<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-510/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0510</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:494">EU:C:2020:494</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez‑Bordona – Kawża C‑510/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Openbaar Ministerie</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez‑Bordona</HT></P><P>ippreżentati fil‑<DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑510/19</HT></P><P>Openbaar Ministerie,</P><P>YU,</P><P>ZV</P><P>vs</P><P>AZ</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell, il-Belġju))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Domanda preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Mandat ta’ arrest Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 27(3)(g) u (4)</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal kunsens addizzjonali milqugħa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet diversi drabi dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="017" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 17, p. 45</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Deċiżjoni Qafas<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</P></NOTE>, billi ppreċiżat il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-awtorità li <HT TYPE="ITALIC">toħroġ</HT> mandat ta’ arrest Ewropew (MAE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Għal kollha, ara s-sentenza tat‑<DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE>, Parquet général du Grand‑Duché de Luxembourg u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Openbaar Ministerie (Prosekuturi ta’ Lyon u ta’ Tours)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑566/19 PPU u C‑626/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1077">EU:C:2019:1077</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>sentenza Prosekuturi ta’ Lyon u ta’ Tours<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din id-domanda preliminari tagħtiha l-opportunità tinterpreta dan l-istess kunċett, iżda issa b’rabta mal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas, moqri fid-dawl tal-Artikolu 27 tagħha. Dan huwa mitlub minn qorti Belġjana, li tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Pajjiżi l-Baxxi jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> li <HT TYPE="ITALIC">tagħti l-kunsens</HT> għall-estensjoni tar-reati indikati f’MAE preċedenti, diġà eżegwit.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest leġiżlattiv</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni. Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-premessi 5, 6 u 8 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(5)</NO.P><TXT>L-għan stabbilit biex l-Unjoni ssir żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jwassal għall-abolizzjoni ta’ l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u li din tiġi sostitwita b’sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ sistema ssimplifikata ġdida ta’ konsenja ta’ persuni<?PAGE NO="2"?> kkundannati jew suspettati għall-finijiet ta’ esekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali jew biex jiġu sottoposti għal azzjoni kriminali, jagħmilha possibbli li jitneħħew il-komplessità u l-potenzjal għad-dewmien inerenti fil-proċeduri preżenti ta’ l-estradizzjoni. Ir-relazzjonijiet tradizzjonali ta’ kooperazzjoni li eżistew s’issa bejn l-Istati Membri għandhom jiġu sostitwiti b’sistema ta’ moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali, li tkopri kemm deċiżjonijiet qabel ma tingħata s-sentenza kif ukoll dawk finali, fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Il-[MAE] previst f’din id-Deċiżjoni Kwadru hi l-ewwel miżura konkreta fil-qasam tal-liġi kriminali li timplimenta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku li l-Kunsill Ewropew semma’ bħala l-bażi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet dwar l-esekuzzjoni tal-[MAE] għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli suffiċjenti, li jfisser li awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru fejn il-persuna rikjesta ġiet arrestata jkollha tieħu d-deċiżjoni dwar il-konsenja tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Definizzjoni tal-[MAE] u l-obbligu li jiġi esegwit<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-[MAE] hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru bl-iskop ta’ l-arrest u l-konsenja minn Stat Membru ieħor ta’ persuna rikjesta, għall-finijiet tat-tmexxija ta’ azzjoni kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jesegwixxu kwalunkwe [MAE] abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Deċiżjoni Kwadru m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif imniżżla fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Determinazzjoni ta’ l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru emittenti li hi kompetenti biex toħroġ [MAE] permezz tal-liġi ta’ dak l-Istat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni li hi kompetenti biex tesegwixxi l-[MAE] permezz tal-liġi ta’ dak l-Istat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bl-awtorità ġudizzjarja kompetenti taħt il-liġi tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Smigħ tal-persuna rikjesta<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Fejn il-persuna arrestata ma tagħtix kunsens għall-konsenja tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 13, hija għandha tkun intitolata li tinstema’ mill-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni, skond il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Deċiżjoni dwar il-konsenja<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni għandha tiddeċiedi, fil-limiti ta’ żmien u taħt il-kondizzjonijiet definiti f’din id-Deċiżjoni Kwadru, jekk il-persuna għandhiex tiġi kkonsenjata.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Smigħ tal-persuna sakemm tittieħed id-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna rikjesta għandha tinstema’ minn awtorità ġudizzjarja, assistita minn persuna oħra nominata skond il-liġi ta’ l-Istat Membru tal-qorti rikjedenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna rikjesta għandha tinstema’ skond il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni u bil-kondizzjonijiet stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u dawk ta’ esekuzzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni kompetenti tista’ tinkariga awtorità ġudizzjarja oħra ta’ l-Istat Membru tagħha biex tieħu sehem fis-smigħ tal-persuna rikjesta sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni adatta ta’ dan l-Artikolu u tal-kondizzjonijiet stabbiliti.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 27 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Azzjoni kriminali possibbli għal reati oħra<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru jista’ jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li, fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Stati Membri oħra li taw l-istess notifika, il-kunsens hu kkunsidrat li ġie mogħti għall-azzjoni kriminali, l-għoti ta’ sentenza jew id-detenzjoni bil-għan li tiġi skontata piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha, barra dak li għaliha [għalih] ġiet konsenjata, sakemm f’każ partikolari l-awtorità ġudizzjaraja ta’ esekuzzjoni ma tiddikjarax mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, persuna konsenjata ma tistax tiġi pproċessata, mogħtija sentenza jew b’xi mod ieħor miċħuda mil-libertà tagħha għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha minbarra dak li għalih ġiet konsenjata l-persuna.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafu 2 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>fejn l-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni li kkonsenjat il-persuna tagħti l-kunsens tagħha skond il-paragrafu 4.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni, flimkien ma’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) u traduzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 8(2). Il-kunsens għandu jingħata meta r-reat li għalih hu mitlub hu stess hu soġġett għall-konsenja skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru. Il-kunsens għandu jiġi rrifjutat għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u barra minn hekk jista’ jiġi rrifjutat biss għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 4. Id-deċiżjoni għandha tiġi meħuda mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tat-talba.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan. Il-Liġi dwar il-MAE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Wet betreffende het Europees aanhoudingsbevel tad‑<DATE ISO="20031219">19 ta’ Diċembru 2003</DATE> (Belgisch Staatsblad, <DATE ISO="20031222">22 ta’ Diċembru 2003</DATE>, p. 60075).</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 37 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li ġiet ikkonsenjata abbażi ta’ [MAE] maħruġ minn awtorità ġudizzjarja Belġjana ma tistax tkun is-suġġett ta’ azzjoni kriminali, tiġi kkundannata jew imċaħħda mil-libertà għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha minbarra dak li għalih hija ġiet ikkonsenjata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafu 1 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P></ALINEA><ALINEA>Jekk, barra mill-każijiet previsti fl-ewwel subparagrafu, il-qorti istruttorja, il-prosekutur jew il-qorti jkunu jixtiequ, skont il-każ, jissuġġettaw għal azzjoni kriminali, jikkundannaw jew iċaħħdu mil-libertà lill-persuna kkonsenjata, għal reat imwettaq qabel il-konsenja minbarra dak li għalih hija ġiet ikkonsenjata, talba għal kunsens għandha titressaq quddiem l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, flimkien mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(4) kif ukoll, jekk ikun il-każ, ma’ traduzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> li Tittrasponi d-Deċiżjoni Qafas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Wet van <DATE ISO="20040429">29 April 2004</DATE> tot implementatie van het kaderbesluit van de Raad van de Europese Unie betreffende det Europees aanhoudingsbevel en procedures van overlevering tussen de lidstaten van de Europese Unie (Stb. 2004, Nru 195, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>OLW<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) Din ġiet emendata mit‑<DATE ISO="20190713">13 ta’ Lulju 2019</DATE>.</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-konsenja hija awtorizzata biss bil-kundizzjoni li l-persuna rikjesta ma tkunx is-suġġett ta’ azzjoni kriminali, ma tiġix issanzjonata jew b’xi mod ieħor imċaħħda mil-libertà tagħha għal reati mwettqa qabel il-konsenja tagħha minbarra dawk li għalihom hija ġiet ikkonsenjata, ħlief:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>meta jkun intalab u nkiseb il-kunsens minn qabel tal-Prosekutur.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Prosekutur għandu jagħti l-kunsens imsemmi fil-paragrafu 1(f) […] fuq talba tal-awtorità ġudizzjarja emittenti u abbażi ta’ [MAE] ippreżentat u akkumpanjat minn traduzzjoni għal reati li fir-rigward tagħhom il-konsenja kienet tkun awtorizzata bis-saħħa ta’ din il-liġi […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 35(1) jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Il-persuna rikjesta għandha tiġi effettivament ikkonsenjata kemm jista’ jkun malajr wara d-deċiżjoni li tawtorizza l-konsenja b’mod totali jew parzjali. Il-Prosekutur għandu jiddetermina, bi ftehim mal-awtorità ġudizzjarja emittenti, il-mument u l-post tal-konsenja.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tiegħu ta’ qabel it‑<DATE ISO="20190713">13 ta’ Lulju 2019</DATE>, l-Artikolu 44 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Il-Prosekutur jista’ jaġixxi bħala awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil-verżjoni fis-seħħ mit‑<DATE ISO="20190713">13 ta’ Lulju 2019</DATE>, l-Artikolu 44 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Il-qorti superviżorja [rechter-commissaris] tista’ taġixxi bħala awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni Ġudizzjarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Wet op de Rechterlijke Organisatie tat‑<DATE ISO="18270418">18 ta’ April 1827</DATE> (il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni Ġudizzjarja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Wet RO<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>).</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 127, il-Ministru għall-Ġustizzja u għas-Sigurtà jista’ jagħti istruzzjonijiet ġenerali u speċifiċi relatati mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet u tal-kompetenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-qorti istruttorja fi ħdan ir-rechtbank van eerste aanleg te Leuven (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Leuven, il-Belġju) ħarġet, fis‑<DATE ISO="20170926">26 ta’ Settembru 2017</DATE>, MAE kontra AZ, ċittadin Belġjan, għall-finijiet tat-tressiq ta’ azzjonijiet kriminali għal reati ta’ falsifikazzjoni u ta’ frodi mwettqa fil-Belġju matul is-sena 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>AZ, li ġie arrestat fil-Pajjiżi l-Baxxi b’eżekuzzjoni ta’ dan il-MAE, kien ġie kkonsenjat lill-awtoritajiet Belġjani fit‑<DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE> permezz ta’ deċiżjoni tar-rechtbank Amsterdam (il-Qorti ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20180126">26 ta’ Jannar 2018</DATE>, l-istess qorti istruttorja ta’ Leuven ħarġet (it-tieni) MAE, fejn intalbet il-konsenja ta’ AZ għal reati ta’ falsifikazzjoni u ta’ frodi distinti minn dawk indikati fl-ewwel wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180213">13 ta’ Frar 2018</DATE>, l-officier van justitie (il-Prosekutur) tal-arrondissementsparket Amsterdam (l-Uffiċċju tal-Prosekutur tad-Distrett ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) ta l-kunsens tiegħu sabiex AZ jitressaq quddiem qorti għall-atti kriminali kollha indikati fiż-żewġ MAE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, AZ ġie kkundannat għal tliet snin priġunerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>AZ appella mill-kundanna quddiem il-Hof van beroep te Brussel (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell, il-Belġju), fejn ikkontesta l-klassifikazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Olandiż bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 6(2) u tal-Artikolu 27(3)(g) u (4) tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hof van beroep te Brussel (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell) tirrinvija lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[1.]1. “Il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> imsemmija fl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni [Qafas] […] jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni?</P><P>[1.]2. Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1.1 tkun fl-affermattiv: fuq liema kriterji jista’ jiġi stabbilit li awtorità ta’ Stat Membru tal-eżekuzzjoni hija din l-awtorità ġudizzjarja u li l-[MAE] eżegwit minnha huwa konsegwentement tali deċiżjoni ġudizzjarja?</P><?PAGE NO="6"?><P>[1.]3. Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1.1 tkun fl-affermattiv, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Pajjiżi l-Baxxi, b’mod iktar preċiż l-officier van justitie (il-Prosekutur), jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> imsemmi fl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas […] u l-[MAE] eżegwit minn din l-awtorità huwa konsegwentement deċiżjoni ġudizzjarja?</P><P>[1.]4. Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1.3 tkun fl-affermattiv, jista’ jiġi ammess li l-konsenja inizjali hija evalwata minn awtorità ġudizzjarja, b’mod iktar preċiż mill-[internationale rechtshulpkamer (l-Awla tal-Għajnuna Ġudizzjarja Reċiproka Internazzjonali) tar-rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam)], skont l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni Qafas […], li jiggarantixxi b’mod partikolari r-rispett tad-dritt ta’ smigħ tal-parti fil-kawża u d-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja, filwaqt li l-konsenja supplimentari skont l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas […] tiġi ddevoluta lil awtorità oħra, jiġifieri l-officier van justitie (il-Prosekutur), li ma jiggarantixxix lill-parti fil-kawża la d-dritt ta’ smigħ u lanqas id-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja, b’tali mod li jiġi stabbilit nuqqas manifest ta’ koerenza fid-Deċiżjoni Qafas […] mingħajr ebda ġustifikazzjoni raġonevoli?</P><P>[1.]5. Jekk ir-risposta għad-domandi 1.3 u 1.4 tkun affermattiva, l-Artikoli 14, 19 u 27 tad-Deċiżjoni Qafas […] għandhom jiġu interpretati fis-sens li, qabel ma jkun jista’ jagħti l-kunsens tiegħu biex persuna tiġi [suġġetta] għall-azzjoni kriminali, l-għoti ta’ sentenza jew id-detenzjoni bil-għan li tiġi skontata piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha skont il-[MAE] li ma huwiex dak li għalih ġiet mitluba l-konsenja, il-Prosekutur Pubbliku li jaġixxi bħala awtorità ġudizzjarja għandu l-ewwel jiżgura r-rispett tad-dritt ta’ smigħ u d-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja tal-parti fil-kawża?</P><P>L-officier van justitie (il-Prosekutur) tal-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Amsterdam li jaġixxi b’applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-[OLW] huwa l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas […] li kkonsenjat lill-persuna rikjesta u li tista’ tagħti l-kunsens fis-sens tal-Artikolu 27(3)(g) u (4) tad-Deċiżjoni Qafas?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20190704">4 ta’ Lulju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>AZ, l-Openbaar Ministerie, il-Gvern Ġermaniż, Spanjol, Ungeriż u dak Olandiż kif il-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Ma tqisx li kien meħtieġ li tinżamm seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż jesprimi dubji dwar il-vijabbiltà tad-domanda preliminari (għalkemm ma jikkontestax formalment l-ammissibbiltà tagħha), peress li d-domandi magħmula ma humiex rilevanti sabiex il-qorti tar-rinviju tiddeċiedi dwar il-proċedura kriminali pendenti quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Dawn id-domandi jikkonċernaw atti ġuridiċi definittivi adottati fil-Pajjiżi l-Baxxi (il-konsenja ta’ AZ u l-kunsens ta’ Prosekutur Olandiż sabiex huwa jitressaq quddiem qorti għal atti mwettqa qabel din il-konsenja) iktar milli l-proċedura quddiem il-qorti tar-rinviju Belġjana. Din tal-aħħar ma tistax tirrevedi d-deċiżjoni ta’ konsenja adottata minn qorti Olandiża (jiġifieri, tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tal-MAE).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Ċertament, il-qorti tar-rinviju ma tistax tiddeċiedi dwar il-validità tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet Olandiżi, li għandha tiġi ddeterminata fil-kuntest tad-dritt intern tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni (il-Pajjiżi l-Baxxi) u mill-qrati tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju effettivament għandha ġurisdizzjoni sabiex tevalwa l-effetti li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet Olandiżi, meta jiġi eżegwit il-MAE maħruġ mill-awtoritajiet Belġjani, għandu jkollhom taħt id-dritt Belġjan. Abbażi tal-validità ta’ dawn id-deċiżjonijiet — li għandha tiġi preżunta abbażi tal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka –, il-qorti tar-rinviju tista’, nerġa’ ntenni, tqis ir-riperkussjonijiet li dawn jinvolvu taħt id-dritt nazzjonali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-persuna mressqa quddiem il-qrati Belġjani tgawdi mid-dritt, irrikonoxxut lilha mill-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>li tiġi pproċessata, ikkundannata jew imċaħħda mil-libertà biss għar-reat li fir-rigward tiegħu l-persuna kienet ġiet ikkonsenjata<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tal‑<DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Leymann u Pustovarov</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑388/08 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:669">EU:C:2008:669</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>sentenza Leymann u Pustovarov<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), punt 44.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ din il-premessa, AZ ma jistax jiġi kkundannat jew imċaħħad mil-libertà, fil-Belġju, għal fatti differenti minn dawk imsemmija (fl-ewwel) MAE eżegwit mill-qorti ta’ Amsterdam, sakemm l-awtoritajiet Olandiżi ma jkunux taw il-kunsens tagħhom għall-estensjoni indikata (fit-tieni) MAE maħruġ mill-awtoritajiet Belġjani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Bħala detentur ta’ dan id-dritt, irrikonoxxut mid-Deċiżjoni Qafas, AZ għandu d-dritt jinvokah quddiem il-qrati Belġjani, li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiġġudikawh, jikkundannawh jew iċaħħduh mil-libertà. Għalhekk, huwa jista’ jinvoka favurih l-effetti li jirriżultaw, taħt id-dritt Belġjan, minn irregolarità eventwali tad-deċiżjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li permezz tagħha ngħata l-kunsens għall-estensjoni tar-reati indikati fil-MAE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Bla dubju l-kontestazzjoni ta’ AZ tista’ titressaq quddiem l-awtoritajiet Olandiżi, li huma dawk li taw il-kunsens kontenzjuż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Permezz tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>kunsens<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> qiegħed nirreferi, konvenzjonalment, għal dak mogħti mill-awtorità tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, skont l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas, sabiex il-persuna diġà kkonsenjata tkun is-suġġett ta’ azzjoni kriminali, tiġi kkundannata jew imċaħħda mil-libertà għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha minbarra dak li għalih hija ġiet ikkonsenjata.