02001R2580 — MT — 13.04.2022 — 013.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 (ĠU L 344 28.12.2001, p. 70) |
Emendat bi:
Emendat bi:
|
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut bi:
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2580/2001
tas-27 ta’ Diċembru 2001
dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
Artikolu 1
Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:
“Fondi, assi finanzjarji u risorsi ekonomiċi oħra” tfisser assi ta’ kull xorta, sew tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, akkwistati kif akkwistati, u dokumenti jew strumenti legali f’kull forma, inklużi elettroniċi jew diġitali, li jixhdu titolu għal, jew interess fi, assi ta’ din ix-xorta, inklużi, imma mhux limitati għal, krediti ta’ banek, travellers’ cheques, ċekkijiet tal-banek, money orders, azzjonijiet, sigurtajiet, bonds, drafts u ittri ta’ kreditu.
“L-iffriżar ta’ fondi, assi finanzjarji u risorsi ekonomiċi oħra” tfisser li ma jitħalliex kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta’ jew innegozjar f’fondi f’kull mod li jirriżulta f’xi bidla fil-volum, ammont, lok, proprjetà, pussess, karattru, jew destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li jagħmilha possibbli li l-fondi jiġu użati, inkluż l-amministrazzjoni ta’ portafoll.
“Servizzi finanzjarji” tfisser kull servizz ta’ natura finanzjarja, inklużi s-servizzi kollha ta’ l-assigurazzjoni u dawk relatati ma’ l-assigurazzjoni, u s-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) kif ġej:
Is-servizzi ta’ l-assigurazzjoni u dawk relatati ma’ l-assigurazzjoni
Assigurazzjoni diretta (inkluża l-ko-assigurazzjoni):
assigurazzjoni fuq il-ħajja;
mhux fuq il-ħajja;
Assigurazzjoni mill-ġdid u retroċessjoni;
Intermedjazzjoni għall-assigurazzjoni, bħas-senserija u l-mandat;
Is-servizzi awżiljarji għall-assigurazzjoni, bħall-konsulenza, l-attwarju, u servizzi ta’ stima tar-riskju u ta’ ftehim fuq claims.
Servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni)
Aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi li jerġgħu jitħallsu oħra;
Self ta’ kull tip, inkluż kreditu lill-konsumatur, kreditu ipotekarju, bejgħ ta’ dejn u ffinanzjar ta’ transazzjonijiet kummerċjali;
Kera finanzjarja;
Is-servizzi kollha ta’ trasmissjoni ta’ ħlas u ta’ flus, inkluż il-kreditu, karti ta’ ħlas u ta’ debitu, travellers’ cheques u drafts tal-bankarji;
Garanziji u impenji;
Innegozjar għalih innifsu jew għal klijenti, kemm jekk fuq tpartit, ġewwa suq bil-miftuħ jew b’mod ieħor, dawn li ġejjin:
Strumenti ta’ flus tas-suq (inklużi ċekkijiet, karti tal-flus, ċertifikati ta’ depożitu);
kambju barrani;
Prodotti derivattivi inklużi, imma mhux limitati għal, futures u options;
strumenti ta’ rati tal-kambju u ta’ l-imgħax, inklużi prodotti bħat-tpartit u l-ftehim dwar forward rate;
titoli trasferibbli;
strumenti negozzjabbli oħra u assi finanzjarji, inkluż is-suq tad-deheb;
Parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull tip ta’ titoli, inkluż underwriting u tqegħid bħala aġent (kemm jekk pubblikament jew privatament) u l-forniment ta’ servizzi relatati ma’ ħruġ ta’ din ix-xorta;
Senserija tal-flus;
Amministrazzjoni ta’ l-assi, bħall-amministrazzjoni ta’ flus kontanti jew ta’ portafoll, il-forom kollha ta’ amministrazzjoni ta’ investiment kollettiv, amministrazzjoni ta’ fondi għall-pensjoni, servizzi ta’ kustodja, depositarji u ta’ trust;
Servizzi ta’ konklużjoni u ta’ clearing għal assi finanzjarji, inklużi titoli, prodotti derivattivi, u strumenti oħra negozzjabbli;
Il-fornizzjoni u t-trasferiment ta’ informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u software relatat minn fornituri ta’ servizzi finanzjarji oħra;
Servizzi ta’ konsulenza, intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljarji oħra dwar l-attivitajiet kollha mniżżla minn (v) sa (xv), inklużi referenzi u analiżi ta’ kreditu, investiment u riċerka u pariri dwar portafolli, pariri fuq akkwisti u fuq strateġija u ristrutturazzjoni korporattiva.
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ “att terroristiku” għandha tkun dik li tinsab fl-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.
“Proprjetà ta’ persuna, grupp jew entità legali” tfisser li tkun fil-pussess ta’ 50 % jew iktar tad-drittijiet proprjetarji ta’ persuna, grupp jew entità legali, jew li jkollok interess maġġoritarju fihom.
