|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2229 |
2.10.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2229
tal-24 ta’ Settembru 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali min-Norveġja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/792, huwa possibbli li Stati Membri, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew sorsi oħra jipprovdu kontribuzzjonijiet addizzjonali għall-Faċilità għall-Ukrajna, inkluż għall-Pjan għall-Ukrajna. |
|
(2) |
In-Norveġja impenjat ruħha li tipprovdi NOK 1 000 000 000 bħala kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli. Dik il-kontribuzzjoni tikkostitwixxi dħul assenjat estern. Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-ġestjoni ta’ dik il-kontribuzzjoni f’konformità mal-proċeduri applikabbli għan-nefqa tal-Unjoni, b’mod partikolari l-proċeduri skont ir-Regolament (UE) 2024/792 u r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja min-Norveġja tkun disponibbli għall-Ukrajna, soġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim ta’ trasferiment bejn in-Norveġja u l-Kummissjoni u t-trasferiment tal-kontribuzzjoni finanzjarja relatata. Jenħtieġ li dik il-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi allokata għall-ħdax-il pagament parzjali trimestrali tal-Pjan għall-Ukrajna, u jenħtieġ li tiġi żborżata soġġett għat-twettiq sodisfaċenti tal-passi kwalitattivi u kwantitattivi rilevanti. Jenħtieġ li l-ammont tal-ħdax-il pagament parzjali tal-Pjan għall-Ukrajna jiġi aġġustat biex titqies il-kontribuzzjoni tan-Norveġja espressa f’euro li tirriżulta mir-rata tal-kambju uffiċjali applikabbli fil-mument tat-trasferiment. |
|
(4) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha. |
|
(5) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 (3) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “5a. Kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali, fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli li jammonta għall-ekwivalenti f’euro ta’ NOK 1 000 000 000 bir-rata tal-kambju uffiċjali fil-mument tat-trasferiment tal-kontribuzzjoni min-Norveġja għall-Faċilità għall-Ukrajna, għandha ssir disponibbli għall-Ukrajna skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/792. Il-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi implimentata f’konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.” |
|
(2) |
fl-Anness, fit-taqsima bl-isem “Il-ħdax-il pagament (Q4 2026)”, it-test bejn it-titolu u t-tabella huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ammont totali: EUR 2 103 225 808 u NOK 1 000 000 000 Appoġġ mhux ripagabbli: EUR 270 000 000 u NOK 1 000 000 000 Self: EUR 1 833 225 808 Għadd totali ta’ stadji: 23”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BURKE
(1) ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj.
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/1447, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1447/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2229/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)