</P></NOTE> u, għalhekk, jistgħu jannullawh f’ras il-għajn. Madankollu inkwantu AZ diġà ġie kkonsenjat lill-awtoritajiet Belġjani, il-fatt li huwa jiġi mġiegħel jikkontesta l-kunsens quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ta’ eżekuzzjoni (il-Pajjiżi l-Baxxi) li huwa diġà telaq minnu jista’ jirrendi iktar diffiċli l-eżerċizzju tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u jwassal għal dewmien fil-proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-qrati Belġjani, mingħajr ma huwa meħtieġ li jiddeċiedu dwar il-validità tal-kunsens mogħti mill-awtoritajiet Olandiżi, jistgħu jevalwawh fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, bil-kollaborazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ ta’ dubju. Fi kliem ieħor, huma jistgħu janalizzaw il-portata ta’ dan il-kunsens li hija esklużivament ikkundizzjonata mid-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, u safejn huwa rilevanti għal dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tista’ tivverifika jekk il-kunsens ingħatax minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tal-Artikolu 6(2) u tal-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas, peress li dan il-kunċett (kif ser nispjega iktar ’il quddiem) huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Jekk ir-riżultat ta’ din il-verifika jkun kontra r-rikonoxximent tal-kapaċità tal-Prosekutur Olandiż li jaġixxi bħala awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, skont l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas, il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tislet il-konsegwenzi xierqa taħt id-dritt Belġjan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-qosor, inkwantu l-kwistjoni hija ristretta għad-determinazzjoni dwar jekk l-awtorità Olandiża li tat il-kunsens, fuq talba tal-Belġju, tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fil-kuntest tal-MAE u skont id-dritt tal-Unjoni, inqis li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunċett awtonomu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (l-ewwel parti tad-domanda preliminari)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Bl-eċċezzjoni tal-Gvern Ungeriż, li ma esprimiex ruħu espressament f’dan ir-rigward, l-intervenjenti fil-proċedura għal deċiżjoni preliminari jaqblu dwar il-fatt li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> li tinsab fl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas hija kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Naqbel ma’ din il-konstatazzjoni mingħajr riżerva. Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, sal-lum, dwar dan il-kunċett fil-kuntest tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas (awtorità emittenti), jiena tal-opinjoni li l-argumenti tagħha jistgħu jiġu trasposti għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) (awtorità ta’ eżekuzzjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm l-Istati Membri jistgħu jindikaw fid-dritt nazzjonali tagħhom, skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> kompetenti sabiex toħroġ MAE, ma humiex huma li għandhom jiddeterminaw is-sens u l-portata ta’ dan il-kunċett, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>jeħtieġ, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-kliem tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas […] fil-kuntest li jinsabu fih kif ukoll l-għan imfittex minn din id-deċiżjoni qafas<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza Prosekuturi ta’ Lyon u ta’ Tours (punt 51) u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-istess raġunijiet jipprevalu fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> kompetenti sabiex teżegwixxi MAE u, b’estensjoni, skont l-Artikolu 27(3)(g) u (4) tad-Deċiżjoni Qafas, sabiex tagħti l-kunsens li għalih jirreferu dawn l-aħħar dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel parti tad-domanda preliminari għandha tingħata risposta affermattiva, fatt li jagħti lok għall-analiżi tal-kumplament, li ser nindirizza flimkien.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-Uffiċċju tal-Prosekutur bħala awtorità ta’ eżekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-Uffiċċju tal-Prosekutur bħala awtorità ġudizzjarja emittenti: il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddefinixxiet il-kundizzjonijiet li l-awtorità ġudizzjarja li għandha s-setgħa toħroġ MAE għandha tissodisfa. Dawn il-kundizzjonijiet jirriżultaw minn ħidma interpretattiva bbażata fuq tliet fatturi: (a) il-formulazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas; (b) il-kuntest li taħtu taqa’ din id-dispożizzjoni; u (c) l-għan imfittex mid-Deċiżjoni Qafas innifisha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Għal kollha, ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>PF (Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑509/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:457">EU:C:2019:457</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>sentenza Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>), punt 28.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel wieħed, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>ma jindikawx biss l-imħallfin u l-qrati ta’ Stat Membru, iżda jippermettu li jiġu koperti, b’mod iktar wiesa’, l-awtoritajiet imsejħa sabiex jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-ordinament ġuridiku kkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Poltorak</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑452/16 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:858">EU:C:2016:858</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>sentenza Poltorak<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>), punt 33.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Sabiex tippreċiża, fost dawk li jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, dawk li jistħoqqilhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet nota tal-fatt li d-Deċiżjoni Qafas hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>strument tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li hija bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku, mhux biss tad-deċiżjonijiet finali mogħtija mill-qrati kriminali, iżda wkoll tad-<HT TYPE="ITALIC">deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri fil-qafas tal-proċeduri kriminali</HT>, inkluża l-fażi ta’ dawn il-proċeduri relatata mal-prosekuzzjoni kriminali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG u PI (Uffiċċji tal-Prosekutur ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑508/18 u C‑82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>sentenza Uffiċċji tal-Prosekutur ta’ Lübeck u ta’ Zwickau<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>), punt 52, korsiv miżjud.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hija tkompli billi tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>[i]t-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>proċedura<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="2019" ID="QE0047"/>, li huwa ddefinit b’mod wiesa’, possibbilment ikopri l-proċedura kriminali kollha, jiġifieri l-istadju qabel il-proċess kriminali, l-istadju tal-proċess kriminali nnifsu u l-fażi tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni finali ta’ qorti kriminali kontra persuna kkundannata għal ksur kriminali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 54.