|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2852 |
12.11.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2852
tal-11 ta' Novembru 2024
li jistabbilixxi deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ pjanti mċekkna b’mod naturali jew artifiċjali għat-tħawwil ta’ Chamaecyparis Spach, ta’ Juniperus L. u ta’ ċerti speċijiet ta’ Pinus L. li joriġinaw mill-Ġappun, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2020/1217
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 40(2) u 41(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni minn ċerti pajjiżi terzi hija pprojbita. F’konformità mal-punt 1 tal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti għat-tħawwil ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., għajr il-frott u ż-żrieragħ, hija pprojbita. |
|
(2) |
F’ċerti kundizzjonijiet, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1217 (3) jippermetti l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti mċekkna b’mod naturali jew artifiċjali għat-tħawwil ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u ċerti speċijiet ta’ Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun (il-“pjanijiet speċifikati”) permezz ta’ deroga mill-punt 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
|
(3) |
Ċerti pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni bħal Gymnosporangium spp. għandhom żewġ ospitanti tassonomikament differenti għall-istadji tal-ispori differenti tagħhom. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat li l-pesti ta’ tħassib ma jkunux preżenti fiż-żona, fil-każ ta’ esportazzjoni tal-pjanti Juniperus, ikun xieraq li jiġu introdotti rekwiżiti għal spezzjonijiet ukoll għal pjanti ta’ Chaenomeles Lindl., ta’ Crataegus L., ta’ Cydonia Mill., ta’ Juniperus L., ta’ Malus Mill., ta’ Photinia Ldl. u ta’ Pyrus L. li joriġinaw fl-istess post tal-produzzjoni iżda mhux neċessarjament iddestinati għall-esportazzjoni fl-Unjoni. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1217, id-deroga prevista f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(5) |
Fid-29 ta’ Marzu 2024, il-Ġappun talab għal estensjoni tad-deroga prevista fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1217. |
|
(6) |
Wara l-interċettazzjonijiet reċenti ta’ Matsucoccus matsumurae (Kuwana) u Homona magnanima Dyakonov fuq pjanti Pinus imċekkna mill-Ġappun, jenħtieġ li dawn il-pesti jitqiesu wkoll bħala pesti ta’ tħassib, sakemm jiġu evalwati bħala pesti ta’ kwarantina potenzjali fl-Unjoni. |
|
(7) |
Barra minn hekk, l-Opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tal-15 ta’ Marzu 2019 (4) ikkonkludiet li l-pjanti ta’ Chamaecyparis Spach u Pinus parviflora Sieb. & Zucc. (Pinus pentaphylla Mayr) jospitaw ukoll lill-pest Urocerus japonicus (F. Sm.). Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li dak il-pest jitqies ukoll bħala pest ta’ tħassib għal dawk il-pjanti u jkun soġġett għal miżuri xierqa. |
|
(8) |
L-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni, soġġetta għar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1217, kif applikat b’mod effettiv mill-Ġappun, ippreżentat riskju fitosanitarju aċċettabbli għat-territorju tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li d-deroga terġa’ tingħata. |
|
(9) |
Jenħtieġ li dik id-deroga tkun soġġetta għall-istess rekwiżiti bħal dawk stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1217. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti japplikaw mingħajr preġudizzju għall-punt 30 tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ pjanti mċekkna b’mod naturali jew artifiċjali għajr iż-żrieragħ. |
|
(10) |
Diversi pesti ospitati mill-pjanti speċifikati, u b’mod partikolari l-pesti Coleosporium asterum (Dietel) Sydow & P. Sydow, Coleosporium paederiae Dietel ex Hirats. f., Coleosporium phellodendri Komarov, Crisicoccus pini (Kuwana), Dendrolimus spectabilis (Butler), Dendrolimus superans Butler, Matsucoccus matsumurae (Kuwana), Sirex nitobei Mats., Thecodiplosis japonensis Uchida & Inouye u Urocerus japonicus (F. Sm.), għadhom mhumiex elenkati bħala pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni għax għadu ma ġiex ivvalutat ir-riskju fitosanitarju li joħolqu. Għaldaqstant, billi dan ir-Regolament jindirizza riskju fitosanitarju partikolari li għadu ma ġiex ivvalutat bis-sħiħ, jenħtieġ li r-rekwiżiti li jipprevedi jkunu ta’ natura temporanja skont l-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072, sabiex ikun jista’ jsir rieżami komplut ta’ dak ir-riskju. |
|
(11) |
Homona magnanima huwa ospitat mill-pjanti speċifikati. F’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1941 (5), dan ma għandux jiġi introdott, imċaqlaq, miżmum, immultiplikat jew rilaxxat fit-territorju tal-Unjoni bħala pest soġġett għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
|
(12) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1217 jitħassar u jiġi sostitwit bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“pjanti speċifikati” tfisser pjanti għat-tħawwil li joriġinaw mill-Ġappun, imċekkna b’mod naturali jew artifiċjali, tal-ispeċijiet li ġejjin:
|
|
(2) |
“pest ta’ tħassib” tfisser:
|
Artikolu 2
Deroga mill-projbizzjoni tal-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni
1. B’deroga mill-punt 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, il-pjanti speċifikati għandhom jitħallew jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-pjanti speċifikati introdotti fit-territorju tal-Unjoni fil-perjodi li ġejjin:
|
(a) |
għal Chamaecyparis: mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2028; |
|
(b) |
għal Juniperus: mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena sal-31 ta’ Diċembru 2028; |
|
(c) |
għal Pinus parviflora Sieb. & Zucc. (Pinus pentaphylla Mayr) u Pinus parviflora Sieb. & Zucc. imlaqqma fuq is-salvaġġ ta’ speċijiet oħra ta’ Pinus, li joriġinaw mill-Ġappun: mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2028; |
|
(d) |
għal Pinus thunbergii Parl. u Pinus thunbergii imlaqqma fuq is-salvaġġ ta’ speċijiet oħra ta’ Pinus, li joriġinaw mill-Ġappun: mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2028. |
Artikolu 3
Konferma tal-preżenza ta’ pest ta’ tħassib waqt il-perjodu ta’ detenzjoni ta’ wara d-dħul
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Ġappun dwar kull pest ta’ tħassib li jkun ġie ikkonfermat waqt id-dħul jew waqt il-perjodu ta’ detezzjoni ta’ wara d-dħul imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness.
Meta jiġi identifikat pest ta’ tħassib, kull pjanta speċifikata li toriġina mill-mixtla minn fejn tkun oriġinat il-pjanta infettata/infestata ma għandhiex tingħata permess tiġi introdotta fit-territorju tal-Unjoni qabel ma tiġġedded l-awtorizzazzjoni tal-mixtla msemmija fil-punt 1.5 tal-Anness.
Artikolu 4
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1217
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1217 jitħassar.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1217 tal-25 ta’ Awwissu 2020 dwar deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 li tikkonċerna l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ pjanti mċekkna b’mod naturali jew artifiċjali għat-tħawwil ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u ċerti speċijiet ta’ Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun, u li jirrevoka d-Deċiżjoni 2002/887/KE(ĠU L 277, 26.8.2020, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1217/oj).
(4) Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti, 2019. Scientific Opinion on the commodity risk assessment of black pine (Pinus thunbergii Parl.) bonsai from Japan. EFSA Journal 2019;17(5):5667, 184 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5667.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1941 tat-13 ta’ Ottubru 2022 dwar il-projbizzjoni tal-introduzzjoni, tal-moviment, taż-żamma, tal-multiplikazzjoni jew tar-rilaxx ta’ ċerti pesti skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 14.10.2022, p. 13; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1941/oj).
ANNESS
REKWIŻITI GĦALL-INTRODUZZJONI FIT-TERRITORJU TAL-UNJONI TAL-PJANTI SPEĊIFIKATI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2
1. Rekwiżiti għall-Ġappun
|
1,1. |
Jekk il-pjanti speċifikati jkunu Pinus parviflora Sieb. & Zucc. jew Pinus thunbergii Parl. imlaqqma fuq is-salvaġġ ta’ speċi oħra ta’ Pinus, is-salvaġġ ma għandux ikollu rimjiet. |
|
1.2. |
Qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, il-pjanti speċifikati għandhom ikunu tkabbru, inżammu jew ġew ikkultivati għal mill-inqas sentejn konsekuttivi fi mxietel awtorizzati, li huma soġġetti għal reġim tal-kontroll mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (“NPPO”, National Plant Protection Organisation of Japan) tal-Ġappun u awtorizzati speċifikament mill-NPPO bl-iskop li jiġu esportati lejn l-Unjoni. Il-listi annwali tal-imxietel awtorizzati għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena. Dawk il-listi għandhom jinkludu l-għadd ta’ pjanti mkabbra f’kull mixtla li jkunu tqiesu xierqa biex jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni. |
|
1.3. |
Fil-każ tal-esportazzjoni tal-pjanti ta’ Juniperus, kif ukoll il-pjanti tal-ġeneri Chaenomeles Lindl., Crataegus L., Cydonia Mill., Juniperus L., Malus Mill., Photinia Ldl. u Pyrus L., li jkunu tkabbru fl-aħħar sentejn qabel l-esportazzjoni fl-imxietel awtorizzati msemmija fil-punt 1.2, u fl-inħawi qrib tagħhom, għandhom ikunu ġew spezzjonati uffiċjalment mill-inqas sitt darbiet fis-sena b’intervalli xierqa għall-preżenza tal-pesti ta’ tħassib. Fil-każ tal-pjanti ta’ Chamaecyparis u ta’ Pinus, il-pjanti tal-ġenuru Chamaecyparis Spach u tal-ġeneru Pinus L. li jkunu tkabbru f’dawn l-imxietel tal-pjanti jew fil-qrib tagħhom, għandhom ikunu ġew spezzjonati uffiċjalment għall-inqas sitt darbiet fis-sena b’intervalli xierqa għall-preżenza tal-pesti ta’ tħassib rispettivi. |
|
1.4. |
F’dawk l-ispezzjonijiet, il-pjanti speċifikati għandhom ikunu nstabu ħielsa mill-pesti ta’ tħassib.
