Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) ta’ l-14 ta’ Frar 2008 – Usinor vs UASI – Corus UK (GALVALLOY)
(Kawża T-189/05)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GALVALLOY – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GALVALLIA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja –Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 69, 71-72)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell ta’ l-UASI, ta’ l-10 ta’ Frar 2005 (Każ R 411/2004-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unisor SA u Corus UK Ltd. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Corus UK Ltd |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali GALVALLOY għal prodotti fil-klassi 6 – Applikazzjoni Nru 796557 |
|
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: |
Usinor SA |
|
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni: |
Trade mark nazzjonali verbali GALVALLIA għal prodotti fil-klassi 6 |
|
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni: |
Reġistrazzjoni rrifjutata |
|
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell: |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni annullata |
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ta’ l-10 ta’ Frar 2005 (Każ R 411/2004-1) hija annullata. |
|
2) |
Il-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk ta’ Unisor SA. |
|
3) |
Corus UK Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |