|
9.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10088 — Pai Partners/Euro Ethnic Foods)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 46/06)
1.
Fid-29 ta’ January 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PAI Partners SAS (“PAI Partners”, Franza), |
|
— |
Euro Ethnic Foods S.A. (“EEF”, il-Lussemburgu). |
PAI Partners takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ EEF kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
PAI Partners: ditta ta’ ekwità privata li s-setturi ewlenin tal-investiment tagħha huma prodotti tal-konsumatur, prodotti industrijali, id-distribuzzjoni, is-saħħa u s-servizzi tan-negozju. PAI Partners hija wkoll il-kumpanija prinċipali ta’, fost entitajiet oħra, Refresco, kumpanija attiva fil-produzzjoni u l-ibbottiljar ta’ xorb mhux alkoħoliku, inklużi xarbiet karbonizzati, meraq tal-frott u xorb mhux alkoħoliku. |
|
— |
EEF: operatur tat-taqsima tal-merċa u tax-xarbiet tal-ħwienet Grand Frais u l-kumpanija prinċipali ta’ La Compagnie des Pruneaux, attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ lil terzi persuni tal-materja prima magħmula mill-pruna u b’mod partikolari mill-meraq tal-pruna. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
M.10088 — Pai Partners/Euro Ethnic Foods
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles |
|
BELGIQUE |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).