Il-pjanti infestati għandhom jitneħħew mill-NPPO, jew mill-korpi nazzjonali kompetenti jew mill-operaturi professjonali bis-superviżjoni uffiċjali tal-NPPO. Il-pjanti speċifikati li jifdal għandhom jiġu ttrattati b’mod effettiv u jinżammu għal perjodu xieraq u jiġu spezzjonati biex ikun żgurat li jkunu ħielsa minn dawk il-pesti. Kull sejba tal-pesti ta’ tħassib waqt l-ispezzjonijiet li jsiru skont il-punt 1.3 għandha tiġi rreġistrata uffiċjalment, u r-reġistru għandu jintbagħat lill-Kummissjoni, jekk titolbu. L-NPPO għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni bid-detezzjoni tal-pesti ta’ tħassib. Kwalunkwe detezzjoni tal-pesti ta’ tħassib, matul l-ispezzjonijiet imwettqa skont il-punt 1.3 u l-punt 2.1, għandha twassal għat-tneħħija immedjata mill-NPPO tal-mixtla mil-lista ta’ mixtliet awtorizzati kif imsemmi fil-punt 1.2. |
|
1.5. |
L-NPPO tista’ ġġedded l-awtorizzazzjoni tal-mixtliet li jkunu tneħħew mil-lista ta’ mixtliet awtorizzati biss fis-sena ta’ wara. |
|
1.6. |
Il-pjanti speċifikati maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, għandhom, tul il-perjodu ta’ sentejn konsekuttivi msemmi fil-punt 1.2:
|
|
1.7. |
Il-pjanti speċifikati għandhom ikunu traċċabbli mill-ħin li jinħarġu mill-mixtla sal-ħin tat-tagħbija għall-esportazzjoni, billi jiġu ssiġillati l-vetturi tat-trasport inkella b’alteranttivi xierqa. |
|
1.8. |
Il-pjanti speċifikati u l-materjal għat-tkabbir li jkun imwaħħal magħhom jew li jkunu tkabbru fih (“il-materjal”) għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, maħruġ mill-NPPO, li jiċċertifika l-konformità mar-rekwiżiti speċifikati fil-punti 1.1 sa 1.7 ta’ dan l-Anness, u fil-punt 30 tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.
Iċ-ċertifikat għandu jindika:
|
2. Rekwiżiti għall-Istati Membri
|
2.1. |
Wara d-dħul tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, il-pjanti speċifikati għandhom ikunu soġġetti għal detenzjoni uffiċjali ta’ wara d-dħul f’faċilità ta’ konfinament jew fi stazzjon ta’ kwarantina għal perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur ta’ tkabbir attiv.
Fil-każ tal-pjanti Juniperus, il-perjodu ta’ detenzjoni għandu jkun mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju. Tul dan il-perjodu ta’ detenzjoni u fi tmiemu, il-materjal għandu jinstab ħieles minn kwalunkwe pest ta’ tħassib. L-awtorità kompetenti jew l-operaturi professjonali għandhom jagħtu attenzjoni partikolari li jiġu ppreservati l-marka jew il-kodiċi tat-traċċabbiltà, imsemmija fil-punt 1.6(c), ta’ kull pjanta. |
|
2.2. |
Kull lott li jkun fih materjal li ma jkunx instab ħieles mill-pesti ta’ tħassib tul il-perjodu ta’ detenzjoni wara d-dħul, imsemmi fil-punt 2.1, għandu jinqered minnufih mill-awtorità kompetenti jew mill-operatur professjonali bis-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2852/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)