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Peress li l-MAE huma strument għall-kooperazzjoni ġudizzjarja, dawn jistgħu jinħarġu fil-proċeduri kriminali, fis-sens wiesa’ tagħhom; ukoll f’dawk li fir-rigward tagħhom l-Uffiċċji tal-Prosekutur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>huma meħtieġa […] li jistabbilixxu l-prekundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħa ġudizzjarja mill-qrati kriminali ta’ dan l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 62.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas, għalhekk jinkludi, bħala prinċipju, l-Uffiċċju tal-Prosekutur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku huma kruċjali għas-sistema tad-Deċiżjoni Qafas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Kovalkovas</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑477/16 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:861">EU:C:2016:861</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>sentenza Kovalkovas<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>), punt 27: il-fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>jippermettu l-ħolqien u ż-żamma ta’ spazju mingħajr fruntieri interni. B’mod iktar speċifiku, il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka jimponi, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ispazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja, fuq kull wieħed minn dawn l-Istati sabiex iqis, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li l-Istati Membri l-oħrajn kollha jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, id-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti minn dan id-dritt<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</P></NOTE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>l-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tkun tista’ tagħti lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni l-assigurazzjoni li, fid-dawl tal-garanziji mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru emittenti, <HT TYPE="ITALIC">hija qed taġixxi b’mod indipendenti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha inerenti fir-rigward tal-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew</HT><QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza Uffiċċji tal-Prosekutur ta’ Lübeck u ta’ Zwickau, punt 74, korsiv miżjud.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-Uffiċċju tal-Prosekutur jista’ għalhekk jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, għall-finijiet tal-ħruġ ta’ MAE, meta huwa jibbenefika minn status li jiżgura l-indipendenza tiegħu, anki jekk din tal-aħħar ma għandhiex għalfejn tkun, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, identika għall-<HT TYPE="ITALIC">indipendenza ġudizzjarja</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva, huwa biżżejjed <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>li jkun hemm regoli statutorji u organizzattivi sabiex jiġi żgurat li l-awtorita ġudizzjarja emittenti ma tkunx esposta, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex jinħareġ tali mandat ta’ arrest, għal xi riskju li tkun suġġetta b’mod partikolari għal struzzjonijiet individwali mill-poter eżekuttiv<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 74.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Maż-żewġ kundizzjonijiet preċedenti — parteċipazzjoni fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u indipendenza riflessa fl-esklużjoni ta’ istruzzjonijiet individwali mill-eżekuttiv — il-Qorti tal-Ġustizzja żżid t-tielet waħda, li tikkonċerna l-proċedura li fiha l-Uffiċċju tal-Prosekutur huwa awtorizzat joħroġ MAE: il-ħruġ ta’ MAE mill-Uffiċċju tal-Prosekutur għandu jkun suġġett għal stħarriġ ġudizzjarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Dan ir-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>ma [j]ikkostitwixxix kundizzjoni sabiex din l-awtorità tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala awtorità ġudizzjarja emittenti, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas […] [u lanqas] ma jaq[a’] taħt ir-regoli statutorji u organizzattivi tal-imsemmija awtorità, iżda jirrigwarda l-proċedura ta’ ħruġ ta’ tali mandat<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>. Sentenza Prosekuturi ta’ Lyon u ta’ Tours, punt 48.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-qosor, l-Uffiċċju tal-Prosekutur li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>awtorità ġudizzjarja emittenti<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> biss jekk huwa jibbenefika minn status istituzzjonali li jeskludi l-possibbiltà li huwa jirċievi istruzzjonijiet individwali mill-eżekuttiv. Jekk dan ikun il-każ, huwa jista’ joħroġ MAE, bil-kundizzjoni li d-deċiżjoni tiegħu tkun tista’ tiġi kkontestata quddiem qorti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Dan huwa il-każ, strettament, għall-ħruġ ta’ MAE li għandu bħala għan l-eżerċizzju ta’ azzjonijiet kriminali. Fil-każ ta’ MAE għall-eżekuzzjoni ta’ piena, il-Qorti tal-Ġustizzja twarrab il-ħtieġa li d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tkun tista’ tiġi suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju. Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Openbaar Ministerie (Prosekutur ta’ Brussell)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑627/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1079">EU:C:2019:1079</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-“sentenza Prosekutur ta’ Brussell), punt 39.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza għall-Uffiċċju tal-Prosekutur bħala awtorità ta’ eżekuzzjoni tal-MAE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet deskritti iktar ’il fuq, relatati mal-kwalità tiegħu ta’ awtorità emittenti, huma applikabbli wkoll għall-Uffiċċju tal-Prosekutur sabiex huwa jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> ta’ MAE?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Filwaqt li AZ u l-Gvern Ġermaniż u dak Spanjol iwieġbu fl-affermattiv għal din il-mistoqsija, il-Gvern Olandiż huwa inklinat lejn applikazzjoni inqas rigoruża f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti ta’ indipendenza u ta’ ssuġġettar għal stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Infakkar li, skont id-digriet tar-rinviju:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>AZ ġie kkonsenjat bis-saħħa tad-deċiżjoni ta’ qorti ta’ Amsterdam, li aġixxiet bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas.