17.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 118/2009

tat-22 ta’ Ottubru 2009

li temenda l-Protokoll 21 (Dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 21 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 tat-30 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 773/2004, fir-rigward ta’ kif jitmexxew il-proċeduri għar-riżolviment f’każi ta’ kartelli (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 4 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004) tal-Artikolu 3(1) tal-Protokoll 21 tal-Ftehim:

“—

32008 R 0622: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 tat-30 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 622/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-23 ta’ Ottubru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)   ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.