Official Journal L 299 , 04/12/1993 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0136
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0136
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3329/93 tad-29 ta' Novembru 1993 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern ta' Dominika IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Komunità Dominika innegozjaw u inizzjalaw Ftehim dwar is-sajd li jiggarantixxi, fuq bażi reċiproka, possibilitajiet ta' sajd għas-sajjieda tal-Kommunità fl-ilmijiet li fuqhom Dominika teżerċita sovranità jew ġurisdizzjoni, kif ukoll fuq sajjieda minn Dominika fiż-żona ta' sajd tal-Komunità lilhinn mill-kosta tad-Dipartimenti Franċiżi ta' Guadaloupe u Martinique; Billi huwa fl-interess tal-Komunità li jiġi approvat dan il-Ftehim, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern ta' Dominika qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qiegħed b'dan jiġi awtorizzat biex jagħti n-notifikazzjoni stipulata fl-Artikolu 14 tal-Ftehim u li jinnomina lill-persuna li għandha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim li jorbot lill-Komunità. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Novembru 1993. Għall-Kunsill Il-President G. Coëme [1] Opinjoni maħruġa fis-17 ta' Novembru 1993 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). --------------------------------------------------