</P></ITEM><ITEM><P>Min-naħa l-oħra, il-kunsens previst fl-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas ingħata minn prosekutur, ukoll ta’ Amsterdam, li l-idonejità tiegħu għal dan il-għan hija diskussa fil-proċedura <HT TYPE="ITALIC">a quo</HT>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn il-fatti, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, b’mod partikolari, jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur Olandiż jistax jeżegwixxi MAE, jiġifieri jaġixxi bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Madankollu, din id-domanda hija loġikament ibbażata fuq il-premessa li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>awtorità ġudizzjarja li tagħti l-kunsens<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> (Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas) tikkoinċidi mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> (Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas). Għadni kif spjegajt li, f’dan il-każ, kienet qorti Olandiża li ordnat l-eżekuzzjoni tal-MAE, filwaqt li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Olandiż biss ta, sussegwentement, il-kunsens mitlub mill-awtoritajiet Belġjani sabiex jiġu estiżi r-reati imputabbli lil AZ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għalhekk, dak li huwa rilevanti hawnhekk ma huwiex jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Pajjiżi l-Baxxi kellux, fl-astratt, l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, iżda jekk huwa setax jagħti l-kunsens tiegħu, skont l-Artikolu 27(3)(g) tad-Deċiżjoni Qafas, għal tali estensjoni ta’ reati sanzjonabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 27(3)(g) tad-Deċiżjoni Qafas tindika li l-<HT TYPE="ITALIC">kunsens</HT> jista’ jingħata biss minn min <HT TYPE="ITALIC">eżegwixxa</HT> l-MAE. Il-kunsens li għalih jirreferi l-leġiżlatur f’din id-dispożizzjoni jirrigwarda, preċiżament, lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni li kkonsenjat il-persuna<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>. Iċ-ċarezza tal-kliem, fil-fehma tiegħi, ma tippermettix wisq diskussjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas b’hekk jeskludi li, fiċ-ċirkustanzi attwali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur seta’ jagħti l-kunsens tiegħu għall-estensjoni tar-reati li wasslu għall-konsenja ta’ AZ. Abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, il-kunsens kien jikkorrispondi għall-awtorità ta’ eżekuzzjoni Olandiża (f’dan il-każ, il-qorti ta’ Amsterdam) li digà kienet ikkonsenjat lil din il-persuna lill-awtoritajiet Belġjani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Jekk dan huwa l-każ, id-domanda tal-qorti tar-rinviju ma hijiex marbuta maċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ. Hi x’inhi, fl-astratt, il-pożizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur bħala awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, peress li kienet qorti Olandiża li, f’dan il-każ, ikkonsenjat lill-persuna rikjesta, il-Prosekutur ta’ Amsterdam ma setax jagħti l-kunsens imsemmi fl-Artikolu 27(3)(g) tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>L-Openbaar Ministerie (l-Uffiċċju tal-Prosekutur) jirribatti, għall-kuntrarju, li, lil hinn mill-kliem litterali tal-Artikolu 27(3)(g) tad-Deċiżjoni Qafas, l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri tippermettilhom jindikaw bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>awtorità ġudizzjarja li tagħti l-kunsens<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> distinta minn dik li teżegwixxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li din id-dispożizzjoni tippermetti tali interpretazzjoni. Għall-kuntrarju, teskludiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu ċertament jilleġiżlaw b’mod liberu liema awtorità ġudizzjarja hija kompetenti sabiex teżegwixxi MAE. Iżda, ladarba dan il-punt ikun irregolat, ir-rabta [stabbilita bl-Artikolu 27(3)(g) tad-Deċiżjoni Qafas] bejn din l-awtorità u l-awtorità li tagħti l-kunsens għall-estensjoni tal-MAE ma tistax tiġi miksura taħt il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Qafas tistabbilixxi relazzjoni ta’ identiċità bejn dawn iż-żewġ awtoritajiet, indisponibbli għal-leġiżlaturi nazzjonali. L-awtonomija tagħhom tiġi eżawrita meta huma jindikaw l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, iżda din ma testendix sal-punt li jistgħu jiddevjaw mir-regola stabbilita mid-Deċiżjoni Qafas (l-awtorità li teżegwixxi għandha tkun ukoll dik li tagħti l-kunsens).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din ir-relazzjoni ta’ identiċità hija bbażata fuq motivi raġonevoli:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Minn naħa, l-awtorità li diġà tkun eżegwixxiet il-MAE tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex tevalwa jekk huwiex opportun li dan jiġi estiż, peress li hija kellha l-opportunità tkun taf id-dettalji tiegħu.</P></ITEM><ITEM><P>Min-naħa l-oħra, jekk l-awtorità li tagħti l-kunsens tkun distinta minn dik li diġà tkun eżegwixxiet il-MAE, id-deċiżjoni tagħha tkun teħtieġ perijodu ta’ żmien mhux meħtieġ minn din tal-aħħar, li tkun diġà familjari mal-kawża. Tali dewmien probabbilment ikun jimplika dewmien itwal tal-proċedura ta’ estensjoni u, b’dan l-istess mod, tas-sitwazzjoni ġuridika tal-persuna kkonsenjata, li, minnu nnifsu, huwa anomalu mill-perspettiva tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191009">9 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>NJ (Prosekutur ta’ Vjenna)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑489/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:849">EU:C:2019:849</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li qorti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>tapprova<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> il-MAE maħruġ minn Uffiċju tal-Prosekutur li jaqa’ taħt l-eżekuttiv. Madankollu, dan ma jimplikax li l-Istati Membri jistgħu <HT TYPE="ITALIC">jaqsmu</HT> bejn żewġ awtoritajiet il-kompetenza sabiex jinħareġ MAE. Dan ifisser biss li l-awtorità emittenti tkun biss dik li tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>approvat<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> id-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur. Fi kliem ieħor, l-Istati Membri jistgħu jinvolvu fil-proċedura tal-għoti tal-kunsens taħt l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas lil awtorità differenti minn dik li tkun eżegwixxiet il-MAE, iżda l-kunsens formali għandu jingħata minn din tal-aħħar.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għalkemm ma naqbilx, b’mod definittiv, mal-premessa li fuqha jibbaża ruħu l-Openbaar Ministerie (l-Uffiċċju tal-Prosekutur), ser neżamina l-argument tiegħu b’mod sussidjarju, billi nibda bil-kundizzjonijiet li huwa għandu jissodisfa sabiex jeżegwixxi MAE. Iktar ’il quddiem ser nindirizza dawk li huwa għandu jissodisfa sabiex ikun jista’ jagħti l-kunsens tiegħu għall-estensjoni tal-fatti indikati f’MAE diġà eżegwit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ MAE u l-istatus tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fil-Pajjiżi l-Baxxi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Inqis li t-tliet kundizzjonijiet imsemmija qabel, sabiex l-Uffiċċju tal-Prosekutur ikun jista’ joħroġ MAE (jiġifieri: parteċipazzjoni fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, indipendenza u possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara l-punti 43 sa 53 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> jistgħu jiġu trasposti għall-eżekuzzjoni ta’ MAE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Infakkar li, għall-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>[f]ir-rigward ta’ miżura li, bħall-ħruġ ta’ [MAE], hija tali li tippreġudika d-dritt għal-libertà tal-persuna kkonċernata, imnaqqax fl-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, din il-protezzjoni timplika li deċiżjoni li tissodisfa r-rekwiżiti inerenti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandha tiġi adottata […]<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza Uffiċċji tal-Prosekutur ta’ Lübeck u ta’ Zwickau, punt 68.