Sadeq) (Nru 48), TAMADDON Morteza (magħruf ukoll bħala TAMADON Morteza) (Nru 54), HAJMOHAM-MADI Aziz (magħruf ukoll bħala Aziz Hajmohammadi, Noorollah Azizmohammadi) (Nru 57), FARHADI Ali (Nru 73), RASHIDI AGHDAM Ali Ashraf (Nru 79), VAHIDI Ahmad (Nru 107), MOHAMMADIAN Abbas-Ali (Nru 125), MIRAHMADI Seyyed Majid (Nru 140), KARIMI Mohsen (Nru 145), MOSTAFAVI Seyed Mojtaba (Nru 177), NESARI Habibollah Jan (Nru 185), SHARIF Ramezan (Nru 202), JOMEIRI Fathollah (Nru 203), NIKVARZ Mohsen (Nru 224), persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda.
Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet previsti għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel il-5 ta' Marzu 2025 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 Global and Horizontal Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni li tasal qabel it-12 ta' Marzu 2025 għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1272/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)