|
24.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 195/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 694/2008
tat-8 ta’ Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata ta’ konverżjoni ta’ l-ewro għas-Slovakkja
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 123(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rati tal-kambju bejn l-ewro u l-muniti ta’ l-Istati Membri li jadottaw l-ewro (2) jiddetermina r-rati tal-kambju mill-1 ta’ Jannar 1999. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, is-Slovakkja hija Stat Membru b’deroga skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 122 tat-Trattat. |
|
(3) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta' Lulju 2008, bi qbil ma’ l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2009 (3), is-Slovakkja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-munita unika u d-deroga favur is-Slovakkja għandha tiġi revokata mill-1 ta’ Jannar 2009. |
|
(4) |
L-introduzzjoni ta’ l-ewro fis-Slovakkja teħtieġ li tiġi adottata r-rata tal-kambju bejn l-ewro u l-koruna Slovakka. Din ir-rata ta’ konverżjoni għandha tkun iffissata għal 30,1260 korunas Slovakki għal kull ewro, li tikkorrispondi mar-rata ċentrali kurrenti tal-koruna fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II). |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2866/98 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98, għandu jiddaħħal dan li ġej bejn ir-rati tal-kambju applikabbli għat-tolar Sloven u l-mark Finlandiż:
“= 30,1260 korunas Slovakki”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, l- 8 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
C. LAGARDE
(1) Opinjoni mogħtija fil- (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1135/2007 (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 2).
(3) Ara paġna 24 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.