8.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 451/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10492 — SILVER LAKE / CVC / SPHINX / RAC JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 451/06)

1.   

Fit-28 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Silver Lake Group, L.L.C. (“Silver Lake”, l-Istati Uniti tal-Amerka);

—

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu),

—

Sphinx Investment Pte Ltd (“Sphinx”, Singapore);

—

RAC Group (Holdings) Limited (“RAC JV”, ir-Renju Unit).

Silver Lake, CVC u Sphinx jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ RAC JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Silver Lake: ditta ta’ investiment globali ffukata fuq it-teknoloġija, industriji abilitati mit-teknoloġija u industriji ta’ tkabbir relatati;

—

CVC: tipprovdi pariri u ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment b’interessi f’kumpaniji attivi f’diversi industriji madwar id-dinja, primarjament fl-Ewropa, fl-Istati Uniti tal-Amerka u fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku;

—

Sphinx: entità ta’ investiment nominata ta’ GIC Special Investments Pte LTD (“GICSI”). In-negozju primarju ta’ GICSI huwa l-ġestjoni ta’ portafoll globali diversifikat ta’ investimenti f’ekwità privata, kapital ta’ riskju u fondi infrastrutturali, kif ukoll investimenti diretti f’kumpaniji privati. Il-portafoll ta’ GICSI huwa globali, inklużi investimenti fl-Istati Uniti tal-Amerka, l-Asja, iż-Żona Ekonomika Ewropea u r-Renju Unit;

—

RAC JV: tipprovdi servizzi ta’ waqfien u servizzi oħra relatati mal-karozzi fir-Renju Unit u fl-Irlanda.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10492 – SILVER LAKE / CVC / SPHINX / RAC JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.