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Dan l-istess kriterju għandu jirregola l-eżekuzzjoni ta’ MAE, peress li din ukoll tista’ ċċaħħad lill-persuna kkonċernata mid-dritt tagħha għal-libertà personali. Naturalment, dan ikun il-każ meta l-eżekuzzjoni twassal, indirettament, fi tmiem il-proċedura mibdija kontra l-persuna kkonsenjata, għal piena ta’ priġunerija. Iżda dan ikun il-każ ukoll, anki qabel, minħabba ċ-ċaħda (temporanja) tal-libertà li tista’ tiġi deċiża mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, waqt li din tiddeċiedi dwar il-konsenja, b’mod konformi mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>B’differenza minn dak li jseħħ fir-rigward tal-ħruġ ta’ MAE, il-ħarsien tal-protezzjoni ġudizzjarja tal-persuna kkonċernata mill-eżekuzzjoni tiegħu ma huwiex fuq f’żewġ livelli: fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni tal-MAE ma jeżistix ekwivalenti għall-proċess tal-adozzjoni tal-mandat ta’ arrest nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160601">1 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bob‑Dogi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑241/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:385">EU:C:2016:385</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Strettament, wieħed jista’ jaħseb li l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tal-MAE tibbenefika minn protezzjoni fuq tliet livelli: it-tnejn inklużi fil-proċedura ta’ ħruġ tal-MAE u dak irrappreżentat mill-proċedura ta’ eżekuzzjoni.</P></NOTE>. Madankollu fl-uniku livell eżistenti, dak tad-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni, il-garanzija tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandha tiġi osservata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas, għandha tkun f’pożizzjoni li teżerċita din il-funzjoni b’mod oġġettiv u indipendenti. Hija ma tistax tkun esposta, kif lanqas ma għandha tkun esposta l-awtorità ġudizzjarja emittenti, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>għar-riskju li s-setgħa deċiżjonali tagħha tista’ tkun suġġetta għal ordnijiet jew struzzjonijiet esterni, b’mod partikolari mill-poter eżekuttiv, sabiex ma jkun hemm l-ebda dubju dwar il-fatt li d-deċiżjoni li jinħareġ il-[MAE] tkun ta’ dik l-awtorità u mhux, finalment, ta’ dak il-poter<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza Uffiċċji tal-Prosekutur ta’ Lübeck u ta’ Zwickau, punt 73.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Korollarju għal dak li ntqal iktar ’il fuq huwa l-fatt li l-Uffiċċju tal-Prosekutur huwa awtorizzat jeżegwixxi MAE b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni biss jekk huwa ma jistax jirċievi ordnijiet jew istruzzjonijiet mill-eżekuttiv. Dan ma kienx il-każ fil-Pajjiżi l-Baxxi fiż-żmien meta seħħew il-fatti ta’ din il-kawża, peress li, skont l-Artikolu 127 tal-Wet RO, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Olandiż seta’ jirċievi istruzzjonijiet individwali maħruġa mill-eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>F’dan l-istadju, ma hemmx lok li jiġi vverifikat, barra minn hekk, jekk, fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni tal-MAE fdata lill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Pajjiżi l-Baxxi, huwiex previst rimedju ġudizzjarju ekwivalenti għal dak meħtieġ mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-MAE li dik l-istituzzjoni, li kieku kienet indipendenti mill-eżekuttiv, tkun tista’ toħroġ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza Prosekuturi ta’ Lyon u ta’ Tours, punt 62: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>meta d-dritt tal-Istat Membru emittenti jagħti s-setgħa sabiex jinħareġ [MAE] lil awtorità li, waqt li tipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja ta’ dak l-Istat Membru, ma hijiex fiha nfisha qorti, id-deċiżjoni li jinħareġ mandat ta’ arrest bħal dan u, b’mod partikolari, il-proporzjonalità ta’ deċiżjoni bħal din għandhom ikunu suġġetti għal rimedju ġudizzjarju, f’dak l-Istat Membru, li jissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżiti inerenti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>F’din l-ipoteżi, l-istess rekwiżit jiġi ttrasferit għall-eżekuzzjoni ta’ MAE mill-Uffiċċju tal-Prosekutur. L-appell mid-deċiżjonijiet tiegħu quddiem qorti għandu wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>[j]iggarantixxi li l-istħarriġ tal-osservanza tal-kundizzjonijiet neċessarji għall-ħruġ ta’ dan il-[MAE] […] [j]osserva r-rekwiżiti li jirriżultaw minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 63.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kundizzjonijiet li fihom l-Uffiċċju tal-Prosekutur Olandiż ikun jista’ jagħti l-kunsens tiegħu għall-estensjoni tal-fatti indikati f’MAE diġà eżegwit</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsens previst fl-Artikolu 27(3)(g) tad-Deċiżjoni Qafas, inqis li dan għandu jkun suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-eżekuzzjoni tal-MAE, li t-tieni waħda minnhom ma hijiex issodisfatta mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Olandiż (l-indipendenza sħiħa mill-eżekuttiv).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Olandiż lanqas ma jista’ jagħti dan il-kunsens, mingħajr ma r-rekwiżit ta’ indipendenza jkun jista’ jiġi rrelativizzat lil hinn minn dak li jirriżulta diġà mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata mal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Li kieku jkun mod ieħor, il-mudell tad-Deċiżjoni Qafas jiġi żnaturat inkwantu sistema ta’ konsenja bejn awtoritajiet ġudizzjarji mingħajr parteċipazzjoni - lil hinn minn dik strettament strumentali u amministrattiva - tal-awtorità governattiva (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE> <NAME.CASE>West</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑192/12 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:404">EU:C:2012:404</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Lanqas ma jista’ jitwarrab ir-rekwiżit ta’ rimedju ġudizzjarju meta l-kunsens jingħata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur li jkun indipendenti mill-eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz tat-talba indirizzata lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni sabiex tagħti l-kunsens sabiex il-persuna diġà kkonsenjata tkun is-suġġett ta’ azzjoni kriminali, tiġi kkundannata jew imċaħħda mil-libertà għal reat differenti minn dak indikat fil-MAE li wassal għall-konsenja, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tkun qiegħda toħroġ, mill-perspettiva materjali jew sostantiva, MAE <HT TYPE="ITALIC">ġdid</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Dan il-kunsens huwa mitlub fir-rigward ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>reat differenti<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> (jiġifieri reat li ma kienx ġie kkunsidrat, għal xi raġuni, fil-MAE li ta lok għall-konsenja tal-persuna rikjesta), b’tali mod li dan jista’ jiġi fformalizzat biss permezz ta’ proċedura ekwivalenti għal dik li wasslet għall-eżekuzzjoni ta’ dak il-MAE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kunsens huwa fir-realtà awtorizzat permezz ta’ estensjoni (sostanzjali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Din it-talba ma għandhiex tiġi konfuża ma’ dik li tippermetti li jsiru bidliet purament deskrittivi jew aċċidentali għall-fatti deskritti fil-MAE diġà eżegwit. Il-Qorti tal-Ġustizzja taċċetta emendi li ma jbiddlux in-natura tar-reat oriġinali u li ma jinvolvu ebda raġuni għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni (sentenza Leymann u Pustovarov, punt 57).</P></NOTE> tar-reati imputabbli lil din il-persuna. Huwa għalhekk loġiku li l-Uffiċċju tal-Prosekutur, sabiex jagħti l-kunsens tiegħu, għandu jikkonforma mal-istess rekwiżiti bħal dawk li huwa kellu josserva fir-rigward tal-MAE oriġinali, inkluża l-possibbiltà li tiġi kkontestata d-deċiżjoni tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Il-Gvern Olandiż sostna li dan ir-rimedju jeżisti fid-dritt nazzjonali, minkejja li ma ntużax minn AZ.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fil-qosor, anki jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur Olandiż jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u d-deċiżjonijiet tiegħu jistgħu jiġu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju eventwali, ir-riskju li jkun espost għal ordnijiet jew għal istruzzjonijiet individwali mill-eżekuttiv jimplika li huwa ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas, u lanqas ma jista’ jagħti l-kunsens imsemmi fl-Artikolu 27(3)(g) tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt għal smigħ fil-proċess ta’ għoti tal-kunsens previst fl-Artikolu 27(3)(g) tad-Deċiżjoni Qafas</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Ir-risposta li qiegħed nissuġġerixxi għad-domandi preċedenti tirrendi superfluwu li nirrispondi għal din. Madankollu, sabiex inkun eżawrjenti, ser nesprimi wkoll il-pożizzjoni tiegħi dwar l-aħħar problema mqajma mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Skont l-Openbaar Ministerie (l-Uffiċċju tal-Prosekutur) u l-Gvern Olandiż, id-Deċiżjoni Qafas ma tirrikonoxxix lill-persuna diġà kkonsenjata d-dritt għal smigħ mill-awtorità ta’ eżekuzzjoni qabel ma din tiddeċiedi jekk tagħtix il-kunsens tagħha għall-estensjoni tar-reati li fir-rigward tagħhom hija tista’ tiġi ġġudikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Qafas tipprevedi, fl-Artikolu 14 tagħha, id-dritt għal smigħ tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>persuna arrestata [li] ma tagħtix kunsens għall-konsenja tagħha<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/>, li għalih l-Artikolu 19 jipprevedi seduta. Min-naħa l-oħra, ma tipprevedi xejn dwar il-kunsens tal-persuna diġà kkonsenjata għat-talba għall-estensjoni tar-reati. Peress li din it-talba hija indirizzata lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, wieħed jista’ jaħseb li din teħtieġ biss il-kunsens ta’ din l-awtorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, is-silenzju tad-Deċiżjoni Qafas fir-rigward ta’ dan il-punt ma jistax iċaħħad lill-persuna kkonsenjata mid-dritt tagħha li tinstema’ (li jifforma parti mid-drittijiet tad-difiża, inerenti għad-dritt li tinkiseb protezzjoni ġudizzjarja effettiva) qabel ma jiġu estiżi r-reati indikati fil-MAE oriġinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Tali estensjoni, jekk tiġi aċċettata, tista’ timplika li l-persuna kkonċernata tkun is-suġġett ta’ azzjoni kriminali, tiġi kkundannata jew imċaħħda mil-libertà, għal reat li ma huwiex dak li kontrih hija setgħet, fil-passat, tiddefendi ruħha. Għalhekk, id-delimitazzjoni tar-reati li għalihom din il-persuna tista’ finalment tiġi ġġudikata tiddependi xejn inqas mir-riżoluzzjoni tat-tilwima relatata ma’ dawn il-kwistjonijiet, fatt li juri biċ-ċar in-natura perentorja tad-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Ma narax għalfejn dawn id-drittijiet tad-difiża jistgħu jitneħħew fil-kuntest tat-tieni proċedura, li ninsisti l-konsegwenzi tagħha jistgħu jkunu sfavorevoli daqs jew iktar minn dawk tal-ewwel waħda (li wasslet għall-MAE inizjali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża fil-proċedura ta’ estensjoni tar-reati jista’ jieħu waħda minn dawn il-forom:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Jew, kif isostni l-Gvern Ġermaniż, għandha tinżamm seduta fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas.</P></ITEM><ITEM><P>Jew inkella l-persuna diġà kkonsenjata tingħata l-possibbiltà topponi għal tali estensjoni quddiem l-awtorità emittenti, bħala proċedura preliminari sabiex din tibgħat it-talba lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>L-Openbaar Ministerie (l-Uffiċċju tal-Prosekutur) talab li, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huwa ma jistax jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>awtorità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas, is-sentenza li tiddeċiedi dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari ma jkollhiex effetti immedjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Huwa biss f’każijiet eċċezzjonali li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali inerenti għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, tillimita l-possibbiltà li l-persuni kkonċernati jinvokaw dispożizzjoni li hija tkun interpretat bil-għan li jiġu kkontestati relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>. Għall-għoti ta’ din il-limitazzjoni, jeħtieġ li jkun hemm kemm il-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT><?PAGE NO="15"?> tal-partijiet ikkonċernati kif ukoll ir-riskju ta’ diffikultajiet serji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza Kovalkovas, punt 52, u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Għandha tittieħed bħala fatt il-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-awtoritajiet Olandiżi, li ma qagħdux lura milli jadattaw, mingħajr dewmien il-leġiżlazzjoni tagħhom għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas. Madankollu, ma jistax jingħad l-istess fir-rigward tar-riskju ta’ diffikultajiet serji: l-applikazzjoni immedjata tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas proposta hawnhekk ma għandhiex twassal għal dawn id-diffikultajiet li, barra minn hekk, lanqas ma ġew identifikati b’mod preċiż mill-Openbaar Ministerie (l-Uffiċċju tal-Prosekutur).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej lill-Hof van beroep te Brussel (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell, il-Belġju):</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="2019" ID="QE0078"/>, inkwantu kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, ma jinkludix l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Stat Membru li jkun espost għar-riskju li jkun suġġett, direttament jew indirettament, għal ordnijiet jew għal istruzzjonijiet individwali mill-eżekuttiv.</P><P>L-Artikolu 27(3)(g) u (4) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Stat Membru li jkun espost għar-riskju li jkun suġġett, direttament jew indirettament, għal ordnijiet jew għal istruzzjonijiet individwali mill-eżekuttiv ma jistax jagħti l-kunsens imsemmi f’din id-dispożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>