“Kontroll ta’ persuna, grupp jew entità legali” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
li wieħed ikollu d-dritt li jaħtar jew ineħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza ta’ l-istess persuna, grupp jew entità legali;
li wieħed ikun ħatar biss bħala riżultat tad-drittijiet tiegħu tal-vot, maġġoranza tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza ta’ persuna, grupp jew entità legali li kellu kariga matual s-sena finanzjarja preżenti u dik ta’ qabel;
li wieħed jikkontrolla waħdu, skond ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ persuna, grupp jew entità legali, maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ l-azzjonisti jew tal-membri f’dik il-persuna, grupp jew entità legali;
li wieħed ikollu d-dritt li jeżerċita influenza dominanti fuq il-peruna legali, grupp jew entità, skond ftehim li jkun daħal fih ma’ dik il-persuna, grupp jew entità legali, jew skond dispożizzjoni fil-Memorandum jew fl-Artikoli ta’ l-Assoċjazzjoni tagħha, fejn il-liġi li tirregola dik il-persuna, grupp jew entità legali tippermetti li tkun soġġetta għal ftehim jew dispożizzjoni ta’ dik ix-xorta;
li wieħed ikollu l-poter li jeżerċita d-dritt li jeżerċita influenza dominanti msemmija fil-punt (d), mingħajr ma jkun id-detentur ta’ dak id-dritt;
li wieħed ikollu d-dritt li juża l-assi kollha jew parti minnhom ta’ persuna, grupp jew entità legali;
li wieħed jamministra n-negozju ta’ persuna, grupp jew entità legali fuq bażi unitarja, filwaqt li jippubblika kontijiet konsolidati;
li jidħol għar-responsabbiltajiet tal-persuna, grupp jew entità legali in solidum jew jiggarantihom.
Artikolu 2
Ħlief kif permess taħt l-Artikoli 5 u 6:
Il-fondi, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi kollha, li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’jew miżmuma minn, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu ffriżati;
L-ebda fondi, assi finanzjarji oħra u risorsi ekonomiċi m’għandhom jiġu magħmula disponibbli, direttament jew indirettament, lil, jew għall-benefiċċju ta’, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.
Il-Kunsill, jaġixxi b’unanimità, għandu jistabbilixxi, jirrevedi u jemenda l-lista ta’ persuni, gruppi jew entitajiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(4), (5) u (6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK; din il-lista għandha tinkludi:
persuni naturali li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw l-għamil ta’ xi att ta’ terroriżmu;
persuni legali, gruppi jew entitajiet li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw l-għamil ta’ xi att ta’ terroriżmu;
persuni legali, gruppi jew entitajiet li huma ta’ jew kontrollati minn persuna naturali jew legali, grupp jew entità waħda jew iktar imsemmija fil-punti (i) u (ii); jew
persuni naturali legali, gruppi jew entitajiet li jaġixxu fl-interess ta’ jew fuq id-direzzjoni ta’ persuna naturali jew legali, grupp jew entità waħda jew iktar imsemmija fil-punti (i) u (ii).
▼M10 —————
Artikolu 3
Artikolu 4
Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rapurtar, kunfidenzalità u segretezza professjonali u għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 284 tat-Trattat, banek, istituzzjonijiet finanzjarji oħra, kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni, u entitajiet u persuni oħra għandhom:
Artikolu 5
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jikkunsidraw xierqa, sabiex ma jitħalliex l-iffinanzjar ta’ atti ta’ terroriżmu, għal
l-użu ta’ fondi ffriżati għall-bżonnijiet umani essenzali ta’ persuna naturali inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) jew membru tal-familja tiegħu, inkluż b’mod partikolari ħlas għal ikel, mediċini, il-kera jew pagament għar-residenza familjari u tariffi jew ħlasijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ trattament mediku ta’ membri ta’ dik il-familja, li għandhom jitwettqu ġewwa l-Komunità;
pagamenti minn kontijiet iffriżat għall-għanijiet li ġejjin:
pagamenti ta’ taxxi, premiums ta’ l-assigurazzjoni obbligatorji u tariffi għal servizzi ta’ utilità pubblika bħall-gass, l-ilma, l-elettriku u telekomunikazzjonijiet li għandhom jitħallsu fil-Komunità; u
pagamenti ta’ ħlasijiet dovuti lil istituzzjoni finanzjarja fil-Komunità għall-manteniment ta’ kontijiet;
pagamenti lil persuna, entità jew grupp inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3), dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligazzjonijiet li kienu konklużi jew li qamu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament iżda li dawk il-pagamenti jsiru lil kont iffriżat ġewwa l-Komunità.
Artikolu 6
Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 u sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Komunità, li jinkludu l-interessi taċ-ċittadini u r-residenti tagħha, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi:
wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.
L-awtorità kompetenti li għandha l-intenzjoni li tagħti awtorizzazzjoni speċifika għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta ta’ kummenti magħmula fi żmien ġimgħatejn mill-Istati Membri l-oħra, il-Kunsill u l-Kummissjoni.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter, fuq il-bażi ta’ informazzjoni provduta mill-Istati Membri, li temenda l-Anness.
Artikolu 8
L-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u jfornu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti fid-dispożizzjoni tagħhom f’konnessjoni ma’ dan ir-Regolament, notevolment informazzjoni riċevuta skond l-Artikoli 3 u 4, u għal dak li għandu x’jaqsam ma’ problemi ta’ vjolazzjoni u infurzar jew ġudizzji mgħotija minn qrati nazzjonali.
Artikolu 9
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti meta d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jinkisru. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, u dissważivi.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu japplika:
ġewwa t-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha,
fuq xi inġenji ta’ l-ajru jew xi bastimenti taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru,
lil kull persuna f’kull post ieħor li hu ċittadin ta’ Stat Membru,
lil kull persuna, grupp jew entità legali inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru,
lil kull persuna, grupp jew entità legali li tagħmel kummerċ ġewwa l-Komunità.
Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
LISTA TA’ AWTORITAJIET KOMPETENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3, 4 U 5
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
IL-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/
ĊIPRU
https://mfa.gov.cy/themes/
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
https://um.fi/pakotteet
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)
Rue de Spa 2
B-1049 Brussell, il-Belġju
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu